Pietro Mascagni (7 ta' Diċembru 1863 - 2 ta' Awwissu 1945) kien kompożitur Taljan magħruf primarjament għall-opri tiegħu. Il-kapulavur tiegħu tal-1890, Cavalleria Rusticana, ikkawża waħda mill-akbar sensazzjonijiet fl-istorja tal-opra u daħal waħdu fil-moviment tal-Veriżmu fil-mużika drammatika Taljana. Bħal Ruggiero Leoncavallo, Mascagni kien "raġel ta' opra waħda" li qatt ma seta' jirrepeti l-ewwel suċċess tiegħu, anke jekk L'amico Fritz u Iris baqgħu fir-repertorju fl-Ewropa (speċjalment fl-Italja) mill-premieres tagħhom.[1]

Pietro Mascagni
Ħajja
Isem propju Pietro Antonio Stefano Mascagni
Twelid Livorno, 7 Diċembru 1863
Nazzjonalità Renju tal-Italja
Mewt Ruma, 2 Awwissu 1945
Post tad-dfin Cimitero della Misericordia (en) Translate
Livorno
Edukazzjoni
Alma mater Konservatorju ta' Milan
Lingwi Taljan
Għalliema Amilcare Ponchielli
Alfredo Soffredini (en) Translate
Michele Saladino (en) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni surmast tal-orkestra
kompożitur
Xogħlijiet importanti Cavalleria rusticana (en) Translate
L'amico Fritz (en) Translate
Iris (en) Translate
Premjijiet
Moviment artistiku opra

Mascagni kiteb ħmistax-il opra, operetta, diversi xogħlijiet orkestrali u vokali, u wkoll kanzunetti u mużika għall-pjanu. Huwa gawda suċċess immens matul ħajtu, kemm bħala kompożitur u direttur tal-mużika tiegħu kif ukoll ta' nies oħra u ħoloq varjetà ta' stili fl-opri tiegħu.

Bijografija

immodifika

Ħajja bikrija u edukazzjoni

immodifika

Mascagni twieled fis-7 ta' Diċembru 1863 f'Livorno, it-Toskana, u kien it-tieni iben ta' Domenico u Emilia Mascagni. Missieru kien imexxi forn. Giovanni Targioni-Tozzetti ("Nanni") twieled fl-istess sena fl-istess belt u sar il-ħabib u l-kollaboratur ta' Mascagni tul ħajtu

Fl-1876, fl-età ta' 13-il sena, Mascagni beda l-istudji mużikali tiegħu ma' Alfredo Soffredini, li waqqaf l-Istituto Musicale di Livorno (iktar tard imsejjaħ Istituto Cherubini). Soffredini kien għadu kemm temm l-istudji mużikali tiegħu f’Milan. Nattiv minn Livorno wkoll, Soffredini kien kompożitur, għalliem u kritiku mużikali. Mascagni beda jikkomponi malajr: bejn l-1879 u l-1880, kiteb diversi xogħlijiet: Sinfonia in do minore, Prima sinfonia in fa maggiore, Elegia, Kyrie, Gloria u Ave Maria.

L-aħħar snin

immodifika
 
Pietro Mascagni

Fl-1940, saru ċelebrazzjonijiet għall-ħamsin anniversarju tal-opra l-iktar popolari tiegħu, Cavalleria rusticana, madwar l-Italja kollha, ħafna drabi bid-direzzjoni ta’ Mascagni. L-opra ġiet irrekordjata għal La Voce del padrone ("Leħen l-Imgħallem Tiegħu") fit-Teatru La Scala taħt id-direzzjoni ta' Mascagni, li rrekordja introduzzjoni speċjali mitkellma. Aktar tard EMI reġgħet ħarġet ir-recording fuq LP u CD.

Fl-1942, wara udjenza mal-Papa Piju XII, il-gazzetta Cattolica Romana kkwotat lil Mascagni jgħid li n-neputija tiegħu li kienet milquta mit-tuberkulożi kienet fieqet wara li rċeviet rużarju u midalja tal-fidda mbierka mill-Papa.[2]

Mascagni miet fit-2 ta' Awwissu 1945 fl-appartament tiegħu fil-Grand Hotel Plaza f'Ruma. Iċ-ċerimonja tal-funeral kienet fl-4 ta’ Awwissu 1945. L-awtoritajiet Taljani ma kinux preżenti. Fl-1951, il-katavru tiegħu ġie trasferit minn Ruma għal Livorno, fejn finalment Mascagni ngħata ġieħ uffiċjali wara mewtu. Fis-7 ta' Diċembru 1963, il-mitt sena mit-twelid ta' Mascagni, ġiet żvelata plakka f'Ruma fuq l-Albergo del Sole fejn Mascagni qagħad waqt il-premiere ta' Cavalleria rusticana.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Mascagni L'amico Fritz DG 4778358 [CF]: Classical Music Reviews - March 2010 MusicWeb-International". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  2. ^ Miracles and visions may make Pius XII a Saint, United Press International, UPI, 9 October 1958,