Federico "Kiko" Macheda (Ruma, 22 ta' Awwissu 1991) huwa futboler Taljan li jilgħab bħala attakkant ma' Novara. attakkant ma' FC Panathinaikos

Federico Macheda
Federico macheda.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħFederico Macheda
Twelid22 ta' Awwissu 1991 (1991-08-22) (28 sena)
Ruma
PajjiżBandiera tal-Italja Italja
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrentiNovara
Numru10
Klabbs ġovanili
2001–2007Lazio
2007–2008Manchester United
Klabbs professjonali*
SninKlabbPreżGwls
2008–2014Manchester United19(4)
2011Sampdoria (self)14(0)
2012Queens Park Rangers (self)3(0)
2013VfB Stuttgart (self)14(0)
2013Doncaster Rovers (self)5(3)
2013–2014Doncaster Rovers (self)10(0)
2014Birmingham City (self)18(10)
2014–2016Cardiff City27(6)
2016Nottingham Forest (self)3(0)
2016–Novara21(7)
Tim nazzjonali
2009–2012Italja U-2110(4)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 10:09, 26 Awwissu 2017 (UTC)

KarrieraImmodifika

Bidu tal-karrieraImmodifika

Imwieled Ruma, Macheda beda l-karriera fil-futbol ma' Lazio. Però, minħabba r-regoli Taljani tal-futbol li jipprevjenu li plejers ta' taħt it-tmintax-il sena jiffirmaw kuntratt professjonali, hu ma setax jissieħeb permanentament mal-klabb, u ftit wara għeluq is-sittax-il sena, hu ġie mixtri mit-tim ta' Manchester United tal-Ingilterra, fejn hemmhekk ir-regoli jħallu li jsir xiri ta' plejers minn sittax-il sena 'il fuq. Wara t-trasferiment ta' familtu fl-Ingilterra, hu uffiċjalment ingħaqad mal-klabb fis-16 ta' Settembru 2007, u ngħata borsa ta' studju għal tliet snin fl-Akkademja tal-klabb.

Manchester UnitedImmodifika

Hu ngħaqad mal-ewwel mat-tim ta' taħt it-tmintax-il sena ta' Manchester United, u skorja l-uniku gowl tal-partita fid-debutt tiegħu fir-rebħa ta' 1–0 kontra Barnsley, nhar il-15 ta' Settembru 2007. Fl-ewwel staġun tiegħu hu spiċċa bħala l-aqwa skorer tat-tim bi tnax-il gowl f'21 dehra, u wasal ukoll biex jagħmel debutt mat-tim tar-riservi fis-26 ta' Frar 2008, meta daħal bħala sostitut fit-68 minuta għal Gerard Piqué fit-telfa ta' 2–0 kontra Liverpool. Fit-12 ta' Mejju 2008, Macheda rċieva midalja wara r-rebħa fil-finali tal-Manchester Senior Cup kontra Bolton Wanderers.

F'għeluq is-sbatax-il sena, Macheda iffirma l-ewwel kuntratt professjonali ma' Manchester United. Fl-istaġun 2008–09, hu kompla mat-tim ta' taħt it-tmintax, waqt li għamel xi dehriet mat-tim tar-riservi. Lejn tmiem l-istaġun, Macheda beda isib aktar post mat-tim tar-riservi, fejn skorja ħames gowls f'sitt partiti, u grazzi għal din il-forma ġie magħżul mal-ewwel tim għall-partita kontra Aston Villa tal-5 ta' April 2009. B'United 2–1 minn taħt u bi bżonn ta' gowl biex iżommu ħajja l-isfida għat-titlu, il-kowċ Alex Ferguson daħħal lil Macheda minflok Nani ftit wara s-siegħa logħob. Wara li Cristiano Ronaldo kiseb il-pari fit-tmenin minuta, Macheda rebbaħ il-partita b'gowl spettakulari minn tarf il-kaxxa l-kbira fit-tielet minuta ta' ħin miżjud.[1]

Wara li ġie msejjaħ fil-bankina għall-ewwel leg tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra Porto, hu għamel it-tieni apparenza mal-klabb fil-partita mill-kampjonat kontra Sunderland. Bi kwarta minn tmiem il-partita, Macheda daħal minflok Dimitar Berbatov u b'inqas minn 61 sekonda fil-grawnd hu skorja għat-tieni darba fil-karriera tiegħu ma' United, fejn xellef xutt ta' Michael Carrick li spiċċa fix-xibka.[2] B'Alex Ferguson iserraħ ħafna mill-istilel tiegħu għas-semifinali tal-FA Cup kontra Everton tad-19 ta' April 2009, Macheda ingħata l-opportunità li jibda' mill-ewwel minuta. Però, Macheda naqas li jiskorja u ġie sostitwit aktar tard fil-bidu tal-ħin supplementari minn Dimitar Berbatov.[3] L-ewwel partita mal-ewwel ħdax fil-Premier League waslet kontra Middlesbrough fir-rebħa ta' 2–0, ta' nhar it-2 ta' Mejju 2009, imma naqas li jispiċċa fost l-iskorers u ġie sostitwit għaxar minuti fit-tieni taqsima.[4]

