Kevin Borg
Kevin Borg (Furjana, 9 ta' Ġunju 1986)[1] huwa kantant Malti li attwalment jgħix l-Iżvezja. Borg irnexxielu jirbaħ il-ħames serje tal-kompetizzjoni tal-kant Żvediża, Idol, fl-2008, biex sar l-ewwel Malti li rebaħ serje ta' Idol minn madwar id-dinja.
Kevin Borg | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Furjana, 9 Ġunju 1986 (38 sena) |
Nazzjonalità | Żvezja |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kantant mużiċist |
Moviment artistiku | mużika pop |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Tikketta tar-reġistrazzjoni | Sony BMG (mul) |
Mużikali
immodifikaBorg żbokka fix-xena mużikali Maltija permezz taż-żewġ parteċipazzjonijiet li għamel fil-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa. L-ewwel parteċipazzjoni kienet għall-Festival tal-Eurovision 2006 meta bil-kanzunetta "You're My Dream" kiseb 3590 vot biex spiċċa fit-tmien post. Fis-sena suċċessiva, hu rnexxielu jikkwalifika għas-serata finali tas-selezzjoni nazzjonali fejn bil-kanzunetta "Whenever" hu kklassifika fir-raba' post b'total ta' 4,365 vot. Wara dawn ir-riżultati sodisfaċenti, kien ukoll residenti regulari bħala kantant fi programm televiżiv imxandar fil-Gżejjer Maltin, fost kantanti stabbiliti oħra bħal Olivia Lewis u Glen Vella.
Pop Idol
immodifikaLejn tmiem l-2007, Kevin Borg ittrasferixxa lejn it-Tramuntana tal-Iżvezja, eżattament fil-belt ta' Arvidsjaur, fejn attwalment qed jgħix. Matul l-2008, Kevin kellu ċ-ċans li jipparteċipa fil-verżjoni Żvediża ta' Pop Idol fejn ikkwalifika mill-ewwel rawnd wara taqtigħa fejn il-ġurija kellhom jagħżlu sittax-il artist żagħżugħ minn tmint elef. Wara li rnexxielu jasal sal-aħħar għaxar finalisti fejn kull ġimgħa kien qed jiġi eliminat kantant minn fosthom,[2][3] fil-5 ta' Diċembru, Kevin laħaq il-finali tant prestiġjuża ta' Idol 2008 li saret nhar it-12 ta' Diċembru.[4] Borg irnexxielu jgħolli fil-għoli l-bandiera Maltija hekk kif rebaħ dan il-Konkors grazzi għall-persentaġġ għoli ta' 82% ta' nies mid-dar li vvutawlu [5]. Il-kantant ta’ fama Ewropeja, rebbieh ta’ l-ahhar edizjoni tal-programm ferm popolari Swedish Idol, Kevin Borg, baqa jibbrilla u nistaw nghidu li irranka mhux hazin issa fuq kull aspett fil-qasam tal-kant. Tant huwa hekk li fit-30 ta’ Mejju huwa mistenni jkanta diversi siltiet li hareg dan l-ahhar quddiem ir-Regina Silvia ta’ l-Isvezja. Ezattament gurnata wara gheluq zmienu (23 sena) fl-10 ta’ Gunju, gewwa l-Istadium Nazzjonali ta’ Ullevi fl-Isvezja, qabel il-loghba ghall-Kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja bejn Malta u l-Isvezja, Kevin ser ikun prezenti biex ikanta l-innijiet taz-zewg timijiet nazzjonali. Sa l-ahhar t’Awwissu Kevin ser ikun ghamel 56 kuncert li tnejn minnhom (22 – 23 t’Awwissu) ser issiru gewwa pajjizna. Din il-gimgha Kevin huwa mistenni li jiffirma it-tieni kuntratt importanti hafna tieghu. Kevin se jinghaqad mal-kumpanija Disney u ghall-dan l-avveniment s’issa diga intefqu tlett miljuni fi flus ghal dawk li huma press, gazzetti u crews televizivi. Malli jintemmu is-56 kuncert fl-ahhar t’Awwissu, Kevin ser jibda il-preparamenti fuq l-ewwel show tat-tieni kuntratt gdid ma’ Disney. Huwa ser ikun qed jiehu sehem fil-musical ferm popolari ‘High School Musical’ u ser ikollu il-parti principali, billi ser jinghata il-parti taz- zaghzugh Troy. Dan il-musical ser isir gewwa Gote Leon li huwa wiehed mill-sbah teatri gewwa l-Isvezja. Kevin ser jibda jkollu tlett musicals kull weekend fuq bazi ta’ erbgha xhur bejn Settembru u Dicembru. Kevin semma wkoll li f’dawn il-gimghat kellu laqgha mad-direttur tal-films Svediz Anders Gronros biex fil-futur jinghata parti go film ta’ l-istess direttur imma din il-proposta giet ikkunsidrata biss ghalissa minhabba l-ammont ta’ xoghol prezenti tal-kantant Malti. Huwa mahsub ukoll li Kevin ser jiehu sehem fil-‘Melodifestivalern’ li huwa il-Festival tal-Kanzunetta Svediza ghall-Ewropa li minnu ir-rebbieh jew rebbieha jintaghzel biex jirraprezenta l-Isvezja is-sena d-diehla ghal Eurovision Song Contest gewwa in-Norvegja. Filwaqt li nifirhu lil Kevin ta’ kull success li qed jikseb barra min xtutna, nixtiequlu kull success fil-futur gejjieni tieghu.
Referenzi
immodifika- ^ TV4, ed. (25 ta' Settembru 2009). "Kevin Borg" (bl-Iżvediż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ ESCToday, ed. (17-09-2008). "Kevin Borg in Swedish Idol" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ ESCMalta, ed. (17-09-2008). "Kevin Borg in Swedish Idol 08" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-25. Miġbur 2013-06-04. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ ESCMalta, ed. (12-12-2008). "Kevin Borg won Swedish Idol 08" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-16. Miġbur 2013-06-04. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ http://www.aftonbladet.se/nojesbladet/idol2008/article3991741.ab
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Kevin Borg (Kevin Borg) |