Kasbah tal-Alġier
Il-Kasbah tal-Alġier (bl-Għarbi: قصبة, qaṣba, li tfisser ċittadella) hija ċ-ċittadella tal-Alġier, il-belt kapitali tal-Alġerija u l-kwartier tradizzjonali ta' madwarha. Fl-1992 is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, peress li "Hemm il-fdalijiet taċ-ċittadella, moskej antiki u palazzi bl-istil Ottoman, kif ukoll il-fdalijiet ta' struttura urbana tradizzjonali assoċjata ma' sens qawwi ta' komunità".[1]
B'mod iktar ġenerali, kasbah hija ċ-ċittadella mdawra bil-ħitan f'bosta bliet u rħula tat-Tramuntana tal-Afrika.[2] L-isem oriġina mill-Franċiż fl-aħħar tas-seklu 19, u ġieli jiġi spellut kasbah u ġieli casbah.[3]
Storja
immodifikaIl-Kasbah tal-Alġier ġiet stabbilita fuq il-fdalijiet ta' Icosium antik fis-seklu 10. Kienet belt li nbniet fuq għolja, u kienet estiża lejn il-baħar, u maqsuma fil-belt ta' fuq u fil-belt ta' isfel. Hemmhekk wieħed isib strutturi tal-ġebel u moskej li jmorru lura għas-seklu 17: il-Moskea ta' Ketchaoua (li nbniet fl-1794 minn Dey Baba Hassan) b'żewġ minareti maġenbha; Djama’a al-Djedid (li nbniet fl-1660 fi żmien l-Ottomani) bl-erba' koppli ovojdali kbar ippuntati; Djamaâ el Kebir (l-eqdem fost il-moskej; li nbnier mill-mexxej tal-Almoravidi Yusuf ibn Tashfin; u l-Moskea ta' Ali Bitchin (Raïs, 1623). Il-Kasbah kien fiha diversi palazzi wkoll, fosthom Dar Aziza, Dar Mustapha Pacha, il-Palazz tad-Dey, u Dar Hassan Pacha li nbena fl-1791 biex jospita l-Paxà, li għex tmien snin hemmhekk.[4]
Fl-1839, ftit wara l-ħakma Franċiża, il-gvernatur Franċiż mar jgħix f'Dar Hassan Pacha. Fl-1860, Napuljun III u Eugénie de Montijo żaru l-kasbah. Qabel it-tmexxija Franċiża, il-kasbah kien fiha madwar 13-il Jama Masjid, 109 moskej, 32 mawżolew u 12-il Zawiya, b'total ta' 166 binja reliġjuża. Madankollu, il-maġġoranza ta' dawn il-binjiet reliġjużi nqerdu matul l-okkupazzjoni. Fl-1862 kien għad fadal disa' Jama Masjid, 19-il moskea, 15-il mawżolew u ħames Zawiya. Bosta moskej bħall-Moskea ta' Ketchauoua u l-Moskea ta' Berrani ġew ikkonvertiti f'binjiet bi skopijiet mhux Iżlamiċi, bħal barrakki militari u knejjes.[5]
Il-Kasbah kellha rwol ċentrali matul il-Gwerra Alġerina għall-Indipendenza (1954-1962). Matul is-snin bikrin tal-gwerra, il-Kasbah kienet l-epiċentru tal-ippjanar tar-rewwixta tal-Front Nazzjonali tal-Liberazzjoni (FLN), u minnha ppjana u wettaq l-attakki kontra ċ-ċittadini u l-aġenti tal-infurzar tal-liġi fl-Alġerija ta' dak iż-żmien. Sabiex jikkuntrabattu, l-awtoritajiet Franċiżi nedew operazzjonijiet fil-Kasbah matul il-Battalja tal-Alġier.
