Berġa ta' Kastilja
Il-Berġa ta' Kastilja (bil-Franċiż: Auberge de Castille et Portugal) hija waħda mis-seba' bereġ li nbnew oriġinarjament fil-Belt Valletta, fil-gżira ta' Malta għall-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm.
Data meta nħoloq | 1574 |
---|---|
Native label | Berġa ta’ Kastilja |
Imsemmi għal | Tongue of Castile |
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Valletta |
Koordinati | 35°53′45″N 14°30′41″E |
Propjetarju | Gvern ta' Malta |
Arkitett | Ġlormu Cassar |
Stil arkitettoniku | Spanish Baroque architecture |
Deżinjazzjoni bħala wirt | Grad 1 |
Indirizz stradali | Misrah Kastilja |
Sit uffiċjali | https://opm.gov.mt/auberge_de_castille?l=1 |
Category for the interior of the item | Category:Interior of Auberge de Castille (Valletta) |
Il-bini bħalissa fih l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta.
Post
immodifikaIl-bini jinsab fi Pjazza Kastilja, ħdejn il-Borża ta' Malta u l-Ġonna tal-Barrakka ta' Fuq. Il-berġa tinsab fl-ogħla punt fil-Belt Valletta u tagħti fuq iż-żona tal-Port il-Kbir.
Storja
immodifikaIl-Berġa ta' Kastilja nbniet bejn l-1571 u l-1574 biex tilqa' l-Kavallieri ta' Kastilja, León u l-Portugall, li kienu jitkellmu waħda mill-ilsna l-aktar qawwija tal-Ordni tal- Ospitalari ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm. Il-bini kien iddisinjat mill-arkitett Malti Ġlormu Cassar.
Il-berġa nbniet kompletament mill-1741 sal-1745, fi żmien il-Gran Mastru Manoel Pinto da Fonseca fi stil Barokk minn arkitett ieħor Malti, Andrea Belli. L-armamenti ta' Kastilja, León u l-Portugall, kif ukoll l-arma personali ta' Manuel Pinto kienu minquxin fuq il-faċċata f'dan iż-żmien. Ġie skolpit ukoll bust ta' Manuel Pinto.
Il-berġa mbagħad saret il-kwartieri ġenerali tal-forzi armati Brittaniċi f'Malta fl-1805 meta l-gżira ġiet taħt il-ħakma Brittanika. Fl-1814, kontinġent ta' suldati b'diżabbilità mill-armata Eġizzjana kienu miżmuma fil-berġa. F'waħda mill-kmamar fl-ewwel sular infetħet kappella Protestanta fl-1840.
Fl-1889, fuq il-bejt ġie installat stazzjon tar-radju militari b'antenna kbira sabiex jikkomunika ma' vapuri tal-gwerra tal-flotta Brittanika fil-Mediterran. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-berġa ġiet ibbumbardjata u ġarrbet ħsarat serji fiż-żona tad-daħla. Wara l-gwerra, is-sezzjoni bil-ħsara reġgħet inbniet u l-antenna tneħħiet.
Uffiċċju tal-Prim Ministru Malti
immodifikaL-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġie mċaqlaq mill-Berġa ta' Aragona għall-Berġa ta' Kastilja fl-4 ta' Marzu 1972. F'dan il-bini, il-Prim Ministru jmexxi l-gvern u kull nhar ta' Tlieta jiltaqa' mal-kunsill tal-ministri fil-berġa.
Restawr tal-bini
immodifikaMatul is-snin, ftit mill-ġebla bdiet tisfar u l-faċċati swiedu bit-tniġġis. Ir-restawr tal-berġa għalhekk beda fl-2009 u tlesta f'nofs l-2014.