Edwin Grech
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Edwin Grech (Ħal Luqa, 27 ta' Settembru, 1928) kien Professur tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija fl-Università ta' Malta. Kien Ministru tas-Sigurtà Soċjali fil-Gvern Malti bejn l-1996 u l-1998. Huwa missier Karin Grech.
Edwin Grech | |||
---|---|---|---|
1992 - 1998 | |||
Ħajja | |||
Twelid | Ħal Luqa, 27 Settembru 1928 | ||
Nazzjonalità |
Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta | ||
Mewt | 15 ta' Marzu 2023 | ||
Familja | |||
Ulied |
uri | ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi |
Malti Ingliż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
professur ġinekologu politiku | ||
Impjegaturi | Università ta' Malta |
Studju
immodifikaStudja fl-Iskola Primarja tal-Ħamrun, fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u fl-Università ta’ Malta, minn fejn iggradwa bħala spiżjar fl-1952 u bħala tabib fl-1955.
Ġinekologu
immodifikaHuwa speċjalizza fir-Renju Unit, sar membru fir-Royal College of Obstetricians and Gynaecologists fl-1963 u ġie elett Fellow of the Royal College of Obstetricians and Gynaecologists fl-1973.
Fl-1964 huwa inħatar lettur u konsulent fil-Makerere University Hospital tal-Uganda. Waqt li kien l-Uganda, huwa kiseb Master’s Degree in Surgery fl-1972. Fl-1973, huwa nħatar Professur u Kap tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija f’Lusaka, iż-Żambja.
Fl-1977, il-Professur Grech irritorna Malta u nħatar Professur u Direttur tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija fl-Isptar San Luqa u fl-Università ta’ Malta, karigi li żamm sal-1987.
Minbarra l-kontribut tiegħu għas-servizz tal-pazjenti fl-Iskola Medika, huwa introduċa metodi ġodda ta’ tagħlim kemm teoretiku kif ukoll kliniku. Huwa kien strumentali biex id-dipartimenti kliniċi kollha jkollhom għarfien mill-universitajiet u kunsilli mediċi barranin.
L-Assassinju ta' Bintu
immodifikaFtit wara r-ritorn tiegħu f’Malta, meta kien qed jagħti s-servizz tiegħu fl-isptarijiet Maltin, huwa sofra t-telfa ta’ bintu Karin, li nqatlet kawża ta’ splużjoni li seħħet minn ittra bomba mibgħuta lilu d-dar.
Karigi
immodifikaHuwa serva bħala Dekan fil-Bord tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija għal għaxar snin u membru tas-Senat u l-Kunsill tal-Università ta’ Malta (1979-1987). Huwa rtira mis-servizz pubbliku fl-1991.
Huwa serva wkoll bħala konsulent dwar saħħet l-omm u t-tfal fl-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u bħala Direttur taċ-Ċentru Kollaborattiv għar-Riċerka Klinika fir-Reproduzzjoni Umana tal-ODS.
Politika
immodifikaFl-1992 il-Professur Grech ġie elett fil-Parlament mal-Partit Laburista. Huwa serva bħala Ministru għas-Sigurtà Soċjali (1996-1998).
Il-Mexxej tal-Partit Laburista, Allfred Sant, kien innominah għall-kariga ta' President tar-Repubblika imma l-Gvern ma kienx aċċetta.