Haley Bugeja
Haley Bugeja (twieldet fil-5 ta' Mejju 2004) hija plejer professjonali Maltija tal-futbol u tilgħab bħala attakkant għall-Orlando Pride tal-Lig tal-Futbol Nazzjonali tan-Nisa (bl-Ingliż: National Women's Soccer League (NWSL)) u mat-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa ta' Malta.
Haley Bugeja | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Tal-Pietà, 5 Mejju 2004 (20 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Malti Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | plejer tal-futbol |
Mudell:Infobox biography/sport/football | |
Pożizzjoni jew speċjalità | attakkant |
Karriera tal-klabbs
immodifikaMġarr United
immodifikaBugeja għamlet id-debutt tagħha fil-klabbs professjonali tal-kbar meta kellha 14-il sena mal-klabb tal-Mġarr United fil-Lig tal-Futbol tan-Nisa ta' Malta fl-istaġun tal-2018-2019. Hija temmet l-istaġun bħala t-top scorer tal-lig b'26 gowl u rebħet il-premju tal-Plejer tas-Sena tal-lig tal-MFA.[1] Bugeja rebħet dan il-premju mill-ġdid is-sena ta' wara, għalkemm Loza Abera ta' Birkirkara skurjat 30 gowl u kienet it-top scorer.[2] Mġarr United ġew it-tieni wara Birkirkara fil-lig fiż-żewġ staġuni.
Sassuolo
immodifikaF'Lulju 2020, Bugeja ffirmat kuntratt ta' tliet snin mal-klabb tas-Serie A Taljana, Sassuolo. Għamlet id-debutt tagħha għall-klabb fil-5 ta' Settembru 2020, tal-età ta' 16-il sena, fir-rebħa ta' Sassuolo ta' 3–1 kontra Napoli. Bugeja skurjat l-ewwel u t-tielet gowls għat-tim tagħha.
Orlando Pride
immodifikaFl-1 ta' Lulju 2022 tħabbar li Bugeja kienet iffirmat mal-klabb Orlando Pride tal-Lig tal-Futbol Nazzjonali tan-nisa, NWSL, fl-Istati Uniti sal-aħħar tal-istaġun tal-2023.
Karriera internazzjonali
immodifikaBugeja lagħbet l-ewwel logħba mat-tim nazzjonali ta' Malta meta kellha 14-il sena f'April 2019, b'telfa ta' 2–0 f'logħba amikevoli kontra r-Rumanija f'Bucharest. Hija skurjat l-ewwel gowl tagħha fl-amikevoli kontra t-Turkija fejn Malta tilfet 2–1 f'Jannar 2020. L-ewwel gowl f'kompetizzjoni wasal f'Marzu 2020, f'rebħa ta' 2–1 fil-Kampjonat Ewropew tan-Nisa tal-UEFA tal-2022 fil-logħba ta' kwalifikazzjoni tal-Grupp B kontra l-Georgia. F'Novembru 2020 Bugeja skurjat tliet gowls fir-rebħa ta' Malta ta' 4–0 kontra l-Georgia f'daharhom.
Statistika tal-karriera
immodifikaKlabb
immodifika- Mill-1 ta' Ottubru 2022.
Klabb | Staġun | Lig | Tazza | Playoffs | Oħrajn | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Diviżjoni | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | ||
Mġarr United | 2018–19 | Lig tal-Futbol tan-Nisa ta' Malta | 19 | 26 | — | — | 19 | 26 | ||||
2019–20 | 10 | 26 | — | — | 10 | 26 | ||||||
Total | 29 | 52 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 29 | 52 | ||
Sassuolo | 2020–21 | Serie A | 18 | 12 | 2 | 0 | — | — | 20 | 12 | ||
2021–22 | 12 | 3 | 2 | 0 | — | 1 | 0 | 15 | 3 | |||
Total | 30 | 15 | 4 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 35 | 15 | ||
Orlando Pride | 2022 | NWSL | 3 | 0 | 0 | 0 | — | — | 3 | 0 | ||
Total tal-karriera | 62 | 67 | 4 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 67 | 67 |
- ^ Coppa Italia u NWSL Challenge Cup
- ^ Supercoppa Italiana
Internazzjonali
immodifika- Statistika preċiża sal-logħba li lagħbet fis-17 ta' Frar 2023.
Sena | Malta | |
---|---|---|
Logħbiet | Gowls | |
2019 | 2 | 0 |
2020 | 7 | 6 |
2021 | 2 | 0 |
2022 | 4 | 1 |
2023 | 1 | 2 |
Total | 16 | 9 |
Gowls internazzjonali
immodifikaNru | Data | Logħbiet | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | 17 ta' Jannar 2020 | 4 | Centenary Stadium, Ta' Qali, Malta | Turkey | 1–1 | 1–2 | Amikevoli |
2 | 5 ta' Marzu 2020 | 5 | Centenary Stadium, Ta' Qali, Malta | Georgia | 2–0 | 2–1 | Kwalifikazzjonijiet għall-Kampjonat Ewropew tal-2022 |
3 | 26 ta' Novembru 2020 | 8 | Mikheil Meskhi Stadium, Tbilisi, Georgia | Georgia | 1–0 | 4–0 | |
4 | 2–0 | ||||||
5 | 3–0 | ||||||
6 | 1 ta' Diċembru 2020 | 9 | Ramat Gan Stadium, Ramat Gan, Iżrael | Iżrael | 2–0 | 2–0 | |
7 | 16 ta' Frar 2022 | 12 | Hibernians Stadium, Raħal Ġdid, Malta | Moldova | 3–1 | 3–1 | Tornew Internazzjonali ta' Malta tal-2022 |
8 | 17 ta' Frar 2023 | 16 | Centenary Stadium, Ta' Qali, Malta | Lussemburgu | 1–1 | 2–1 | Amikevoli |
9 | 2–1 |
Unuri
immodifika- Plejer tas-sena tal-Lig tal-Futbol tan-Nisa ta' Malta tal-MFA: 2018–19, 2019–20.
- Top scorer tal-Lig tal-Futbol tan-Nisa ta' Malta tal-MFA: 2018–19.
Referenzi
immodifika- ^ "Agius named MFA Player of the Year". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-20.
- ^ "Winners of the 2019-2020 individual awards". mfa.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-20.