Stephan El Shaarawy

Stephan El Shaarawy (twieled fis-27 ta' Ottubru 1992) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilgħab bħala ċentrukampist ma' Roma. Hu hu mlaqqam Il Faraone (Il-Fargħun) minħabba li missieru huwa Eġizzjan.

Stephan El Shaarawy
Informazzjoni personali
Isem sħiħStephan Kareem El Shaarawy
Twelid27 ta' Ottubru 1992 (1992-10-27) (32 sena)
SavonaItalja
Tul1.78 m
RwolĊentrukampist laterali
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliRoma
Numru92
Mixtliet
2005–2006Legino
2006–2010Genoa
Karriera professjonali
SninKlabb
2008–2011Genoa
2010–2011Padova (self)
2011–2016Milan
2015–2016Monaco (self)
2016Roma (self)
2016–2019Roma
2019–2021Shanghai Shenhua
2021–Roma
Tim nazzjonali
2012–Italja

El Shaarawy beda l-karriera tiegħu ma' Genoa. Il-prestazzjonijiet tiegħu meta kien misluf lil Padova wasslu lill-Milan sabiex jiffirmawh. Fl-2012, El Shaarawy ġie klassifikat fit-52 post fost l-aqwa 100 plejer tal-futbol fid-dinja mill-gazzetta The Guardian.[1]

Stephan El Shaarawy twieled f'Savona minn missier Eġizzjan u omm Taljana. Ir-reliġjon tiegħu huwa Musulman.[2]

Karriera tal-klabb

immodifika

Bidu tal-karriera

immodifika

El Shaarawy beda l-karriera ta' żgħożitu fil-klabb reġjonali tas-Serie A , Genoa fl-età ta 14.[3]

Fil-21 ta' Diċembru 2008, meta kellu 16-il sena u 55 ġurnata, huwa għamel l-ewwel debutt fit-tim tiegħu, billi lagħab għaxar minuti f'logħba tas-Serie A kontra Chievo, ir-raba' l-iżgħar plejer li qatt lagħab logħba fis-Serie A sa dak iż-żmien.[4] Dik kienet l-unika dehra tiegħu fl-istaġun.

F'Ġunju 2010 huwa kien imsellef lil Padova għall-istaġun 2010–11 fis-Serie B.[5] Fil-perjodu tas-self tiegħu lejn Padova, huwa malajr ħareġ bħala element ewlieni għat-tim, li wassal il-klabb Venezjan għall-fażi finali tal-promozzjoni fejn imbagħad tilfu man-Novara. Huwa ngħata l-unur tal-Plejer tas-Sena fis-Serie B fl-2011 għall-prestazzjonijiet tajba tiegħu mal-Padova.[6]

 
El Shaarawy mal-kollega Robinho f'logħba kontra Real Madrid

Fil-25 ta' Ġunju 2011, El Shaarawy iffirma mal-ġganti tas-Serie A Milan.[7]

Fit-18 ta' Settembru 2011, El Shaarawy għamel id-debutt tiegħu ma' Milan fi Stadio San Paolo f'telfa ta' 3–1 kontra Napoli fis-Serie A.[8] Tlett ijiem wara, wara li daħal bħala sostitut flok l-imweġġa Alexandre Pato, hu skorja l-ewwel gowl mal-klabb biex salva dro ta' 1–1 kontra Udinese.[9] Fl-ewwel sitt xhur tiegħu ma' Milan, huwa għamel total ta' seba' preżenzi li qajmu rapporti fl-istampa li hu jista' jkun misluf barra għal aktar logħob. Madankollu, deċiżjoni kienet magħmula bejn Galliani (id-direttur ta' Milan), Allegri (kowċ kurrenti) u għalih nnifsu biex jibqa' fil-klabb fil-futur qarib.

Fit-23 ta' Jannar 2012, El Shaarawy pprovda assist għal Robinho fir-rebħa ta' 3–0 kontra Cesena fis-Serie A, li kien l-ewwel assist tiegħu mar-Rossoneri. Fit-8 ta' Frar 2012, El Shaarawy skorja f'telfa ta' 1–2 kontra Juventus fl-ewwel leg tas-semifinali tal-Coppa Italia. Tlett ijiem wara, hu skorja l-gowl tar-rebħa importanti kontra Udinese. Din kienet l-ewwel telfa ta' Udinese f'darhom f'dan l-istaġun u dawru l-forma fqira ta' Milan.

