Filippo Castagna
Filippo Castagna (19 ta’ Novembru 1765 – 26 ta’ Jannar 1830), magħruf ukoll bħala Filippu Castagna kien politiku Malti lejn l-aħħar tas-seklu 18 u l-bidu tas seklu 19.
Filippo Castagna | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ħal Għaxaq, 1765 |
Mewt | 1830 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | politiku |
Castagna twieldet Ħal Għaxaq fid-19 ta’ Novembru 1765. Waqt l-okkupazzjoni Franċiża ta’ Malta fl-1798, huwa ntagħżel bħala rappreżentant tal-muniċipalità taż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop u l- Gudja.[1] Meta faqqgħet ribelljoni kontra l-ħakma Franċiża f'Settembru 1798, Castagna appoġġja lir-ribelli u kien involut fil-qbid tat-Torri ta' San Tumas minn taħt idejn il-Franċiżi.[1] Fit-18 ta’ Frar 1799, ġie elett bħala rappreżentant tal-Gudja għar-ribelli Consiglio Popolare.[2] Inħatar ukoll bħala spettur tas-swar mill-Kummissarju Ċivili Brittaniku Alexander Ball.[1]
Wara li l-Franċiżi ċedew u Malta saret protettorat Brittaniku, Castagna inħatar bħala l- luogotenente tal-Isla u Bormla.[2] F’Novembru tal-1801, beda jagħmel parti minn delegazzjoni ta’ sitt rappreżentanti li vvjaġġaw lejn Londra biex jippreżentaw il-bżonnijiet tal-poplu Malti lill-gvern Ingliż.[2] Il-membri l-membri l-oħra ta' din id-delegazzjoni kieku l-Markiż Mario Testaferrata, l-inginier Michele Cachia, Antonio Mallia, u żewġ qassisin, Pietro Mallia u Emmanuele Ricaud.[3] Il-Kummissarju Ċivili Charles Cameron iddeskrivieh bħala popolari, għaqli u li għandu fehmiet moderati. Wara l-mewt ta' Emmanuele Vitale fl-1802, Castagna inħatar Gvernatur ta' Għawdex[2] u okkupa din il-kariga sakemm tneħħiet fl-1814.[1]
Castagna irtira fl-1814 u mar joqgħod f'dar fil-Bajja ta' San Ġorġ f'Birżebbuġa.[4] Miet fis-26 ta’ Jannar 1830 wara marda twil, u ndifen ġewwa l-knisja parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq.[2]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d Abela, Joe (1999). "Il-familja Castagna f'Bormla" (bil-Malti). Ċitazzjoni journal għandha bżonn
|journal=
(għajnuna) - ^ a b ċ d e Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese biographies. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. pp. 546–547. ISBN 9789993291329.
- ^ Gregory, Desmond (1996). Malta, Britain, and the European powers, 1793-1815. Madison: Fairleigh Dickinson University Press.
- ^ Abela, Joe (2019-12-03). "'Filippo Castagna u Birżebbuġa' | Sanctus Petrus Apostolus Birzebbugae Patronus". web.archive.org (bil-Malti). Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-03. Miġbur 2022-01-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)