Francisco Román Alarcón Suárez (Benalmádena, 21 ta' April 1992), komunement magħruf bħala Isco, huwa futboler professjonali Spanjol li jilgħab ma' Real Madrid bħala midfilder offensiv.

Isco
Francisco Román Alarcón Suárez.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħFrancisco Román Alarcón Suárez
Twelid21 ta' April 1992 (1992-04-21) (28 sena)
Benalmádena
PajjiżBandiera ta' Spanja Spanja
Tul1.75m
RwolMidfilder offensiv
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrentiReal Madrid
Numru23
Klabbs ġovanili
Benamiel
2006–2009Valencia
Klabbs professjonali*
SninKlabbPreżGwls
2009–2011Valencia B52(16)
2010–2011Valencia4(0)
2011–2013Málaga60(13)
2013–Real Madrid3(3)
Tim nazzjonali
2008Spanja U163(1)
2008–2009Spanja U1721(6)
2010Spanja U181(1)
2010–2011Spanja U1912(7)
2011Spanja U206(1)
2011–Spanja U2116(9)
2012Spanja U235(0)
2013–Spanja1(0)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 3 ta' Awwissu 2013

KarrieraImmodifika

ValenciaImmodifika

Isco huwa prodott tal-akkademija ta' Valencia, u ddebutta mat-tim tal-kbar fil-11 ta' Novembru 2010 kontra UD Logroñés, partita valida għall-Copa del Rey; hu skorja żewġ gowls f'rebħa ta' 4–1 (7–1 bl-aggregat).[1] Preċedentement, huwa qatta' staġun sħiħ mat-tim tar-riservi fis-Segunda División B, fejn skorja darba f'25 logħba filwaqt li sofra r-relegazzjoni.

Isco lagħab l-ewwel logħba tiegħu fil-La Liga fl-14 ta' Novembru 2010, billi lagħab 20 minuta f'rebħa ta' 2–0 kontra Getafe, wara li ħa post Aritz Aduriz.[2]

MálagaImmodifika

F'Lulju tal-2011, wara li għen it-tim B ta' Valencia jirritornaw lura għat-tielet livell tal-futbol Spanjol fejn skorja 15-il gowl, Isco iffirma kuntratt ta' ħames snin ma' Málaga, wara li l-klabb attiva l-klawsola tiegħu ta' 6 miljuni.[3] Huwa skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-21 ta' Novembru 2011, fir-rebħa ta' 3-1 barra min darhom kontra Racing de Santander.[4] Isco temm l-ewwel staġun tiegħu bi 32 logħba u ħames gowls, hekk kif għen lit-tim jikkwalifika għall-UEFA Champions League għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu u għall-ewwel darba fl-istorja ta' Málaga.

Fit-18 ta' Settembru 2012, fl-ewwel logħba ta' Málaga fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, Isco skorja darbtejn f'rebħa ta' 3–0 kontra Zenit Saint Petersburg, u kien magħżul bħala l-plejer tal-logħba.[5] Fit-22 ta' Diċembru, hu skorja l-ewwel gowl f'rebħa ta' 3–2 kontra Real Madrid ġewwa La Rosaleda, li fissret l-ewwel rebħa ta' Málaga kontra l-avversarji f'29 sena.[6] F'Diċembru, hu rebaħ l-premju tal-Golden Boy meta għeleb lil Stephan El Shaarawy u Thibaut Courtois.[7]

Fit-28 ta' Jannar 2013, Isco iffirma kuntratt ġdid li rat il-klawsola għall-bejgħ tiegħu stabbilita għal €35 miljun.[8]

Real MadridImmodifika

Fis-26 ta' Ġunju 2013, il-president ta' Real Madrid Florentino Pérez ikkonferma li ntlaħaq ftehim ma' Isco u li l-plejer se jiġi ppreżentat mill-klabb fil-ġimgħa d-dieħla, ġaladarba huwa jkun għadda mit-testijiet mediċi tiegħu.[9] Ġurnata wara, Isco ffirma kuntratt ta' ħames snin ma' Real Madrid, hekk kif sar l-ewwel plejer li nxtara taħt il-kowċ il-ġdid Carlo Ancelotti.[10]

