Martin Luther King Jr.

Martin Luther King Jr (15 ta' Jannar 1929 – 4 ta' April 1968) kien qassis Amerikan, mexxej Afro-Amerikan fil-moviment għad-drittijiet ċivili, l-iktar vuċi importanti għall-Amerikani Afrikani skur tal-Istati Uniti tal-Amerika. King kien mexxej kariżmatiku, li jiġbed il-folol warajh bil-kelma mqanqla tiegħu. L-isforzi tiegħu għenu biex jitfassal is-"Civil Rights Acts" fl-1964 u l-"Voting Rights Act" sena wara. Fl-1964 ġie unurat bil-Premju Nobel għall-Paċi.

Martin Luther King Jr.

Vuċi
Ħajja
Isem propju Michael King Jr.
Twelid Atlanta, 15 Jannar 1929
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Grupp etniku Afro-Amerikani
Mewt Memphis, 4 April 1968
Post tad-dfin Martin Luther King Jr. National Historical Park (en) Translate
Kawża tal-mewt omiċidju (ferita b'tir ta' arma tan-nar)
Mudell:P James Earl Ray (mul) Translate
Familja
Missier Martin Luther King Sr.
Omm Alberta Williams King
Konjuga/i Coretta Scott King (mul) Translate  (18 Ġunju 1953 -  4 April 1968)
Ulied
Aħwa
Familja
uri
Edukazzjoni
Alma mater Candler School of Theology (en) Translate
Boston University School of Theology (en) Translate
David T. Howard High School (en) Translate
Washington High School (en) Translate
Morehouse College (en) Translate
(1944 - 1948) Baċellerat tal-Arti : soċjoloġija
Crozer Theological Seminary (en) Translate
(1948 - 1951) Bachelor of Divinity (en) Translate
Università ta' Boston
(1951 - 5 Ġunju 1955) PhD fil-filosofija : systematic theology (en) Translate
Livell tal-edukazzjoni PhD fil-filosofija
Direttur tat-teżi Lotan Harold DeWolf (en) Translate
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pastor
predikatur
attivist tad-drittijiet tal-bniedem
attivist għad-drittijet umani
attivist tal-paċi
paċifist
kittieb
politiku
pubbliċista
Tul 168.9 cm
Impjegaturi Dexter Avenue Baptist Church (en) Translate
Ebenezer Baptist Church (en) Translate
Free University of Amsterdam (en) Translate
Premjijiet
Nominat għal
Influwenzat minn Reinhold Niebuhr (en) Translate
Howard Thurman (en) Translate
Walter Rauschenbusch (en) Translate
Henry David Thoreau (mul) Translate
Mahatma Gandhi
Sħubija Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi
Southern Christian Leadership Conference (en) Translate
Alpha Phi Alpha (en) Translate
Progressive National Baptist Convention (en) Translate
Moviment civil rights movement (en) Translate
non-vjolenza
labor movement in the United States (en) Translate
civil rights movement (en) Translate
Festa
Martin Luther King Jr. Day (en) Translate

King twieled fil-15 ta' Jannar - mill-1983, dan il-jum sar Jum Nazzjonali fl-USA - tal-1929, f'Atlanta fl-Istati Uniti tal-Amerika. Missieru kien pastor Battista. Sa minn ċkunitu Martin beda jara l-inġustizzji kbar li kienu jeżistu kontra l-Amerikani Afrikani. Qabel ma beda jmur l-iskola hu u oħtu kienu jilagħbu ma' żewġt itfal bojod. Meta marru l-iskola għall-ewwel darba, iż-żewġt itfal bojod marru fi skola għall-bojod waqt li Martin u oħtu marru fi skola għas-suwed. Minn dakinhar omm it-tfal bojod ma ħallithomx jilagħbu iżjed magħhom għax suwed.

Fi tmiem l-ewwel sena tal-iskola, is-surmast ħadhom ħarġa. Dak iż-żmien l-Amerikani Afrikani kien ikollhom iċedu posthom fuq il-karozza tal-linja. King jgħid li qatt ma ħass qalbu sewda daqs dakinhar. Fi tfulitu kien iħobb jisma' l-mużika sewda, l-iktar dik tal-kantanta Bessie Smith. Din il-kantanta sewda mietet wara inċident tat-traffiku għax ma ridux jagħtuha kura fi sptar tal-bojod. Dak li King kien qed jara madwaru kien l-iskjavitu tal-Amerikani Afrikani. Il-faqar kien mifrux ħafna fosthom. Kienu jiġu mċaħħda minn impjiegi mħallsa tajjeb, edukazzjoni xierqa u djar tajbin. Ma kinux jitħallew jidħlu f'ġonna pubbliċi, ħotels jew ristoranti.

