Lucien Laurent
Lucien Laurent (twieled fl-10 ta' Diċembru 1907 – miet fil-11 ta' April 2005) kien plejer tal-futbol Franċiż. Hu jibqa' famuż minħabba li kien il-plejer li skorja l-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Lucien Laurent | ||
Twelid | 10 ta' Diċembru 1907 Saint-Maur-des-Fossés, Franza | ||
Mewt | 11 ta' April 2005 (97 sena) Besançon | ||
Tul | 1.60 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1921–1930 | CA Paris | ||
1930–1932 | Sochaux | ||
1932–1933 | Club Français | ||
1933–1934 | CA Paris | ||
1934–1935 | Mulhouse | ||
1935–1936 | Sochaux | ||
1936–1937 | Rennes | ||
1937–1939 | Strasbourg | ||
1943–1946 | Besançon | ||
Tim nazzjonali | |||
1930–1935 | Franza |
Karriera
immodifikaBejn l-1921 u l-1931 Laurent lagħab mat-tim semiprofessjonali ta' Cercle Athlétique de Paris, qabel ma ssieħeb ma' Sochaux, li f'dak iż-żmien kienet it-tim tax-xogħol tal-manifattur tal-karozzi Peugeot, fejn kien jaħdem. Fis-snin li segwew dar diversi timijiet, sakemm faqqet it-Tieni Gwerra Dinjija u ġie msejjaħ mal-armata Franċiża. Matul il-gwerra nqabad bħala priġunier mill-Ġermaniżi u wara li qatta' tliet snin bħala priġunier fl-1943 irritorna għall-futbol ma' Besançon fejn magħhom għalaq il-karriera tiegħu fl-1946.
Laurent iddebutta mat-tim nazzjonali Franċiż nhar it-23 ta' Frar 1930 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Portugall ġewwa Porto, li Franza tilfu 2–0. Hu, flimkien ma' ħuh, ġew magħżula mal-iskwadra Franċiża għat-Tazza tad-Dinja 1930 ġewwa l-Urugwaj, l-ewwel waħda fl-istorja. Għal din l-okkażjoni hu ngħata permess speċjali ta' "futboler-ħaddiem". Hu lagħab fl-ewwel logħba kontra l-Messiku fit-13 ta' Lulju 1930. Franza rebħu l-partita 4–1, b'Laurent jiskorja l-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.
“ Meta skorjajt il-gowl kelli ferħ normali, dak ta' gowl flimkien ma' sħabi. Kien hemm biss bews u ċapċip tal-idejn qabel mal-partita reġgħet bdiet. F'dak il-ħin l-anqas saqsejt il-mistoqsija jekk dan kienx l-ewwel gowl tat-Tazza tad-Dinja. Ma rrealizzajtx. ”
—Lucien Laurent dwar il-gowl
Minkejja r-rebħa kontra l-Messiku, Franza ġiet eliminata wara li tilfet iż-żewġ partiti ta' wara kontra l-Arġentina u ċ-Ċili. Fl-ewwel logħba Laurent kien mal-ewwel ħdax però kellu jiġi sostitwit wara li weġġa' f'konfront ma' Luis Monti li ħallietu barra mil-logħba ta' wara.[1]
Mat-tim nazzjonali Franċiż Laurent lagħab 10 partiti fejn skorja żewġ gowls.
Statistika
immodifikaLogħbiet internazzjonali
immodifikaDehriet u gowls internazzjonali – Franza | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Data | Belt | Ġo darhom | Riżultat | Ospiti | Kompetizzjoni | Gowls |
23 ta' Frar 1930 | Porto | Portugall | 2–0 | Franza | Logħba ta' ħbiberija | |
13 ta' April 1930 | Colombes | Franza | 1–6 | Belġju | Logħba ta' ħbiberija | |
13 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Franza | 4–1 | Messiku | Tazza tad-Dinja 1930 | 1 |
15 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Arġentina | 1–0 | Franza | Tazza tad-Dinja 1930 | |
15 ta' Marzu 1931 | Colombes | Franza | 1–0 | Ġermanja | Logħba ta' ħbiberija | |
14 ta' Mejju 1931 | Colombes | Franza | 5–2 | Ingilterra | Logħba ta' ħbiberija | 1 |
29 ta' Novembru 1931 | Colombes | Franza | 3–4 | Netherlands | Logħba ta' ħbiberija | |
20 ta' Marzu 1932 | Berna | Żvizzera | 3–3 | Franza | Logħba ta' ħbiberija | |
10 ta' April 1932 | Colombes | Franza | 1–2 | Italja | Logħba ta' ħbiberija | |
19 ta' Mejju 1935 | Colombes | Franza | 2–0 | Ungerija | Logħba ta' ħbiberija | |
Total | Preżenzi | 10 | Gowls | 2 |
Referenzi
immodifika- ^ John F. Molinaro. cbc.ca (ed.). "Lucien Laurent: the World Cup's first goal scorer" (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-2011-05-11. Miġbur 2012-06-12.