Wikipedija:Il-ħames pilastri
(Rindirizzat minn Wikipedija:Ħames pilastri)
Il-linji gwida kollha tal-Wikipedija jibbażaw rwieħhom fuq il-ħames pilastri li jiddefenixxu l-karattru tal-enċiklopedija.
Il-Wikipedija hija enċiklopedija | |
Din l-enċiklopedija tinkorpora fiha elementi ta' enċiklopediji ġenerali u dawk speċjalizzati. Il-Wikipedija mhijiex la dizzjunarju, la ġabra ta' testi oriġinali, la strument ta' propoganda, la xi gazzetta jew server b'xejn jew fornitur ta' spazju web, la numru ta' paġni li jagħtu promozzjoni personali jew esperiment fuq l-anarkija jew id-demokrazija, u lanqas xi direttorju ta' ħoloq. Dan lanqas m'huwa l-post fejn wieħed jesprimi l-opinjonijiet, l-esperjenzi u l-argumenti tiegħu; għalhekk din mhix fonti primarja imma pjuttost strument sekondarju ta' tixrid. | |
Il-Wikipedija hija miktuba fuq punt ta' vista newtrali | |
Dan ifisser li wieħed m'għandux jesprimi fl-ebda punt f'artiklu b'punt ta' vista personali, imma għandu jżomm ton imparzjali. Xi kultant dan jirrikjedi li tippreżenta numru ta' punti ta' vista; dawn iridu jiġu rappreżentati b'mod ċar, imparzjali u bis-sosten tas-sorsi, sabiex il-qarrej ikun jista' jifhem sewwa liema punt ta' vista jirrapreżnta dak il-punt imsemmi. L-ebda punt m'għandu jiġi deskritt jew preżentat bħala "il-verità" jew "l-aħjar veduta", imma għandu jiġi sostnut minn sorsi affidabbli, speċjalment f'artikli xi ftit kontroversjali. Meta jinqala' kunflitt fuq in-newtralità, iddiskuti d-dettalji fuq il-paġna ta' diskussjoni, u segwi l-proċedura għar-riżoluzzjoni tal-kunflitt. | |
Il-Wikipedija hija kontent ħieles li kulħadd jista' juża, jirranġa u jxerred | |
Il-kontenut kollu jista' jiġi modifikat minn kwalunkwe persuna. Il-kontenuti huma pubblikati taħt il-liċenzji ħielsa Creative Commons (CC BY-SA) u l-GNU Free Documentation License. B'hekk, minħabba li l-kontribuzzjonijiet tiegħek huma liċenzjati b'xejn lill-pubbliku, l-ebda editur m'huwa sid l-ebda artiklu; il-kontribuzzjonijiet kollha tiegħek jistgħu u se jiġu modifikati għal mijiet ta' drabi u distribwiti mill-ġdid. | |
L-edituri tal-Wikipedija għandhom jittrattaw 'il xulxin b'rispett u ċiviltà | |
Il-Wikipedija għandha kodiċi ta' kondotta. Wieħed għandu jirrispetta kull Wikipedjan anke meta ma tkunx qed taqbel miegħu. Applika l-etiketta tal-Wikipedija u evita attakki personali. Fittex il-kunsens, evita gwerra ta' modifika, u ftakar li hawn numru sostanzjali ta' artikli fuq il-Wikipedija Maltija fuq xiex taħdem u tiddiskuti. Dejjem aġixxi bi skop tajjeb u ttellifx 'il-Wikipedija sabiex turi l-punt tiegħek. Kun miftuħ u akkoljenti. | |
Il-Wikipedija m'għandhiex regoli fissi | |
Minbarra l-ħames pilastri miġbura f'din il-paġna. Għalhekk fittex li ma tkunx mistħi sabiex timmodifika l-artikli, minħabba li s-sodisfazzjon li tagħti d-daqqa t'id tiegħek ma jfissirx li bilfors trid tkun perfett, minkejja li dan huwa l-objettiv aħħari tal-enċiklopedija. Toqgħodx tinkwieta li tkun għamilt xi żball: il-verżjonijiet preċedenti ta' artiklu jiġu salvati, u għalhekk huwa impossibbli li tħassar 'il-Wikipedija b'mod irreparabbli. |