Evarist Bartolo
Evarist Bartolo (Mellieħa, 14 ta' Ottubru 1952) huwa l-Ministru tal-Edukazzjoni attwali ta' Malta. Kien ukoll Ministru tal-Edukazzjoni mill-1996 sal-1998. Huwa edukatur u ġurnalist u politiku Malti fi ħdan il-Partit Laburista.
Evarist Bartolo | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
15 Jannar 2020 - 26 Marzu 2022 ← Carmelo Abela (en)
13 Marzu 2013 - 15 Jannar 2020 ← Dolores Cristina (en) - Owen Bonnici →
28 Ottubru 1996 - 6 Settembru 1998 - Louis Galea →
4 April 1992 - 26 Marzu 2022
District: 10 Distrett Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017 | |||||||||||
Ħajja | |||||||||||
Twelid | Mellieħa, 14 Ottubru 1952 (72 sena) | ||||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||
Alma mater | Università ta' Malta | ||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||
Okkupazzjoni | politiku |
Tfulija u żgħożija
immodifikaMissier Bartolo kien għalliem tal-Primarja, u Bartolo trabba f'familja reliġjuża ħafna. Kien jgħallem il-Bibbja lit-tfal, u kien ukoll attiv f'għaqdiet reliġjużi bħall-Azzjoni Kattolika, iż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara u l-Leġjun ta' Marija.
Studji
immodifikaFl-1975 Bartolo ggradwa mill-Università ta' Malta b'Baċellerat fil-Letteratura Ingliża, u fl-1984 rebaħ borża ta' studju għal diploma fil-ġurnaliżmu mill-Università ta' Stanford. Sentejn wara ggradwa b'Masters fl-Edukazzjoni mill-Università ta' Cardiff.
Ġurnalist u edukatur
immodifikaBartolo ħadem għal tliet snin bħala għalliem fil-Kulleġġ De La Salle, erba' snin bħala ġurnalist mal-istazzjon nazzjonali, u għaxar snin bħala editur u kap tal-aħbarijiet fil-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista.
Politika
immodifikaKien biss wara li esplora l-kitbiet u l-politika ta' ħassieba bhal Karl Marx, Mahatma Gandhi, Vladimir Lenin, u Martin Luther King Jr. li beda jifhem liema partit kien jirrappreżenta dak li jemmen fih. Bartolo jgħid li ż-żmien li għamel jaħdem mal-attivist ta' kontra l-Mafja Danilo Dolci ukoll għenu f'din il-formazzjoni tiegħu: "Twelidt f'familja Nazzjonalista, iżda għazilt li nħaddan lill-Partit Laburista għax il-valuri tiegħu ta' ġustizzja soċjali, libertajiet ċivili, u l-impenn favur l-interess ta' Malta huma l-valuri li nemmen fihom jien.. Dħalt fil-politika bit-tama li dak li nagħmel itejjeb, għall-inqas imqar ftit, il-ħajja ta' madwarna."
Il-Liġi tad-Divorzju
immodifikaBartolo ħadem mad-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando fuq abbozz ta' liġi tad-divorzju, u flimkien miegħu u ma' Deborah Schembri, mexxa b'suċċess il-kampanja tal-"Iva", biex id-divorzju sar legali fl-2011.
Il-qasam Edukattiv
immodifikaBartolo kien Ministru tal-Edukazzjoni mill-1996 sal-1998 fl-Amministrazzjoni ta' Alfred Sant. Bartolo ħadem biex ipoġġi l-problemi tal-illiteriżmu u l-falliment edukattiv fuq l-aġenda tal-pajjiż, biex iżjed tfal u żgħażagħ jirnexxu fl-edukazzjoni.
Nhar it-13 ta' Marzu 2013 huwa reġa' nħatar Ministru tal-Edukazzjoni fil-Gvern Laburista li tela' fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 li saru ħamest ijiem qabel.
Drittijiet Ċivili
immodifikaBejn l-2008 u l-2013 huwa kien il-Kelliem Laburista għall-Edukazzjoni u d-Drittijiet Ċivili, u tkellem favur id-drittijiet tan-nisa, tal-omosesswali u tal-immigranti fost l-oħrajn.
Predeċessur Michael Falzon (PN) |
Ministru tal-Edukazzjoni 1996-1998 |
Suċċessur |
Predeċessur Dolores Cristina |
Ministru tal-Edukazzjoni 2013- |
Suċċessur |