Dwardu Ellul

politiku Malti
(Rindirizzat minn Edward Ellul)

Dwardu Ellul (18941983) kien diplomatiku, politiku, umanista u poeta Malti. F'Malta hu l-aktar magħruf għall-parti li ħa fin-negozjati mal-Gvern Brittaniku dwar is-sehem li kellha tieħu Malta mill-Marshall Aid. Ellul huwa wkoll magħruf għax-xejra antiklerikali tiegħu. Fuq ix-xena internazzjonali, Ellul kien involut fil-konferenzi tal-paċi ta' Brussell u fil-Konferenzi ta' Pariġi, Milan u Ġinevra (1919–1922) bħala s-segretarju għar-relazzjonijiet barranin fil-Lega tal-Unjoni tan-Nazzjonijiet, f’Londra. Fl-1946 irċieva l-ordni Chevalier de la Légion d'honneur mill-gvern Franċiż.

Dwardu Ellul
Dwardu Ellul
Ħajja
Twelid 1894 (129/130 sena)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Dwardu Ellul twieled il-belt Valletta fl-1894. Ommu mietet meta kien għadu tifel ta' sitt snin. Hemm żar l-iskola elementari u attenda wkoll żewġ klassijiet tal-iskola sekondarja, qabel ma kompla u temm l-iskola sekondarja fil-belt ta' Turin, l-Italja. Fl-1913, kiseb il-Licenzia Ginnasiale u kompla bl-istudji superjuri għal sentejn oħra.

Fl-1915, bħala ċittadin tal-Imperu Brittaniku, Ellul kellu imur lura Malta minħabba diżgwid politiku bejn ir-Renju Unit u l-Italja. Għall-ewwel, qala' l-għajxien tiegħu bħala għalliem privat tat-Taljan u l-Latin, u bħala skrivan ma' negozjant żgħir. Minħabba li ma setax ilaħħaq mal-ħajja b'dan ix-xogħol, daħal bħala skrivan temporanju fid-dockyard (N.S.O dpt.). Ftit wara ġie trasferit għal Moudros (Dardanelli) fejn għal aktar minn sena ħadem fl-uffiċċju tal-Assistent N.S.O. fuq il-flagship tal-flotta Ingliża tal-Mediterran tal-Lvant qabel ma reġa' ġie trasferit lura lejn Malta.

Fl-1917, waqt li fuq il-kontinent kienet għadha għaddejja l-Ewwel Gwerra Dinjija, Ellul siefer lejn Marsilja u kiseb passaġġ lejn Pariġi. Hemmhekk, fl-ambaxxata Ingliża ngaġġa suldat u ntbagħat l-Ingilterra biex jitħarreġ fl-armata. Ta servizz fi Franza, fil-Belġju u fil-Ġermanja (Army of Occupation) qabel ma ġie iddisċarġjat f'Diċembru 1919 bi grad ta' surġent.

Sa l-1922 kien Assistent tas-segretarju għar-relazzjonijiet barranin fil-Lega tal-Unjoni tan-Nazzjonijiet f'Londra: hawn fost dmirijiet oħra kien segretarju ta' delegazzjonijiet Brittaniċi f'konferenzi internazzjonali fi Brussell, Pariġi, Milan u Ġinevra. F'funzjoni oħra, Ellul ġie maħtur segratarju tal-Kunsill Amministrativ tal-Institut français de Londres li kien affiljat mal-Università ta' Pariġi (Sorbonne) u mal-Università ta' Lille. F'dan ir-rwol irċieva id-dekorazzjonijiet ta' Officier d'Académie (1935) u ta' Officier de l'Instruction Publique (1939). L-aħħar medalja ġiet mgħoddija minn idejn il-President ta' Franza, Albert Lebrun. L-akbar unur mill-Gvern Franċiż kien il-kisba tal-ordni ta’ Chevalier de la Légion d'honneur (1946).

Dwardu Ellul kien ukoll attiv fil-politika Brittanika u Maltija. F'Londra kien kunsillier fil-gvern lokali ta' Paddington waqt li fil-politika Maltija ħa l-kariga ta' rappreżentant tal-Malta Labour Party. Fl-Ingilterra kien laħaq kummissarju ġenerali ta' Malta f'Londra (1948-49 u 1955-58).

Dwardu Ellul irtira Malta għalkollox fl-1965 minħabba raġunijiet ta' saħħa. Għal xi żmien kien attiv fil-politika bil-Partit Antiklerikali, partit li ġie mibdi minnu nnifsu, li iżda ma kellu ebda suċċess. Wara mewtu, triq fil-villaġġ tax-Xgħajra, fejn Ellul kellu proprjetà zgħira u fejn kien jgħaddi x-xhur tas-sajf, ġiet imsemmija għalih.

Xogħlijiet

immodifika
  • Ellul, Edward, Merry-Go-Round, a Kind of Poem, Londra, O. F. Boehringer, 1937. (Library of Congress Control No.:45028606)
  • Ellul, Edward, The Primrose Path: Poems for Optimists, The Frederick Printing Press Company Ltd, Londra, 1939.
  • Ellul, Edward, Arctic Conditions - Sonnets, The Frederick Printing Press Company Ltd, Londra, 1942.
  • Ellul, Dwardu, Ajsbergs (Icebergs) - Mitt Mini-Poema, Union Press, 1977.
  • Ellul, Dwardu, Lejn is-sema bid-daħka: epigramma taʼ Dwardu Ellul miġbura minn Eugene P. Sapiano, Sensiela kotba soċjalisti;10, Malta:Partit tal-Ħaddiema, 1984. Record Id: 22199914 (Australian Library Collections)
  • NSO hija taqsira għal Navy Supply Office jew Navy Supply Officer

Ħoloq esterni

immodifika