Fit-18 ta' Awwissu 2013, huwa għamel id-debutt tiegħu ma' Real Madrid fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat fejn assista u skorja l-gowl tar-rebħa, b'daqqa ta' ras fil-85 minuta, f'rebħa ta' 2–1 f'darhom kontra Real Betis.[11] Huwa kompla bil-forma tiegħu billi skorja żewġ gowls kontra Athletic Bilbao fl-1 ta' Settembru.[12]

InternazzjonaliImmodifika

Isco deher mat-tim Spanjol ta' taħt is-17-il sena fit-Tazza tad-Dinja U-17 2009, u skorja tliet darbiet hekk kif Spanja spiċċaw it-tielet. Fl-2011 huwa rrappreżenta lil pajjiżu fit-Tazza tad-Dinja U-20 miżmuma fil-Kolombja, u skorja gowl wieħed fil-kwarti tal-finali.

Fil-15 ta' Mejju 2012, ġie magħżul għall-ewwel darba mat-tim tal-kbar għal-logħba ta' ħbiberija kontra s-Serbja u l-Korea t'Isfel, iżda ma ħa daħal jilgħab fl-ebda logħba. Fis-6 ta' Frar 2013, Isco għamel id-debutt tiegħu mal-iskwadra hekk kif lagħab l-aħħar 30 minuta fir-rebħa ta' 3–1 kontra l-Urugwaj f'Doha, il-Qatar.[13]

UnuriImmodifika

NazzjonalImmodifika

IndividwaliImmodifika

StatistikaImmodifika

KlabbImmodifika

Statistika aġġornata sal-1 ta' Settembru 2013

Klabb Staġun Kampjonat Tazza Kontinentali Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Spanja Kampjonat Copa del Rey Ewropa Total
Valencia 2010–11 4 0 1 2 2 0 7 2
Total 4 0 1 2 2 0 7 2
Málaga 2011–12 32 5 3 0 35 5
2012–13 28 8 0 0 6 3 34 11
Total 69 14 3 0 10 3 82 17
Real Madrid 2013–14 3 3 0 0 0 0 3 3
Total 3 3 0 0 0 0 3 3
Total tal-karriera 76 17 4 2 12 3 92 22

ReferenziImmodifika

  1. ^ (Ingliż) Valencia 4-1 Logrones CF. ESPN, 11 ta' Novembru 2010
  2. ^ (Ingliż) Valencia 2 - 0 Getafe. ESPN, 14 ta' Novembru 2010
  3. ^ (Spanjol) Isco firma cinco temporadas por el Málaga, Marca, 11 ta' Lulju 2011.
  4. ^ (Ingliż) Racing Santander 1 - 3 Malaga. ESPN, 21 ta' Novembru 2011
  5. ^ (Ingliż) Graham Hunter, Magical Málaga make it a debut to remember, UEFA.com, 18 ta' Settembru 2012.
  6. ^ (Ingliż) Keeghann Sinanan, Malaga 3-2 Real Madrid: Casillas dropped as beleaguered Blancos succumb to Santa Cruz double, Goal.com, 22 ta' Diċembru 2012. Aċċess tal-URL: 7 ta' Jannar 2013.
  7. ^ (Spanjol) Isco, ganador del prestigioso Golden Boy 2012, Málaga CF, 22 ta' Diċembru 2012. Aċċess tal-URL: 4 ta' April 2013.
  8. ^ (Ingliż) Isco ends speculation regarding future by penning new Malaga contract, Sky Sports, 28 ta' Jannar 2013. Aċċess tal-URL: 28 ta' Jannar 2013.
  9. ^ (Ingliż) Transfer News: Real Madrid say they have won battle to sign Isco, Sky Sports, 26 ta' Ġunju 2013.
  10. ^ (Spanjol) Isco, nuevo jugador del Real Madrid, Real Madrid CF, 26 ta' Ġunju 2013.
  11. ^ (Ingliż) Real Madrid give Carlo Ancelotti winning start after Isco's dream debut, Guardian, 18 ta' Awwissu 2013. Aċċess tal-URL: 19 ta' Awwissu 2013.
  12. ^ (Spanjol) Progresa adecuadamente, Marca, 1 ta' Settembru 2013. Aċċess tal-URL: 1 ta' Settembru 2013.
  13. ^ (Spanjol) Campeón hasta en los simulacros, Marca, 6 ta' Frar 2013.

Ħoloq esterniImmodifika