Johann "Hans" Horvath (twieled fl-20 ta' Mejju 1903 – miet fit-30 ta' Lulju 1968) kien plejer tal-futbol Awstrijak li kien jilgħab bħala attakkant.

Johann Horvath
Informazzjoni personali
Twelid20 ta' Mejju 1903(1903-05-20)
Imperu Awstro-Ungeriż
Mewt30 ta' Lulju 1968 (65 sena)
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1920–1927Simmeringer
1927–1930Rapid Wien
1930–1933Wacker Wien
1933–1935Wien
1935–1940Simmeringer
Tim nazzjonali
1924–1934Awstrija

Karriera

immodifika

Horvath beda jilgħab ma' Simmering, it-tim tal-viċinat tiegħu. Wara d-debutt fil-kampjonat, iddebutta wkoll mat-tim nazzjonali fil-logħba kontra l-Ġermanja milgħuba nhar it-13 ta' Jannar 1924, fejn skorja l-ewwel gowl tiegħu fit-telfa ta' 4–3.[1] Taħt il-gwida ta' Hugo Meisl hu sar figura regolari mal-ewwel ħdax tat-tim nazzjonali, filwaqt li mal-klabb tiegħu ta' Simmering wassalhom għat-tielet post fl-istaġun 1925–26 li jibqa' l-aqwa riżultat ta' kull żmien għall-klabb mill-kapitali Awstrijaka.[2]

Fis-sajf tal-1927 ingħaqad ma' Rapid Wien. Magħhom lagħab żewġ finali konsekuttivi tat-Tazza Mitropa u rebaħ il-kampjonat darbtejn fl-1929 u l-1930. Wara tliet snin mal-klabb, issieħeb ma' Wacker Wien fl-1930. Fl-1935 irritorna ma' Simmering fejn baqa' jilgħab magħhom sal-1940, qabel ma għalaq il-karriera tiegħu mat-tim tal-pulizija ta' Vjenna.

Mat-tim nazzjonali rebaħ it-Tazza Internazzjonali tal-1932 u ġie msejjaħ għat-Tazza tad-Dinja tal-1934 li ntlagħbet fl-Italja. F'din il-kompetizzjoni skorja żewġ gowls hekk kif l-Awstrija temmew l-impenji tagħhom fir-raba' post.[3] Hu lagħab total ta' 46 logħba u skorja 29 gowl,[4] bl-aħħar logħba tiegħu tasal kontra l-Ungerija.[1]

Rapid Wien
Awstrija

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Johann Horvath" (bil-Ġermaniż). OEFB.
  2. ^ Kutschera, Ambrosius (2005-08-17). "Austria 1925/26" (bl-Ingliż). RSSSF.
  3. ^ "Hans HORVATH" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-29.
  4. ^ Stokkermans, Karel (2011-04-21). "Hans Horvath - International Goals" (bl-Ingliż). RSSSF.

Ħoloq esterni

immodifika