Pastor Battista

immodifika

Gradwa mill-MoreHouse College u ta' 26 sena ħa d-Dottorat fit-Teoloġija mill-Università ta' Boston. Ta' 18-il sena kien diġà ġie ordnat ministru Battista u sar assistant pastor fil-knisja ta' missieru f'Atlanta. F'waħda mill-ewwel priedki tiegħu qal hekk:

"Alla huwa l-Missier ħanin tal-popli kollha, fosthom l-Amerikani Afrikani. Għalhekk, aħna lkoll, Bojod u Suwed, aħna aħwa. La l-kulur tal-ġilda tiegħek, lanqas ir-reliġjon tiegħek mhuma qatt ħa jkissru din il-fraternita. Għax is-Suwed għandhom ġilda skura, m'għandhomx jiġu mċaħħda mid-drittijiet fundamentali tagħhom, l-aspirazzjonijiet ġusti tagħhom, l-opportunitajiet. Dan la jagħmel ġieħ lil nazzjon kbir bħal tagħna u lanqas lil Fidi Nisranija tal-Amerikani."

Mill-1954 sa l-1960 serva bħala pastor tal-Knisja Battista ta' Montgomery. Fl-1960 reġa' mar ma' missieru bħala co-pastor, servizz li baqa' jagħti sakemm miet.

Il-Moviment għad-Drittijiet Ċivili

immodifika

King kien beda jinvolvi ruħu fil-moviment għad-drittijiet ċivili fl-1955 meta mexxa l-bojkott tal-karozzi tal-linja ta' Montgomery. B'dan il-bojkott spiċċat is-segregazzjoni fuq il-karozzi tal-linja ta' dak il-post, jiġifieri spiċċaw is-seats għall-bojod u seats għal-Amerikani Afrikani. Wara dan, King ħeġġeġ lill-Amerikani Afrikani biex jimxu fuq l-eżempju ta' Montgomery u jirbħu d-drittijiet tagħhom mingħajr vjolenza.

Bħala mexxej tas-Southern Christian Leadership Conference li għen biex titwaqqaf fl-1957, King mexxa dimostrazzjonijiet, marċijiet, sit-ins, u bojkotts f'ħafna bliet kemm fis-sud kif ukoll fin-nord tal-Amerika, fejn ħafna drabi kien jiltaqa' ma' tgħajjar u xi drabi vjolenza. Tefgħuh il-ħabs bosta drabi għall-attivitajiet tiegħu fis-sud. Fl-1967 sar ukoll mexxej tal-moviment paċifista li ħadem biex iġib fi tmiem il-Gwerra twila tal-Vjetnam.

"I Have a Dream"

immodifika

King organizza l-Marċ kbir ta’ l-1963 f'Washington, għax-xogħol u għad-drittijiet ċivili. Fit-28 ta' Awwissu 1963, King għamel id-diskors famuż "I Have a Dream", quddiem 200,000 ruħ:

"Jien għandi ħolma. Għandi ħolma li xi darba fuq l-għoljiet ħomor tal-Georgia it-tfal tal-iskjavi u t-tfal tas-sidien ikunu jistgħu jpoġġu bil-qiegħda fuq l-istess mejda bħall-aħwa. Għandi ħolma li meta aħna nikbru u jkollna t-tfal tagħna, dawn ikunu jistgħu jgħixu f’pajjiż li fih ma jiġux iġġudikati mill-kulur tal-ġilda tagħhom imma mill-kwalità tal-karattru tagħhom. Iva hekk noħlom."

Fl-4 t'April 1968, meta kien qiegħed Memphis, Tennessee, fejn mar biex jappoġġja lill-kenniesa li kienu qed jistrajkjaw, James Earl Ray, ħabsi maħrub, sparalu tir meta King kien f'gallarija u qatlu. King kien għad kellu biss 39 sena.