Fil-25 ta' Lulju 2012, El Shaarawy iffirma estensjoni tal-kuntratt sal-2017.[10][11] Fit-3 t'Ottubru 2012, hu skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-UEFA Champions League kontra Zenit, biex sar l-iżgħar skorer fl-istorja tal-Milan fl-età ta 19-il sena u 342 ġurnata.[12][13] Huwa skorja żewġ gowls fid-derby kontra Napoli li salva lill-Milan milli jitilfu logħba importanti. El Shaarawy kompla l-forma tiegħu b'żewġ gowls oħra fil-logħba kontra Catania, li spiċċat b'rebħa ta' 3–1. Huwa spiċċa l-ewwel nofs tal-istaġun bħala l-aqwa skorer tal-klabb b'erbatax-il gowl fil-kampjonat u sittax fil-kompetizzjonijiet kollha.[14]

Fit-13 ta' Lulju 2015, El Shaarawy issieħeb taħt self ma' Monaco għal staġun, b'għażla li jinxtara fl-aħħar tal-istaġun.[15] Huwa għamel id-debutt mal-klabb fit-28 tal-istess xahar, fit-tielet rawnd ta' kwalifika taċ-Champions League, li ħa post Anthony Martial fl-aħħar 7 minuti tal-partita, Monaco rebħu bl-iskor ta' 3–1 kontra BSC Young Boys.[16] Fit-tieni leg ġewwa Stade Louis II lagħab għall-ewwel darba mal-ewwel ħdax u skorja l-ewwel gowl għal Monaco f'rebħa ta' 4–0.[17]

Karriera internazzjonali

immodifika

Minħabba missieru, El Shaarawy ikkwalifika biex jilgħab għat-tim nazzjonali tal-Eġittu, iżda ġie miċħud mil-kowċ Hassan Shehata jiddikjara li "mhux kull Eġizzjan jilgħab f'kampjonat barrani jikkwalifika biex jilgħab għat-tim nazzjonali".

El Shaarawy beda jilgħab mat-tim tal-Italja ta' taħt is-17-il sena u ħa sehem kemm fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt is-17-il sena 2009 u t-Tazza tad-Dinja ta' taħt is-17-il sena 2009.[18]

Huwa għamel id-debutt tiegħu mat-tim ta' taħt il-21 sena f'Novembru 2011, fil-logħba ta' kwalifika kontra l-Ungerija.[19]

Fil-15 t'Awwissu 2012, iddebbutta mat-tim nazzjonali tal-Italja, fil-telfa ta' 2–1 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra. [20] El Shaarawy skorja l-ewwel gowl għall-Italja fit-tielet dehra tiegħu, fl-14 ta' Novembru 2012 f'rebħa ta' 2–1 f'logħba oħra ta' ħbiberija kontra Franza.[21]

El Shaarawy ma kienx inkluż fl-iskwadra Taljana għat-Tazza tad-Dinja 2014, wara li tilef ħafna mill-istaġun 2013–14 minħabba korriment.[22]

Fl-10 ta' Ottubru 2015, El Shaarawy skorja l-gowl tar-rebħa għall-Italja kontra l-Ażerbajġan f'logħba ta' kwalifka għall-Kampjonati Ewropej 2016; dan kien l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu minn Novembru tal-2012, biex b'hekk l-Italja kisbet post fl-Euro 2016.[23]

Statistika

immodifika
Statistiċi aġġornati fl-24 ta' Mejju 2015.[24]
Klabb Staġun Kampjonat Tazza 1 Tazza tal-Kampjonat Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Genoa 2008–09 1 0 0 0 1 0
2009–10 2 0 0 0 0 0 2 0
Total 3 0 0 0 0 0 3 0
Padova 2010–11 29 9 1 0 30 9
Total 29 9 1 0 30 9
Milan 2011–12 22 2 4 2 22 0 0 0 28 4
2012–13 37 16 1 1 82 2 46 19
2013–14 6 0 0 0 32 1 9 1
2014–15 18 3 1 0 19 3
Total 82 21 6 3 13 3 0 0 101 27
Monaco 2015–16 7 0 0 0 0 0 5 2 12 2
Total 0 0 0 0 0 0 2 1 2 1
Total tal-karriera 115 30 7 3 0 0 15 4 0 0 137 37

1Jinkludu kompetizzjonijiet tat-tazzi bħall-Coppa Italia u l-Coupe de France.
2Kompetizzjonijiet Ewropej jinkludu l-UEFA Europa League u l-UEFA Champions League.

