Julian Manduca

ambjentalist u ġurnalist Malti

Julian Manduca (2 ta’ Lulju 1958 – 17 ta’ Mejju 2005) kien wieħed mill-ambjentalisti prominenti f’Malta. Huwa kien jagħmel parti mit-tim maniġerjali ta’ organizzazzjoni tal-kummerċ etiku u editur konsulent mal-gazzetta liberali u favur l-ambjent MaltaToday.

Julian Manduca
Ħajja
Twelid 2 Lulju 1958
Nazzjonalità Malta
Mewt 18 Mejju 2005
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ambjentalist

Bħala attivist ta’ Friends of the Earth Malta, Manduca qatt ma beża’ jesprimi t-tħassib tiegħu f’pajjiż fejn it-tkabbir taz-zoni urbani kien qered il-biċċa l-kbira tat-terren naturali, waqt li kkritika deċiżjonijiet politiċi li ffavorew l-industirja tal-kostruzzjoni aktar mill-ħarsient tal-ambjent naturali.

Attivist mal-Partit Aħdar Malti Alternattiva Demokratika, fl-1992 ingħaqad ma' erbatax-il persuna oħra li nqaflu fil-ktajjen bil-ktajjeb mal-gradi ta' quddiem il-Berġa ta' Kastilja, li sservi bħala l-uffiċċju tal-Prim Ministru Malti, bi protesta kontra s-sistema elettorali ta' Malta. Minkejja dan, Malta baqgħedt l-uniku pajjiż tal-Unjoni Ewropea b’żewġ partiti biss rappreżentati fil-parlament.

Imlaqqam Choppy, huwa kien magħruf ukoll għall-impenn tiegħu lejn il-Klabb tal-Films tal-Università ta’ Malta. Huwa kien miżżewweġ lill-attriċi Ġermaniża Irene Christ. Fl-2002, flimkien ma’ Christ, waqqaf il-grupp teatrali Actinghouse Productions.[1]

Manduca miet f'daqqa fis-17 ta' Mejju 2005 f'Malta .

It-telfa tiegħu kienet it-tieni waħda f'perjodu qasir fost l-ambjentalisti Maltin impenjati, wara l-mewt tal-attivista ta' Greenpeace Maggie Borg. Il-grupp rock Malti Dripht iddedika l-album Global Warning lil dawn iż-żewġ ambjentalisti. Il-ħeġġa, l-onestà, il-ftuħ u l-impenn tiegħu ispiraw lil ħafna ambjentalisti Maltin oħra biex iwettqu l-kruċjata kontra l-iżvilupp żejjed fil-Gżejjer Maltin.

Fl-2006 il-Malta Today nediet il-Premju Julian Manduca, għall-ħidma kulturali, letterarja u ambjentali. Dawn il-premjijiet ingħataw lil Friends of the Earth (Malta), Walter Micallef u Karl Schembri .

Referenzi immodifika

  1. ^ Actinghouse Productions