Friends of the Earth (Malta)

Moviment għall-Ambjent, Friends of the Earth Malta (stabbilit fl-1985 u oriġinarjament kien magħruf bħala Żgħażagħ għall-Ambjent) huwa organizazzjoni tal-ambjentalisti u attivitisti favur l-ambjent f'Malta. Il-grupp twaqqaf l-ewwel bħala organizzazzjoni umbrella għal diversi gruppi taż-żgħażagħ u ambjentali iżda malajr żviluppa fil-forma preżenti tiegħu.

Il-grupp oriġinarjament twaqqaf fl-1985 bħala organizzazzjoni umbrella għal diversi gruppi taż-żgħażagħ u ambjentali, iżda malajr żviluppa f'kumitat ta' attivisti. Il-popolarità u l-kopertura tal-midja nkisbu għall-ewwel darba f'Novembru 1985, meta membri tal-grupp ġew attakkati waqt protesta kontra l-iżviluppi fuq il-bajjiet u fil-kampanja. Minn dak iż-żmien 'l hawn l-attivitajiet tal-organizazzjoni ffokaw prinċipalment fuq kwistjonijiet ta' użu tal-art, theddidiet mit-turiżmu, enerġija, tniġġis, skart u għajxien sostenibbli.

Fl-1991, il-Moviment għall-Ambjent sar parti minn Friends of the Earth International, netwerk ta’ gruppi minn 71 pajjiż.

FoE Malta hija organizzazzjoni indipendenti, distinta minn kull partit politiku. Mhi direttament affiljata ma’ ebda grupp ambjentali ieħor f’Malta, madankollu, ħadmet ma’ numru ta' NGOs oħra fuq kwistjonijiet partikolari ta’ tħassib komuni.

FoE Malta rċeviet il-Premju Julian Manduca għall-kontribut sinifikanti tagħha għall-ambjentaliżmu f’Malta u l-Premju Golden Star mill-Kummissjoni Ewropea għall-proġett tagħhom “Ċittadini Ewropej Ġodda! Dibattitu Televiżiv u Workshop Internazzjonali”.

FoE Malta hija parti mit-30 organizzazzjoni nazzjonali li Friends of the Earth Europe tirrappreżenta u tgħaqqad fil-livell Ewropew.

Attiviżmu

immodifika

Il-kwistjonijiet ewlenin li jikkampanjaw dwarhom Friends of the Earth Malta huma:

  • Tibdil fil-klima
  • Kwistjonijiet ta' art
  • GMOs
  • L-Ilma
  • Skart
  • Bżonn ta' kimiċi aktar sikuri
  • Ġustizzja soċjali u ambjentali
immodifika