Carol Peralta
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Carol Peralta kien Maġistrat fil-Qrati Maltin u serva wkoll fi Qrati Internazzjonali.
Carol Peralta | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 1953 (70/71 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta' Malta |
Livell tal-edukazzjoni | Legum Doctor |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
imħallef maġistrat avukat |
Imwieled fl-1953, Carol Peralta ggradwa bħala avukat fl-1975 u sar Maġistrat fil-Qrati Maltin fl-1990 fejn kien jisma' kawżi f'diversi ġurisdizzjonijiet. Fl-2002 huwa kien kiseb l-M.A. fid-Drittijiet Umani u d-Demokratizzazzjoni mill-Universita' ta' Malta. Grazzi għax-xogħol siewi li huwa għamel huwa kien ingħata wkoll li jservi ġurisdizzjonijiet tal-Ewwel Istanza u dik tal-Qorti Suprema u anke kien magħżul bħala wieħed miż-żewġ rappreżentanti internazzjonali fil-Kunsill Ġuridiku tal-Kosovo fejn kellu għadd ta' funzjonijiet.
Fora Internazzjonali
immodifikaCarol Peralta irrappreżenta wkoll lil Malta fuq il-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa fuq "Sanzjonijiet Alternattivi u Miżuri" ġewwa Strasburgu u huwa l-Kelliem Ewlieni f'seminars Ewro-Mediterranji fuq Liġijiet Ewropej u dwar Prattiċi u Istituzzjonijiet fost affarijiet oħra. Dwar dan huwa tkellem f'diversi pajjiżi fil-fora internazzjonali fosthom f'Malta, Spanja, Franza, Greċja u l-Marokk. Huwa wkoll membru tal-Assoċjazzjoni tal-Commonwealth dwar il-professjonalita' fil-Liġi.
Kosovo
immodifikaF'Ġunju 2003, Perlata inħatar bħala Imħallef Internazzjonali f'Mitrovica fil-Kosovo fejn kien jiġġudika każijiet dwar il-Krimini tal-Gwerra. Huwa magħruf ukoll għax-xogħol tiegħu bħala Imħallef Internazzjonali fil-Qorti tal-Bosnia Herzegovina, ibbażat f'Sarajevo.
F'April 2004, Peralta inħatar bħala Imħallef fil-Qorti Suprema tal-Kosovo, fejn xogħlu kien li jippresiedi l-Kamra Speċjali li kienet inħatret dwar materji tal-istess Kosovo fejn serva wkoll ta' Imħallef Kap ta' din il-Belt sa Jannar tal-2008.
Kontroversji u lura Malta
immodifikaFl-1990, id-Deputat Parlamentari Wenzu Mintoff ressaq mozzjoni biex Peralta jitneħħa minn Maġistrat imma din twaqqgħet. Il-ġurnal Alternattiva kien allega li Peralta kien membru tal-Mażunerija. L-istess ġara fl-1994 wara mozzjoni mressqa mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami. Fl-2003, Peralta telaq min Malta u beda jservi ta' Imħallef Internazzjonali.
Wara nuqqas ta' kważi disa' snin, f'Mejju 2012, Peralta reġa' bedja jservi fl-irwol ta' ġudikant fil-Qrati Maltin. F'komunikat maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Imħallef, tħabbar li l-Maġistrat Peralta kien se jibda x-xogħol ta' ġudikant u ġie assenjat l-inkjesti li kienu tal-Maġistrat Jacqueline Padovani, li saret Imħallef, kif ukoll il-kawżI pendenti tagħha, iżda esklużi l-kumpilazzjonijiet pendent li jinvolvu kawżi ta' minorenni. Minbarra għadd ta' kumpilazzjonijiet huwa ħa taħt idejh id-Distretti tal-Mosta u l-Imsida, u l-kawżi dwar ix-xogħol, inkluż dawk tal-ETC.
Irtirar kmieni
immodifikaFl-2013, il-Maġistrat Peralta kien fiċ-ċentru ta’ kontroversja dwar festin tal-Milied f’awla tal-Qorti. Dakinhar Dr Peralta kien ordna l-arrest ta’ wieħed mill-ġurnalisti tat-Times of Malta li kien qed jinvestiga l-każ. Skont Peralta, dan wara li Ivan Martin ipprova jieħu ritratt u meta staqsieh min hu, ma identifikax ruħu mill-ewwel u qallu “I am nobody.” Dan il-każ għadu quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
Nhar is-26 ta' Awwissu 2015, Peralta irtira minn Maġistrat f'ittra li bagħat lill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta. Fl-ittra tal-irtirar, Dr Peralta qal li ddeċieda li jitrtira wara numru kbir ta’ diżappunti u diżillużjonijiet fil-kamp nazzjonali. Żied jgħid li meta jħares lura hu sodisfatt għad-diversi ħatriet tiegħu fl-ogħla postijiet ġuridiċi f’pajjiżi oħra u f’istituzzjonijiet internazzjonali.