Catarina Vitale

l-ewwel spiżjara Maltija
(Rindirizzat minn Katarina Vitale)

Katarina Vitale (twieldet fl-1566 – mietet fl-1619), jew Katerina Vitale inkella Catarina Vitale jew Caterina Vitale, kienet l-ewwel spiżjara f'Malta, u l-ewwel spiżjara tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann.[1]

Catarina Vitale
Ħajja
Twelid Greċja, 1566
Nazzjonalità Greċja
L-ewwel lingwa Grieg
Mewt Siracusa, 1619
Edukazzjoni
Lingwi Grieg
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni spiżjar
kimiku
Impjegaturi Ordni tal-Kavallieri Ospitalieri ta' San Ġwann

Ħajja privata u professjonali

immodifika

Katarina Vitale kienet oriġinarjament mill-Greċja.[2] Hija żżewġet lil Ettore Vitale, spiżjar tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann, meta kienet adolexxenti.[1][3] Meta r-raġel tagħha miet fl-1590, hi wirtet l-ispiżerija tiegħu kif ukoll il-kompitu li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-ispiżeriji tal-Furmarija, jew kif inhi magħrufa aħjar, is-Sacra Infermeria. Katarina Vitale ġiet deskritta bħala negozjant ta' suċċess, saret sinjura ħafna, u hija magħrufa bħala benefattur tal-Karmelitani.[1]

Peress li kienet twettaq professjoni li ma kinitx waħda komuni fost in-nisa ta' dak iż-żmien, kienet persuna kontroversjali u kienet fil-mira ta' għadd ta' leġġendi, qlajjiet u xnigħat, tant li kien jingħad li kienet prostituta, ġellieda, u sadista li kienet tittortura l-iskjavi.[3]

Katarina Vitale mietet fl-1619 f'Siracusa u l-katavru tagħha ndifen fil-Knisja Karmelitana fil-Belt Valletta.[4] Malli wieħed jidħol fil-Knisja Karmelitana, fuq ix-xellug u fuq il-lemin hemm il-lapida tagħha kif ukoll il-lapida ta' Caterina Scappi, il-fundatriċi tal-ewwel sptar għan-nisa f'Malta.[5]

Iktar qari

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ "'Sex In the City' tour: The knights and their ladies of the night - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2021-05-01.
  2. ^ Hoe, Susanna (2016). "Valletta". Malta: Women, History, Books and Places (bl-Ingliż). Oxford: Women's History Press. pp. 368–369. ISBN 9780957215351.
  3. ^ a b "Meet the authors of the secret 'histories' toasting Giovanni Bonello in Merlin's festschrift". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-01.
  4. ^ Cassar Pullicino, Joseph (Ottubru–Diċembru 1949). "The Order of St. John in Maltese folk-memory" (PDF). Scientia (bl-Ingliż). 15 (4): 151. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-04-17.
  5. ^ "Caterina Scappi and her revolutionary hospital for women who were incurable". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-01.