Internazzjonali

immodifika
Statistiċi aġġornati fis-17 ta' Novembru 2015.
  Italja
Snin Preż Gowls
2012 3 1
2013 7 0
2014 1 0
2015 6 1
Total 17 2

Gowls internazzjonali

immodifika
Punteġġi u r-riżultati tal-Italja qedgħin fil-lista xellugija.
# Data Post Avversarju Punteġġ Riżultat Kompetizzjoni
1. 14 ta' Novembru 2012 Stadio Ennio Tardini, Parma   Franza 1–0 1–2 Logħba ta' ħbiberija
2. 14 ta' Ottubru 2015 Stadium Nazzjonali ta' Baku, Baku   Ażerbajġan 2–1 3–1 Kwal. Kampjonati Ewropej 2016
Genoa
Milan

Individwali

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "The 100 best footballers in the world" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2013-02-01.
  2. ^ "The Little Pharoah with a big reputation" (bl-Ingliż). Yahoo! Sports. Miġbur 2013-02-01.
  3. ^ "The Little Pharoah with a big reputation" (bl-Ingliż). Yahoo! Sports. Miġbur 2013-02-01.
  4. ^ "Olivera lancia il Genoa Il Chievo sprofonda" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2008-12-22. Miġbur 2009-01-19.
  5. ^ "E' il baby talento Stephan El Shaarawy il primo volto nuovo del Padova 2010-11" (bit-Taljan). Calcio Padova. 2010-06-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-03-25. Miġbur 2011-06-11.
  6. ^ "El Shaarawy, Milan's latest jewel" (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2013-02-01.
  7. ^ "Stephen El Shaarawy completes AC Milan transfer" (bl-Ingliż). Goal.com. 2011-06-25. Miġbur 2011-06-25.
  8. ^ "El Shaarawy: I had a great first season at AC Milan" (bl-Ingliż). Goal.com. Miġbur 2013-01-30.
  9. ^ "Udinese vs AC Milan Report" (bl-Ingliż). Goal.com. Miġbur 2013-01-30.
  10. ^ "El Shaarawy extends Milan contract until 2017" (bl-Ingliż). UEFA.com. 2012-06-25. Miġbur 2012-06-25.
  11. ^ "El Shaarawy renews AC Milan deal" (bl-Ingliż). Goal.com. 2012-06-25. Miġbur 2012-06-25.
  12. ^ "El Shaarawy entra nella storia del Milan: è il suo marcatore più giovane in Champions" (bit-Taljan). Milannews.it. 2012-10-03. Miġbur 2012-10-03.
  13. ^ "Stephan El Shaarawy statistics" (bl-Ingliż). Goal.com. 2012-12-17. Miġbur 2012-12-17.
  14. ^ "Mid-season Top Scorers in Europe's Top Leagues" (bl-Ingliż). Sportige. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-09-26. Miġbur 2013-01-30.
  15. ^ "Monaco sign El Shaarawy from AC Milan" (bl-Ingliż). Goal. 2015-07-13.
  16. ^ "BSC Young Boys Bern 1-3 Monaco" (bl-Ingliż). Sky Sports News. 2015-07-28. Miġbur 2015-08-05.
  17. ^ "CL: El Shaarawy on target" (bl-Ingliż). Football Italia. 2015-08-04. Miġbur 2015-08-05.
  18. ^ "El Shaarawi, Napoli e Tuia State attenti a questi tre" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2009-01-11. Miġbur 2009-01-19.
  19. ^ "Under-21 - Stephan El Shaarawy" (bl-Ingliż). UEFA.com. Miġbur 2013-02-01.
  20. ^ "England 2-1 Italy" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2013-01-30.
  21. ^ "Italy v France" (bl-Ingliż). Sky Sports. Miġbur 2012-11-14.
  22. ^ "My future is with AC Milan, insists El Shaarawy" (bl-Ingliż). Goal.com. 2014-04-23. Miġbur 2014-06-01.
  23. ^ Dampf, Andrew (2015-10-10). "El Shaarawy ends drought as Italy qualifies for Euro 2016" (bl-Ingliż). Yahoo. Miġbur 2015-10-12.
  24. ^ "Stephan El Shaarawy profile" (bl-Ingliż). AC Milan. Miġbur 2011-12-01.
  25. ^ "Primavera: scudetto al Genoa" (bit-Taljan). Sportmediaset.mediaset.it. 2010-06-08. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-15. Miġbur 2015-07-28.
  26. ^ "Gran Cala' del Calcio 2011: Rizzoli premiato miglior arbitro" (bit-Taljan). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-11-03. Miġbur 2015-01-25.
  27. ^ "PALLONE D'ARGENTO A EL SHAARAWY: L'ALBO D'ORO" (bit-Taljan). 2013-05-12. Miġbur 2015-04-13.

Ħoloq esterni

immodifika