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Kasbah tal-Alġier ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]
Kundizzjoni attwali
immodifikaL-ANSS, l-aġenzija tal-konservazzjoni tal-gvern Alġerin, irrapportat li 373 binja fil-Kasbah iġġarrfu. Mill-1,816-il binja li għad fadal, 40 % huma fi stat ta' fdalijiet jew fi stat kritiku, u 10 % huma magħluqin b'panewijiet tal-injam.[6]
Reuters irrapportat f'Awwissu 2008 li l-Kasbah kienet mitluqa u ċerti żoni kienu qed jissograw li jċedu.[7]
L-awtoritajiet Alġerini jelenkaw l-età, it-telqa u l-popolazzjoni eċċessiva bħala l-kontributuri prinċipali tad-deġenerazzjoni. Il-popolazzjoni eċċessiva tagħmilha iktar diffiċli biex tinstab soluzzjoni għall-problema minħabba l-isforz meħtieġ biex ir-residenti jiġu rilokati. L-istimi jvarjaw bejn 40,000 sa 70,000 ruħ, għalkemm huwa diffiċli li wieħed ikun ċert minħabba l-għadd ta' nies li jirresjedu b'mod illegali fil-binjiet vojta.[8] Raġuni partikolari għalfejn il-gvern irid itejjeb il-kundizzjoni tal-Kasbah hi li potenzjalment hija moħba għall-kriminali u għat-terroristi. Fl-aħħar tas-snin 50 tas-seklu 20 u matul l-insurrezzjoni ċivili u t-taqbida kontra t-tmexxija kolonjali Franċiża kienet il-moħba għall-Armata Nazzjonali tal-Liberazzjoni tal-Alġerija.
Il-preservazzjonista Belkacem Babaci ddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda diffiċli, iżda mhux impossibbli, u jsostni: "Għadni nemmen li possibbli li tiġi salvata, iżda trid tiġi żvojtata u trid issib nies ikkwalifikati li jirrispettaw l-istil u l-materjali tagħha. Hija sfida enormi". Il-proġetti ta' restawr ġew imxekkla mid-dewmien u minn korruzzjoni endemika.[6]
-
Il-Kasbah tal-Alġier.
-
Il-ħammam tal-Kasbah.
-
Waħda mit-toroq tal-Kasbah.
-
L-arkitettura interna ta' dar fil-Kasbah.
-
Il-port tas-sajjieda tal-Kasbah.
-
Funtana fil-Kasbah.
-
Palazz tal-Kasbah minn ġewwa.
-
Is-saqaf imżejjen ta' binja fil-Kasbah.
Tibdil fil-klima
immodifikaPeress li l-Kasbah tal-Alġier hija attrazzjoni kostali, hija vulnerabbli għaż-żieda fil-livel tal-baħar. Fl-2022, is-Sitt Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC inkludiha fil-lista tas-siti kulturali Afrikani li se jkunu mhedda mill-għargħar u mill-erożjoni kostali sal-aħħar tas-seklu, iżda jekk it-tibdil fil-klima jkompli sa RCP 8.5, li huwa x-xenarju ta' żieda kbira u kontinwa fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra assoċjati ma' tisħin globali ta' iktar minn 4 °C, u ma għadux jitqies bħala probabbli ħafna.[9][10][11] Ix-xenarji l-oħra, iktar plawżibbli, jirriżultaw f'livelli iktar baxxi ta' tisħin globali u konsegwentement b'żieda iktar baxxa fil-livell tal-baħar: għalkemm iż-żieda fil-livell tal-baħar mistennija li tkompli għal madwar 10,000 sena fihom kollha.[12] Anke jekk it-tisħin globali jiġi limitat għal 1.5 °C, iż-żieda globali fil-livell tal-baħar xorta waħda mistennija li taqbeż iż-żewġ jew it-tliet metri (7-10 piedi) wara 2,000 sena (u livelli ogħla ta' tisħin globali jwasslu għal żidiet iktar imbagħad), b'żieda fil-livell tal-baħar taħt l-RCP 8.5 (~0.75 m (2 piedi) sal-2100 u żieda fil-livell tal-baħar ta' 0.5–1 metru (2-3 piedi) ferm qabel is-sena 4000. Għaldaqstant, fil-ġejjieni il-Kasbah tal-Alġier se tkun mhedda miż-żieda fil-livell tal-baħar sakemm ma tiġix protetta bi sforzi ta' adattament bħal ħitan fil-baħar.[13]
Fil-kultura popolari
immodifika- Il-Kasbah tal-Alġier kellha rwol ċentrali fil-film Franċiż tal-1937 Pépé le Moko u fil-film Amerikan tal-1938 Algiers, u l-ħalliel magħruf tal-ġojjelli Pepe le Moko, maħdum minn Jean Gabin fil-verżjoni Franċiża u minn Charles Boyer fil-verżjoni Amerikani jistaħba hemmhekk wara serqa fi Franza, u jsir mexxej lokali, iżda iktar ma jgħaddi ż-żmien, jibda jħossu maqbud fid-distrett. Għalkemm fil-film Amerikan, Boyer qatt ma qal lill-koprotagonista Hedy Lamarr "Come with me to ze Casbah" (Ejja miegħi sal-Kasbah), dan ġie miżjud fit-trailer tal-film ta' Hollywood, u baqa' assoċjat miegħu bis-saħħa ta' ġenerazzjonijiet ta' impressjonisti u parodiji tal-Looney Tunes.[14][15]
- Ir-rwol ta' Boyer bħala Pepe Le Moko diġà kien famuż mad-dinja kollha meta l-animatur Chuck Jones ibbaża l-karattru ta' Pepé Le Pew, l-iskunk romantiku introdott fil-cartoon tal-1945 tal-Warner Bros. Odor-able Kitty, fuq Boyer, il-vuċi imitata minn Mel Blanc – u l-frażi "Come with me to ze Casbah" mill-film famuż.[16]
Nies notevoli
immodifika- Abd al-Rahman al-Tha'alibi (1384-1479);
- Abdelhalim Bensmaia (1866-1933);
- Mohamed Charef (1908-2011);
- Brahim Boushaki (1912-1997);
- Abderrahmane Taleb (1930-1958);
- Djamila Bouhired (twieldet fl-1935);
- Djamila Boupacha (twieldet fl-1938);
- Mustapha Toumi (1937-2013).
