José Iraragorri
José Iraragorri Ealo (twieled fis-16 ta' Marzu 1912 – miet fis-27 ta' April 1983) kien plejer u kowċ tal-futbol Spanjol. Mat-tim nazzjonali Taljan hu rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-1934 fejn kienet it-tieni l-aqwa skorer b'erba' gowls, fosthom il-gowl fil-ħin barrani fil-finali kontra ċ-Ċekoslovakkja.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | José Iraragorri Ealo | ||
Twelid | 16 ta' Marzu 1912 Basauri, Spanja | ||
Mewt | 27 ta' April 1983 (71 sena) Galdako | ||
Tul | 1.78 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1929–1936 | Athletic Bilbao | ||
1938–1939 | Club Deportivo Euzkadi | ||
1939–1941 | San Lorenzo | ||
1943–1946 | Real Club España | ||
1946–1949 | Athletic Bilbao | ||
Tim nazzjonali | |||
1931–1936 | Spanja | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
1947–1948 | Barakaldo | ||
1949–1952 | Athletic Bilbao | ||
1952–1953 | Real Valladolid | ||
1953–1954 | Celta de Vigo | ||
Hércules | |||
Indautxu |
Karriera
immodifikaKlabb
immodifikaImlaqqam El chato de Galdácano[1] Iraragorri beda l-karriera tiegħu ta' sittax-il sena ma' Athletic Bilbao. Fl-1929, beda jifforma parti mill-ewwel tim u kien parti mit-tim li fl-istaġun 1929–30 għamel id-doppjetta tal-kampjonat (mingħajr telfa) u t-Tazza tar-Re, flimkien mal-ikoni Lafuente, Bata, Chirri II u Gorostiza.[2][3] Taħt il-gwida tal-Ingliż Fred Pentland, Athletic reġgħu għamlu d-doppjetta s-sena ta' wara. Fil-ħames staġuni ta' wara hu rebaħ erba' titli oħra nazzjonali, inklużi żewġ kampjonati u żewġ Tazez.
Meta faqqgħet il-doppjetta, hu ngħaqad mat-tim Bask li kkompeta fl-Ewropa u l-Messiku.[4][5] Fl-1939, telaq flimkien ma' Isidro Lángara u Ángel Zubieta u ssieħeb mat-tim Arġentin ta' San Lorenzo. Wara sentejn, ingħaqad ma' Real Club España, tim ieħor Messikan li magħhom qatta' seba' snin magħhom.[6]
Fl-1946 irritorna ma' Athletic u magħhom temm il-karriera ta' professjonist fl-1949, li fihom skorja 179 gowl f'għaxar staġuni mal-klabb Bask.[7]
Tim nazzjonali
immodifikaMat-tim nazzjonali Spanjol, Iraragorri lagħab seba' darbiet. Iddebutta ta' dsatax-il sena fid-19 ta' April 1931 fi dro ta' mingħajr gowls kontra l-Italja. Fit-tieni logħba tiegħu skorja l-ewwel gowl ta' Spanja fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja fir-rebħa ta' 3–1 kontra l-Brażil fl-ewwel fażi tat-Tazza tad-Dinja tal-1934.[8]
Kowċ
immodifikaWaqt li kien plejer ta' Athletic, għall-istaġun 1947–48, hu mexxa lit-tim ta' Barakaldo.[9] Meta rtira ta' 37 sena, hu tpoġġa fit-tmun tal-Ahtletic fejn baqa' hemmhekk għal tliet snin. Magħhom rebaħ it-Tazza tar-Re u t-Tazza Eva Duarte. Aktar tard ħa f'idejh lil Real Valladolid u Celta de Vigo, fejn rebaħ il-Copa Federación ma' tal-ewwel.[10]
Unuri
immodifika- Atletico Bilbao
- La Liga: 1929–30, 1930–31, 1933–34, 1935–36
- Tazza tar-Re: 1930, 1931, 1932
- Real Club España
- Liga MX: 1944–45
- Copa MX: 1943–44
- Campeón de Campeones: 1944, 1945
Referenzi
immodifika- ^ "Discrepo por completo de los que creen en la baja forma del fútbol español" (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 1956-05-17.
- ^ "History 1928–1937" (bl-Ingliż). Athletic Bilbao. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-04.
- ^ Radnedge, Keir (1977-08-01). "The history of Athletic Bilbao 1898–1936" (bl-Ingliż). In Bed With Maradona.
- ^ "La Selección de Euzkadi 1937-1939. Su historia contada desde México" (bl-Ispanjol). About Basque Country. 2013-02-08.
- ^ "Cuando Euzkadi conquistó México - Panenka" (bl-Ispanjol). Panenka. 2017-01-24.
- ^ "Carta de Méjico" (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 1955-03-13.
- ^ "Jose Iraragorri" (bl-Ispanjol). Athletic Club.
- ^ SA, Baigorri Argitaletxea (2014-06-15). "El Chato de Galdakao" (bl-Ispanjol). GARA.
- ^ "Entrenadores" (bl-Ispanjol). Barakaldo CF. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-03-19.
- ^ "Iraragorri, José Iraragorri Ealo - Entrenador" (bl-Ispanjol). BDFutbol.
Ħoloq esterni
immodifika- José Iraragorri fuq National-Football-Teams.com