Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Eġittu

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Eġittu

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Eġittu rratifika l-Konvenzjoni fis-7 ta' Frar 1974, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Veduta mill-ajru tal-Piramidi ta' Giza.

Mill-2016, l-Eġittu għandu seba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO; sitta minnhom huma siti kulturali u wieħed huwa sit naturali. L-ewwel siti tal-Eġittu, Abu Mena, Tebe Antika u n-Nekropoli tagħha, il-Belt Storika tal-Kajr, il-Monumenti Nubjani minn Abu Simbel sa Philae u Memphis u n-Nekropoli tagħha – l-Inħawi tal-Piramidi minn Giza sa Dahshur tniżżlu fil-lista fit-tielet sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Luxor, l-Eġittu fl-1979. Sit ieħor, iż-Żona ta' Santa Katarina, żdied fl-2002, u sit ieħor, Wadi Al-Hitan, żdied fl-2005.

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

† Fil-periklu

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Abu Mena   Governorat ta' Lixandra, l-Eġittu

30°51′00″N 29°40′00″E / 30.85°N 29.6666667°E / 30.85; 29.6666667

kulturali:

(iv)

183 (450) 1979 Il-fdalijiet tal-eks belt Kristjana imqaddsa jinkludu knisja, battisterju, bażiliki, binjiet pubbliċi, toroq, monasteri, djar u studjos tax-xogħol. Dawn inbnew fuq il-qabar ta' Menas ta' Lixandra.[5]
Tebe Antika bin-Nekropoli tagħha   Governorat ta' Luxor,

l-Eġittu 25°44′00″N 32°36′00″E / 25.7333333°N 32.6°E / 25.7333333; 32.6

kulturali:

(i)(iii)(vi)

7,390 (18,300) 1979 L-eks belt kapitali tal-Eġittu u l-belt ta' Amun, Tebe fiha t-tempji u l-palazzi ta' Karnak u ta' Luxor, kif ukoll in-nekropoli fil-Wied tar-Rejiet u fil-Wied tal-Irġejjen, li huma xhieda tal-quċċata taċ-ċivilizzazzjoni Eġizzjana.[6]
Belt Storika tal-Kajr   Governorat tal-Kajr,

l-Eġittu 30°03′00″N 31°15′40″E / 30.05°N 31.26111°E / 30.05; 31.26111

kulturali:

(i)(v)(vi)

524 (1,290) 1979 Il-Kajr huwa waħda mill-eqdem bliet Iżlamiċi fid-dinja. Iċ-ċentru storiku jinsab fil-qalba tal-belt urbana moderna tal-Kajr u jmur lura għas-seklu 10 u laħaq il-quċċata tiegħu fis-seklu 14. Fih moskej, madrasas, ħamams u funtani.[7]
Memphis u n-Nekropoli Tagħha – il-meded tal-piramidi minn Giza sa Dahshur   Governorat ta' Giza,

l-Eġittu 30°03′00″N 31°15′40″E / 30.05°N 31.26111°E / 30.05; 31.26111

kulturali:

(i)(v)(vi)

16,358.52 (40,422.8) 1979 Il-belt kapitali tar-Renju Antik tal-Eġittu għandha monumenti funebri straordinarji, inkluż oqbra tal-blat, mastaba mżejna, tempji u piramidi. Fi żmien il-qedem, il-Piramidi tal-Eġittu kienu jitqiesu bħala wieħed mis-Seba' Għeġubijiet tad-Dinja Antika.[8]
Monumenti Nubjani minn Abu Simbel sa Philae   Governorat ta' Aswan, l-Eġittu

22°20′11″N 31°37′34″E / 22.33639°N 31.62611°E / 22.33639; 31.62611

kulturali:

(i)(iii)(vi)

374 (920) 1979 Il-komponenti ta' dan is-sit jinsabu tul ix-xmara Nil, u jinkludu monumenti bħat-Tempju ta' Ramesses II f'Abu Simbel u s-Santwarju ta' Isis f'Philae, li ġew salvati mill-għargħar tax-xmara Nasser, frott il-kostruzzjoni tad-Diga ta' Aswan.[9]
Żona ta' Santa Katarina   Governorat tan-Nofsinhar tas-Sinaj,

l-Eġittu 28°33′22″N 33°58′32″E / 28.55611°N 33.97556°E / 28.55611; 33.97556

kulturali:

(i)(iii)(iv)(vi)

60,100 (149,000) 2002 Il-monasteru Ortodoss ta' Santa Katarina huwa fost l-eqdem monasteri Kristjani li għadu attiv. Imur lura għas-seklu 6 u jinsab qrib l-Għolja ta' Horeb, fejn skont it-Testment il-Qadim, Mosè ngħata t-Tavli tal-Kmandamenti. Ir-reġjun huwa sagru għall-Kristjani, għall-Musulmani u għal-Lhud.[10]
Wadi Al-Hitan (Wied tal-Balieni)   Governorat ta' Faiyum, l-Eġittu

29°20′00″N 30°11′00″E / 29.3333333°N 30.1833333°E / 29.3333333; 30.1833333

naturali:

(viii)

20,015 (49,460) 2005 Wadi Al-Hitan jinsab fil-Punent tal-Eġittu u fih il-fdalijiet ta' fossili tal-Archaeoceti li issa huma estinti. Is-sit jippermetti l-immappjar tal-evoluzzjoni tal-balieni minn mammiferu tal-art għal mammiferu akkwatiku.[11]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Egypt - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Abu Mena". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient Thebes with its Necropolis". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Cairo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Memphis and its Necropolis – the Pyramid Fields from Giza to Dahshur". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Nubian Monuments from Abu Simbel to Philae". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Saint Catherine Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Wadi Al-Hitan (Whale Valley)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.