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Kasbah of Algiers". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-20.
- ^ "ARABIC NAME TRANSLATOR". ARABIC NAME TRANSLATOR (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-20.
- ^ Tanya Reinhart, Israel/Palestine: How to End the War of 1948 2011- p. 151.
- ^ "[Interior of governor's palace, Algiers, Algeria]". www.loc.gov (bl-Ingliż). 1899. Miġbur 2023-10-20.
- ^ "المحور اليومي - دويرات القصبة تحتضّر ومساجدها العتيقة مهدّدة بالاندثار.. فهل من مغيث؟". web.archive.org. 2020-03-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-03-30. Miġbur 2023-10-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "The battle to save the Casbah in Algiers". Apollo Magazine (bl-Ingliż). 2020-03-19. Miġbur 2023-10-20.
- ^ "A ray of hope for Algeria's crumbling Casbah?" (bl-Ingliż). 2008-09-01. Miġbur 2023-10-20.
- ^ "Renewal of the Algiers Casbah". Algeria.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-20.
- ^ Trisos, C.H., I.O. Adelekan, E. Totin, A. Ayanlade, J. Efitre, A. Gemeda, K. Kalaba, C. Lennard, C. Masao, Y. Mgaya, G. Ngaruiya, D. Olago, N.P. Simpson, and S. Zakieldeen 2022: Chapter 9: Africa. In Climate Change 2022: Impacts, Adaptation and Vulnerability [H.-O. Pörtner, D.C. Roberts, M. Tignor, E.S. Poloczanska, K. Mintenbeck, A. Alegría, M. Craig, S. Langsdorf, S. Löschke,V. Möller, A. Okem, B. Rama (eds.)]. Cambridge University Press, Cambridge, United Kingdom and New York, NY, USA, pp. 2043–2121.
- ^ Hausfather, Zeke; Peters, Glen (2020). "Emissions – the 'business as usual' story is misleading". Nature. 577 (7792): 618–20.
- ^ Hausfather, Zeke; Peters, Glen (2020). "RCP8.5 is a problematic scenario for near-term emissions". PNAS. 117 (45): 27791–27792.
- ^ Technical Summary. In: Climate Change 2021: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change. IPCC. 2021. p. TS14.
- ^ IPCC, 2021: Summary for Policymakers. In: Climate Change 2021: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change [Masson-Delmotte, V., P. Zhai, A. Pirani, S.L. Connors, C. Péan, S. Berger, N. Caud, Y. Chen, L. Goldfarb, M.I. Gomis, M. Huang, K. Leitzell, E. Lonnoy, J.B.R. Matthews, T.K. Maycock, T. Waterfield, O. Yelekçi, R. Yu, and B. Zhou (eds.)]. Cambridge University Press, Cambridge, United Kingdom and New York, NY, USA, pp. 3−32.
- ^ TCM Film Guide (2006). The 50 Most Unforgettable Actors of the Studio Era: Leading Men. San Francisco, California: Chronicle Books. p. 29.
- ^ Boller, Jr., Paul F.; George, John (1989). They Never Said It: A Book of Fake Quotes, Misquotes, and Misleading Attributions. New York: Oxford University Press. ISBN 0-19-505541-1.
- ^ Boller, Jr., Paul F.; George, John (1989). They Never Said It: A Book of Fake Quotes, Misquotes, and Misleading Attributions. New York: Oxford University Press. ISBN 0-19-505541-1.