Joseph Calleja
Joseph Calleja (twieled fit-22 ta' Jannar 1978) huwa tenur Malti. Beda jkanta meta kellu 16-il meta skoprieh it-tenur Brian Cefai u mbagħad kompla jistudja taħt Pawlu Asciak. Ta' 19-il sena għamel id-debutt operistiku tiegħu bħala Macduff fl-opra Macbeth ta' Verdi fit-Teatru Astra ta' Għawdex u wara, fl-istess sena rebaħ premju fil-konkors internazzjonali tal-kant Hans Gabor Belvedere. Fl-1998, rebaħ il-konkors internazzjonali tal-kant liriku Enrico Caruso f'Milan u fl-1999 rebaħ il-premju CulturArte fil-konkors internazzjonali tal-opra Operalia mwaqqaf minn Plácido Domingo.[1] Joseph Calleja hu meqjus bħala wieħed mit-tenuri żgħażagħ l-iżjed promettenti tas-seklu 21.[2]
Joseph Calleja | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ħ'Attard, 22 Jannar 1978 (46 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kantant tal-opri mużiċist |
Tip ta' leħen | tenur |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Fit-2 ta' Novembru 2012, l-Università ta' Malta onorat lil Joseph Calleja bid-Dottorat fil-Letteratura Honoris Causa bħala rikonoxximent tal-kisbiet tiegħu bħala tenur ta' fama internazzjonali.[3]
Suċċessi internazzjonali
immodifikaFl-Ewropa, Calleja kanta f'ħafna teatri tal-opra fosthom ir-Royal Opera House f'Londra, fil-Wiener Staatsoper ta' Vjenna, fl-Oper Frankfurt, id-Deutsche Oper Berlin, l-Opéra national du Rhin f'Strasburgu, it-Teatre Principal f'Minorca, il-Gran Teatre del Liceu ta' Barċelona, il- Concertgebouw f'Amsterdam u ħafna oħrajn.
Fl-Istati Uniti, Calleja kanta fil-Metropolitan Opera ta' New York, il-Houston Grand Opera, il-Los Angeles Opera, is-Seattle Opera, il-Washington National Opera, u s-Civic Opera House ta' Chicago.
Calleja irrekordja żewġ CDs, ma' DeccaClassic, ta' arji mill-opri: Tenor Arias u The Golden Voice. F'Lulju tal-2011, it-tielet album solo ta' Calleja, Joseph Calleja – The Maltese Tenor laħaq it-tieni post fil-klassifika Ġermaniża[4] u mill-ewwel laħaq l-ewwel post fil-Billboard Classical Traditional chart tal-Istati Uniti.[5]
Joseph Calleja kien nominat Artista tas-Sena 2012 tar-rivista Gramophone. Fl-istess sena, Calleja inħatar bħala l-ewwel ambaxxatur kulturali ta' Malta.
Kunċerti
immodifika- Fid-19 ta' Lulju 2009, kanta ma' Michael Bolton.
- F'Lulju 2010, kanta ma' Dionne Warwick u Riccardo Cocciante mal-kor tiegħu ta' mitt tifel u tifla.
- Fid-9 ta' Lulju 2011, Calleja kanta f'kunċert anwali dedikat għalih mas- soprano Hayley Westenra minn Christchurch u l-kantant Taljan Lucio Dalla fuq il-Fosos tal-Furjana.[6]
- Fit-8 ta' Diċembru 2011, Calleja kanta fil-kunċert tal-Premju Nobel għall-Paċi tal-2011 f'Stokkolma.[7]
- Fit-8 ta' Settembru 2012, Calleja kanta fil-Last Night of Proms 2012.[8]
- Fit-18 ta' Jannar 2013, Calleja kanta Pariġi fit-Théâtre des Champs-Elysées.
- Fil-31 ta' Jannar 2013, Calleja kanta fil-Concertgebouw f'Amsterdam, mal-Orquesta Sinfónica de Navarra, immexxija minn Frédéric Chaslin.
