Joseph Calleia
Joseph Calleia (twieled fl-4 ta' Awwissu 1897 – miet fil-31 ta' Ottubru 1975) kien kantant, kompożitur, u attur Malti, li ħadem kemm fi Broadway kif ukoll fil-films Amerikani. Calleia ħadem ma' wħud mill-artisti kbar ta' Hollywood, fosthom John Wayne, William Holden, Errol Flynn, Rita Hayworth, Mae West, Bette Davis, Jane Russell, Mario Lanza, Charlton Heston, Dean Martin u Jerry Lewis, Orson Welles, Tyrone Power, Alan Ladd u Anthony Quinn.
Joseph Calleia | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Mdinau Rabat, 4 Awwissu 1897 |
Nazzjonalità |
Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta Stati Uniti tal-Amerka |
L-ewwel lingwa | Ingliż |
Mewt | Tas-Sliema, 31 Ottubru 1975 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (infart tal-mijokardju) |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
attur kantant xeneġġatur attur tal-palk attur televiżiv |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Il-bidu
immodifikaBin Pasquale u Elena mwielda Calleja, Joseph Calleia twieled is-Saqqajja, ir-Rabat, Malta, u ngħata l-edukazzjoni tiegħu San Ġiljan u l-Kulleġġ ta' San Alwiġi. Organizza harmonica band li minnha għamel biżżejjed flus biex fl-1914 ħalla Malta meta kien għad kellu 17-il sena, u beda jdur mal-Ewropa jkanta f'kafetteriji u fi swali tal-mużika ta' ħafna bliet kapitali li kienu mifnija mill-gwerra. Iktar tard mar ikanta fi New York u wara ħadem fit-teatru.
Broadway
immodifikaGħalkemm Calleia ħadem f'iktar minn 50 film, huwa dejjem qal li jippreferi l-palk miċ-ċinema. Kien meqjus bħala "dawl jibbrilla" fi Broadway bejn l-1926 u l-1945, u deher f'ħafna drammi ta' suċċess, fosthom:
- Broadway f'Broadhurst Theatre, minn Settembru 1926 sa Frar 1928, bħala "Joe, wejter"[1]
- The Front Page f'Times Square Theatre, minn Awwissu 1928 sa April 1929, bħala "Kruger (Journal of Commerce)"[2]
- The Last Mile f'Sam H. Harris Theatre, minn Frar sa Ottubru 1930 bħala "Tom D'Amoro"[3]
- Grand Hotel fin-National Theatre, minn Novembru 1930 sa Diċembru 1931, bħala "ix-xufier", u maniġer ġenerali tal-palk[4]
- Honeymoon f'Helen Hayes Theatre, minn Diċembru 1932 sa Frar 1933, bħala "Nicola"[5]
- Ten Minute Alibi f'Ethel Barrymore Theatre, minn Ottubru 1933 sa Jannar 1934, bħala "l-kaċċatur"[6]
- Small Miracle f'John Golden Theatre, minn Settembru 1934 sa Jannar 1935, bħala "Tony Mako"[7]
Hollywood
immodifikaMill-1931, Calleia ffirma kuntratt mal-MGM f'Hollywood, fejn beda karriera b'suċċess fl-industrija tal-films, li fiha deher f'57 film mill-1931 sal-1955, ħafna drabi fil-parti ta' pulizija jew raġel kriminali f'films tal-gangsters u films western.
Għamel id-debutt tiegħu fil-films fl-1935 meta deher f'żewġ B-films: His Woman (1931) u The Girl in the Cab (1933). Mill-ewwel ħalla impressjoni tajba fil-parti ta' raġel kriminali fil-film Public Hero No. 1, u wara Riff Raff (1935) li fih ħadimha ta' womanizer, flimkien ma' Jean Harlow, Spencer Tracy u Mickey Rooney. Fl-1936, Calleia kiteb ix-xeneġġatura għal The Robin Hood of El Dorado. Fl-1943, ħadimha ta' El Sordo f'''For Whom The Bell Tolls''.
Uħud mill-Films li ħa sehem fihom
immodifikaTlieta mill-films li fihom ħa sehem Calleia ma kinux tħallew jidħlu Malta fosthom Full Confession li fih l-attur kellu l-parti ta’ qassis.
Fl-1936, waqt li kien qed jaħdem il-film Tough Guy, Calleia ħareġ bl-idea li jkanta l-kanzunetta folkoristika Maltija Ah lilek tal-Gallarija, l-ewwel diska bil-Malti li qatt instemgħet fuq film ta’ Hollywood. Il-kumpanija għal bidu beżgħet tuża d-diska minħabba d-drittijiet tal-awtur imma Calleia kkonvinċihom li ma kien hemm l-ebda dritt marbut magħha u użawha. Din il-kanzunetta kien ikantaha ma' sħabu r-Rabtin meta kien għadu tifel fil-Buskett.
- After the Thin Man (1936) — żeffien u sid il-Lichee Club
- Tough Guy (1936) - Joseph 'Joe' Calerno (Gangster)
- The Bad Man of Brimstone (1938) — Ben Portugiż
- Marie Antoinette' — Drouet
- Algiers — Spettur Slimane
- Five Came Back (1939) — Vasquez, l-anarkiku
- Juarez (1939) — Alejandro Uradi
- Golden Boy — Eddie Fuseli
- My Little Chickadee (1940) — Jeff Badger
- Sundown (1941)
- The Glass Key (1942) — Nick Varna
- The Jungle Book (1942) - Balduo
- For Whom the Bell Tolls (1943) — El Sordo
- The Cross of Lorraine (1943)
- Gilda (1946) — id-detective Maurice Obregon
- Deadline at Dawn (1946) — Val Bartelli
- Lured (1947)
- Four Faces West (1948)
- Captain Carey, U.S.A. (1950) — Dr. Lunati
- Vendetta (1950) — is-sindku Guido Barracini
- Valentino (1951) — Luigi Verducci
- The Light Touch (1952) — il-Logutenent Massiro
- The Caddy (1953) — Papa Anthony
- Underwater! (1955) — Rico Herrera
- The Littles Outlaw (1955) — Padre
- The Treasure of Pancho Villa (1955) — Pablo Morales
- Hot Blood (1956) — Papa Theodore
- Touch of Evil (1958) — is-Surġent tal-Pulizija Pete Menzies
- The Alamo (1960) — Juan Seguín
Premjijiet
immodifikaCalleia rċieva l-Premju tal-Kritika fl-1938 għall-film dirett minn John Cromwell Algiers.
Irtirar
immodifikaCalleia rtira fl-1963 u miet Tas-Sliema fl-età ta' 78 sena. Tliet snin qabel ma miet kienu offrewlu l-parti ta' Don Corleone fil-film kbir The Godfather minflok Marlon Brando imma ma aċċettax. Minkejja l-fama tiegħu fl-Amerka u fl-Italja, mewtu ma kinitx aħbar kbira f'Malta. Billi fil-films kien ħadem bosta karattri Sqallin, ir-RAI kienet tat l-aħbar li mietet stilla taċ-ċinema Taljana.
Il-Gvern ta' Malta onorah b'sett ta' żewġ bolol fl-1997, fiċ-ċentenarju minn twelidu. F'Ottubru 2005, fuq inizjattiva taż-żagħżugħ Eman Bonnici, inkixef bust ta' Calleia quddiem id-dar fejn twieled fis-Saqqajja, xogħol l-iskultur Anton Agius. F'Mejju 2009, TVM xandar dokumentarju fuq ħajtu fis-sensiela Bijografiji.