L-istaġun 2009–10 ta' Macheda beda b'dehriet fit-tielet u r-raba' rawnd tal-League Cup kontra Wolverhampton Wanderers u Barnsley rispettivament. Hu ddebutta fic-Champions League fit-3 ta' Novembru kontra CSKA Moscow. Nhar it-2 ta' Diċembru, 2009, Macheda iffirma kuntratt ta' erba' snin li se jżommu mal-klabb sa Ġunju tal-2014.[5] Lejn l-aħħar tas-sena, Macheda weġġa' u kellu joqgħod barra mil-logħob sal-21 ta' Jannar, meta rritorna fil-partita tar-riservi kontra Sunderland. L-ewwel dehra tiegħu fil-kampjonat għal dan l-istaġun waslet fir-rebħa ta' 4–0 kontra Bolton fis-27 ta' Marzu, fejn ħa post Ryan Giggs fl-84 minuta. B'Wayne Rooney mweġġa' wara l-konfront kontra Bayern Munich miċ-Champions League, Macheda ġie msejjaħ fuq il-bankina għal-logħba kontra Chelsea tat-3 ta' April, valida għall-Premier League. B'United 1–0 minn taħt, Macheda ġie introdott fit-72 minuta; Chelsea skurjaw it-tieni gowl fid-79 minuta, qabel ma Macheda skorja gowl ta' konsolazzjoni żewġ minuti wara.

Nhar it-13 ta' Novembru, Macheda skorja l-ewwel gowl tiegħu għall-istaġun 2010–11 fejn għen lil United jirkupraw żewġ gowls minn taħt, meta skorja l-ewwel gowl fil-pari ta' 2–2 barra minn darhom kontra Aston Villa.[6]

StatistikaImmodifika

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Manchester United 2008–09 4 2 1 0 0 0 0 0 5 2
2009–10 5 1 0 0 3 0 2 0 10 1
2010–11 7 1 3 0 2 0 12 1
2011–12 3 0 2 1 1 0 6 1
2012–13 0 0 0 0 1 0 2 0 3 0
2013–14 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0
Total 19 4 1 0 9 1 7 0 36 5
Sampdoria (self) 2010–11 14 0 2 1 16 1
Queens Park Rangers (self) 2011–12 3 0 3 0 6 0
VfB Stuttgart (self) 2012–13 14 0 1 0 3 0 18 0
Doncaster Rovers (self) 2013–14 15 3 15 3
Birmingham City (self) 2013–14 18 10 18 10
Cardiff City 2014–15 21 6 2 0 2 2 25 8
2015–16 6 0 1 0 1 0 8 0
2016–17 0 0 0 0 0 0
Total 27 6 3 0 3 2 33 8
Nottingham Forest (self) 2015–16 3 0 3 0
Novara 2016–17 17 6 17 6
Total fil-karriera 130 29 10 1 12 3 10 0 162 33

Statistika korretta sal-24 ta' April 2017.

ReferenziImmodifika

  1. ^ (Ingliż) Ian Hughes, Man Utd 3-2 Aston Villa, BBC Sport, 05-04-2009. Aċċess tal-URL: 05-04-2009.
  2. ^ (Ingliż) Nabil Hassan, Sunderland 1-2 Man Utd, BBC Sport, 11-04-2009. Aċċess tal-URL: 11-04-2009.
  3. ^ (Ingliż) Phil McNulty, Man Utd 0-0 Everton (aet), BBC Sport, 19-04-2009. Aċċess tal-URL: 04-05-2009.
  4. ^ (Ingliż) Saj Chowdhury, Middlesbrough 0-2 Man Utd, BBC Sport, 02-05-2009. Aċċess tal-URL: 04-05-2009.
  5. ^ (Ingliż) Federico Macheda signs new Manchester United deal, BBC Sport, 02-12-2009. Aċċess tal-URL: 02-12-2009.
  6. ^ (Ingliż) Aston Villa 2-2 Man Utd, BBC Sport, 02-12-2009. Aċċess tal-URL: 02-12-2009.

Ħoloq esterniImmodifika