Glen Vella

kantant Malti

Glen Vella (Birkirkara, 14 ta' Mejju 1983) huwa kantant Malti.

Glen Vella
Ħajja
Twelid Valletta, 14 Mejju 1983 (41 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
Moviment artistiku mużika pop
Strument/i tal-mużika vuċi
pjanu

Karriera

immodifika

Glen Vella ħa sehem għall-ewwel darba fil-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa fl-2005 bil-kanzunetta "Appreciate". Wara tliet tentattivi f'dan il-festival, li jinkludu t-tielet post fl-2009 (mal-grupp Q) u t-tieni post fl-2010 bil-kanzunetta "Just A Little More Love", hu rebaħ id-dritt li jirrapreżenta lil Malta fil-Festival tal-Eurovision 2011 meta rebaħ il-finali nazzjonali bil-kanzunetta "One Life".[1] Fis-serata tas-semifinali Glen kanta fil-ħdax-il post, però naqas li jsib postu mal-ewwel għaxra li kkwalifikaw għall-finali.[2] Fil-fatt, Glen spiċċa fil-ħdax-il post fis-semifinali, punt wieħed biss 'il bogħod mill-Iżvizzera, l-aħħar pajjiż ikkwalifikaw, b'total ta' 54 punt li jinkludu 12-il punt minn San Marino.[3]

Fid-19 ta' Marzu 2021, Vella rebaħ l-ewwel edizzjoni tal-konkors Mużika Mużika bil-kanzunetta Ħarsa Biss, li ġiet ras imb'ras mal-kanzunetta Għajjejt Inħobb kantata minn Christian Arding.[4]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Glen Vella triumphs in Malta | News | Eurovision Song Contest". web.archive.org. 2016-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2021-03-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Updated: Disappointment as Glen Vella fails to qualify for Eurovision final". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-23.
  3. ^ "Glen misses Eurovision final for just one point". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-23.
  4. ^ "FILMAT: Glen Vella jirbaħ l-ewwel edizzjoni ta' Mużika Mużika - TVM" (bil-Malti). Miġbur 2021-03-23.

Ħoloq esterni

immodifika
Predeċessur
Thea Garrett
Malta fil-Festival tal-Eurovision
2011

Suċċessur