Wikipedija:Merħba

(Rindirizzat minn Għajnuna:Merħba)

Merħba! Tinsab fuq il-verżjoni tal-Wikipedija bil-Malti, l-enċiklopedija l-ħielsa kompletament miktuba mill-qarrejja tagħha.

Kulħadd jista' jikkollabora fuq il-Wikipedija, bil-ħolqien ta' artikli ġodda jew fit-titjib ta' kontenut diġà eżistenti. Dan kollu għandu jsir b'rispett lejn il-Ħames pilastri, u fuq kollox f'sens ġenwin.

Minħabba n-natura tal-kontribuzzjonijiet li jsiru mill-Wikipedjani kemm reġistrati u anke dawk anonimi, il-Wikipedija ma tistax tiggarantixxi l-validità u l-akkuratezza tal-kontenut. Minkejja li l-komunità dejjem tfittex li toqgħod b'seba' għajnejn, huwa possibbli wkoll li paġna tiġi vandalizzata jew irranġata b'mod ħażin, anke jekk il-modifika tkun saret b'sens ġenwin, b'informazzjoni ħażina jew illegali. Fiċ-ċaħda ġenerali, li tajjeb li taqraw, hemm miktub li l-informazzjoni disponibbli hi għal skop uniku ta' diffużjoni tal-informazzjoni; għal kwalunkwe parir mediku, legali jew professjonali, dejjem irrikorru għal espert fis-settur.

Navigazzjoni
Il-Wikipedija għandha numru ta' artikli fuq diversi suġġetti. Biex tkun taf aktar dwar tema jew suġġett partikolari, mur fil-paġna prinċipali, fittex dak li jinteressak u ibda esplora. Hemm ukoll kaxxa għat-tfittxija fin-naħa ta' fuq tal-paġna li tista' tużaha sabiex taċċessa l-kontenut b'mod aktar faċli.

Jekk ma sibtx dak li xtaqt jew qiegħed tiltaqa' ma' problema meta issib dak li tixtieq, irreġistra dak li trid fil-paġna tal-artikli rikjesti jew fil-Pjazza. Min-naħa l-oħra, jekk artiklu ma jagħtix l-informazzjoni kollha jew għandu dettalji ħżiena, tista' dejjem tuża' l-paġna tad-diskussjoni sabiex tagħti l-ħsibijiet u l-pariri tiegħek għal artiklu aħjar.

Editjar
Kulħadd jista' jimmodifika kwalunkwe paġna fuq il-Wikipedija! Agħfas il-buttuna Editja li tinsab fin-naħa ta' fuq tal-paġna li tixtieq tirranġa. M'hemmx bżonn li jkollok ċerti kriterji jew li tkun reġistrat (ara hawn taħt). Din hija b'xejn, imma ma' din il-libertà tintrabat ukoll ir-responsabbilità, għalhekk nitolbuk li tuża' din ir-riżorsa b'mod għaqli.
Hemm bżonn li nirreġistra?
Mhuwiex obbligatorju li tirreġistra, imma hemm numru ta' vantaġġi kemm għalik kif ukoll għall-komunità inġenerali billi tagħmel dan, fosthom:
  • Il-kontribuzzjonijiet tiegħek jidhru taħt ismek;
  • Ikollok paġna personali;
  • Ikollok paġna ta' diskussjoni fejn tista' tiddjaloga faċilment ma' utenti oħrajn;
  • Tista' ttella' stampi jew fajls multimedjali;
  • Tista' tmexxi paġni u tirranġa isimhom;
  • Tista' timmodifika paġni li temporanjament ġew protetti minn vandaliżmi anonimi;
  • Tħares aktar il-privatezza tiegħek minħabba li l-indirizz IP ma jibqax jidher.

Sabiex tirreġistra mur fuq "Oħloq kont" fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna, u kun żgur li tidħol fil-kont tiegħek meta tagħmel xi tibdil fil-paġni.

Aqra iktar: Kif tirreġistra