- On 1 August 2013, Calleja kanta ma' Zucchero, Rebecca Ferguson, Gianluca Bezzina, Riccardo Cocciante u Tenisha. Kien akkumpanjat mill-kor tiegħu. Il-kunċert sar fuq il-Fosos tal-Furjana mal-Orkestra Nazzjonali Maltija mmexxija mill-Mro. Steven Mercurio.[9]
Recordings u videos
immodifika- 2003: DVD ta' Maria Stuarda, b'Calleja fil-parti ta' Leicester, irrekordjata mill-Fondazione Orchestra Stabile de Bergamo
- 2004: Diska solo, Tenor Arias, diretta minn Riccardo Chailly bl-Orchestra Sinfonica e Coro di Milano
- 2004: "Puccini Discoveries": Cantata Cessato il suon dell'armi, diretta minn Riccardo Chailly mal-Orchestra Sinfonica e Coro di Milano
- 2005: Diska solo, The Golden Voice, diretta minn Carlo Rizzi mal-Academy of St Martin in the Fields
- 2009: CD ta' I Capuleti e i Montecchi b'Calleja fil-parti ta' Tebaldo, diretta minn Fabio Luisi
- 2010: DVD ta' Simon Boccanegra b'Calleja fil-parti ta' Gabriele Adorno b'Plácido Domingo fil-parti prinċipali; irrekordjata fir-Royal Opera House', Covent Garden, Londra
- 2011: DVD of La traviata b'Calleja fil-parti ta' Alfredo Germont, irrekordjata fir-Royal Opera House', Covent Garden, Londra (nominata għal Grammy)
- 2011: Diska solo, The Maltese Tenor, mal-Orchestre de la Suisse Romande
- 2012: Diska solo, "Be My Love - A Tribute to Mario Lanza", BBC Concert Orchestra
Calleja deher bħala mistieden fl-album ta' Renée Fleming, By Request, fejn kanta l-parti ta' Alfredo fl-aħħar xena tal-ewwel att ta' La traviata. Ir-recording ta' "La donna è mobile" mir-Rigoletto ta' Verdi jinstema' fis-soundtrack tal-film ta' 2007 No Reservations, li taħdem fih Catherine Zeta-Jones.
The Golden Voice u Tenor Arias qalgħu ħafna tifħir kritiku u popolari u t-tejn ġew nominati bħala l-għażla tal-Editur fir-rivista Gramophone.
Singli
immodifika- 2012: "Be My Love" (laħqet ir-raba' post f'Tracklisten, il-Klassifika Daniża tas-Singli)
Film
immodifikaJoseph Calleja jaħdem il-parti tat-tenur Enrico Caruso fil-film ta' James Gray The Immigrant, li jaħdmu fih ukoll Joaquin Phoenix u Marion Cotillard.
Repertorju
immodifika- Zephoris f'Si j'étais roi (Adolphe Adam)
- Tebaldo f'I Capuleti e i Montecchi (Vincenzo Bellini)
- Arturo f'I puritani (Bellini)
- Elvino f'La sonnambula (Bellini)
- Lind f'Isabella (Azio Corghi)
- Nemorino f'L'elisir d'amore (Gaetano Donizetti)
- Edgardo f'Lucia di Lammermoor (Donizetti)
- Leicester f'Maria Stuarda (Donizetti)
- Ernesto f'Don Pasquale (Donizetti)
- Roberto Devereux f'Roberto Devereux (Donizetti)
- Faust f'Faust (Charles Gounod)
- Roméo f'Roméo et Juliette (Gounod)
- Don Ottavio f'Don Giovanni (Mozart)
- Rodolfo f'La bohème (Giacomo Puccini)
- Rinuccio f'Gianni Schicchi (Puccini)
- Count Almaviva f'Il barbiere di Siviglia (Gioachino Rossini)
- Fenton f'Falstaff (Giuseppe Verdi)
- Edoardo di Sanval f'Un giorno di regno (Verdi)
- Macduff f'Macbeth (Verdi)
- The Duke f'Rigoletto (Verdi)
- Alfredo f'La traviata (Verdi)
- Hoffmann f'Les contes d'Hoffmann (Jacques Offenbach)
- Ruggiero f'La rondine (Puccini)
- Nicias f'Thaïs (Jules Massenet)
- Pinkerton f'Madama Butterfly (Puccini)
- Gabriele Adorno f'Simon Boccanegra (Verdi)
- Fritz f'L'amico Fritz (Pietro Mascagni)
- Nadir f'Les pêcheurs de perles (Georges Bizet)
Referenzi
immodifika- ^ [1]
- ^ "Joseph Calleja – the tenor who is Malta's national treasure" minn Imogen Tilden, The Guardian, 6 ta' Settembru 2012)
- ^ "Joseph Calleja – Maltese Tenor", 18 ta' Diċembru 2012
- ^ "Calleja's album second in German charts", The Times of Malta, Malta, 28 ta' Ġunju 2011
- ^ 21C Media Group
- ^ Musical giants come together The Times of Malta, 2011-06-20
- ^ Standing ovations for Calleja at Nobel Prize concert The Times of Malta, 2011-12-09
- ^ BBC: "Prom 76: Last Night of the Proms 2012
- ^ Opera vs. pop – A summer concert in Malta Euronews 8/3/13
Ħoloq esterni
immodifika- Sit uffiċjali
- Bijografija fuq InstantEncore