Portes des Bombes

(Rindirizzat minn Bieb il-Bombi)

Portes des Bombes magħruf bil-Malti bħala Bieb il-Bombi, oriġinarjament imsejjaħ Porta dei Cannoni (li tfisser "Bieb tal-Kanuni"), huwa bieb b'arkati ornamentali fil-Furjana, Malta. Oriġinarjament inbena fl-1721 bħala bieb avvanzat fi ħdan il-faussebraye tal-Linji tal-Furjana, u tkabbar bil-bini tat-tieni arkata fl-1868. Is-swar fuq iż-żewġ naħat tal-bieb twaqqgħu u l-bieb sar qisu arkata trijonfali.[1]

Portes des Bombes
bieb
Data meta nħoloq1721 Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabFurjana Immodifika
Koordinati35°53′26″N 14°30′8″E Immodifika
PropjetarjuGvern ta' Malta Immodifika
ArkitettCharles François de Mondion Immodifika
Stil arkitettonikuarkitettura barokka, Barokk Immodifika
Deżinjazzjoni bħala wirtGrad 1 Immodifika
Indirizz stradaliTriq Nazzjonali Immodifika
Map
 
Il-konfigurazzjoni oriġinali ta' Porte des Bombes kif tidher f'ritratt minn madwar l-1860

Il-bini tal-Linji tal-Furjana beda fl-1636, iżda x-xogħol mexa bil-mod u l-linji tlestew fil-bidu tas-seklu 18. Il-linji kellhom art imdaqsa bbastjunata quddiem b'faussebraye. Porte des Bombes inbena fl-1720–21 fi ħdan il-faussebraye, fuq disinji tal-arkitett Franċiż Charles François de Mondion[2] u qam 6,000 skud.[3] Il-bieb oriġinarjament kellu arkata waħda, u serva bħala d-daħla għall-Furjana, li jwassal għall-bieb prinċipali tal-belt Porta Sant'Anna.[4] Oriġinarjament kien protetta b'lunetta.[5]

Porte des Bombes inqabad minn suldati Franċiżi waqt l-invażjoni Franċiża ta' Malta f'Ġunju 1798.[6] F'dan il-punt ir-ribelli Maltin fetħu n-nar fid-direzzjoni tiegħu, biex jisfidaw lill-okkupanti, li kienu ħallew marki sinifikanti tal-balal fuq il-parti ta' quddiem.[7]

F'nofs is-seklu 19 il-gvern Ingliż kabbar il-bieb billi żied it-tieni arkata biex jakkomoda t-traffiku dejjem aktar qawwi fiż-żona tal-Port il-Kbir.[8] Dan it-tkabbir kien iddisinjat mill-arkitett Kurunell EW Dunford tal-Inġiniera Rjali,[3] u sewa total ta' £900. It-tieni bieb kien inawgurat fis-17 ta' Awwissu 1868, meta kien Gvernatur ta' Malta Sir Patrick Grant.[6]

Fil-bidu tas-seklu 20, ftit mill-ornamentazzjoni fl-arkati tneħħiet sabiex it-trams ikunu jistgħu jgħaddu mill-bieb. Il-lunetta ta' barra l-bieb sussegwentement twaqqgħet biex tagħti lok għal triq ġdida,[5] filwaqt li s-swar fuq kull naħa tal-bieb twaqqgħu fis-snin tletin biex ilaħħqu mal-volum tat-traffiku li kien qed jiżdied.[3] Dawn it-tibdiliet wasslu biex il-bieb tilef l-identità tiegħu bħala parti mil-Linji tal-Furjana, u sar jidher qisu arkata trijonfali.[9]

 
Il-bieb bil-lejl

Il-bieb ġie restawrat bejn Settembru 2002 u Marzu 2003, bi spiża ta' Lm55,000. Ix-xogħlijiet ta' restawr kienu jinkludu wkoll l-installazzjoni ta' sistema tad-dawl. Il-bieb ġie vandalizzat f'Mejju 2005 meta twaddab fuqu żejt maħruq, iżda l-ħsara tnaddfet fi ftit jiem.[8] Il-bieb huwa kkunsidrat mill-forza tal-pulizija bħala periklu fit-triq pinċipali minn fejn jgħaddu l-vetturi.[10] Fl-24 ta' Ottubru 2012, saru xi ħsarat meta karozza tal-linja tal-Arriva tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla ġol-ħajt tal-bieb u żewġ karozzi tal-linja oħra daħlu fiha; fl-inċident weġġgħu 22 passiġġier. Madankollu, il-parti tal-bieb li ġarrbet il-ħsara ġiet imsewwija ftit jiem wara.[11]

Il-bieb u l-bqija tal-Linji tal-Furjana ġew inklużi fil-Lista tal-Antikitajiet tal-1925.[12] Issa huwa skedat bħala monument nazzjonali ta' Grad 1, u huwa elenkat ukoll fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin.[9]

Il-binja tal-bieb tkun miftuħa għall-pubbliku kultant, bħal f'Ottubru 2014, bħala parti mill-festi tan-Notte Bianca.[13]

Arkitettura

immodifika
 
Il-bieb kif jidher minn wara

Porte des Bombes inbena fl-istil Barokk. Il-bieb oriġinarjament kellu arkata waħda, iżda t-tieni arkata fuq ix-xellug ġiet miżjuda fis-seklu 19. Kull daħla b'arkata hija akkumpanjata minn kanuni minquxin, li taw lill-bieb l-isem oriġinali tiegħu Porta dei Cannoni, u kull kanun għandu riliev ta' stemma. L-erba' kanuni li kienu jiffurmaw parti mill-bieb oriġinali għandhom l-arma tal-Gran Mastru Ramon Perellos y Roccaful, filwaqt li ż-żewġ kanuni fuq it-tieni arkata għandhom l-arma rjali tar-Renju Unit. Il-bieb għandu kurunika 'l fuq minn ringiela ta' slaleb ta' Malta minquxin fil-ġebel. Fuq il-kurunika hemm skutri li jġorru l-armi tal-Ordni ta' San Ġwann, il-Gran Mastru Perellos, u r-Renju Unit, kif ukoll żewġ plakek tal-irħam b'kitbiet bil-Latin. Il-plakka fuq in-naħa tal-lemin tal-bieb għandha din il-kitba:[6][14][15]

DVM THRACES VBIQUE PVGNO IN SEDE SIC TVTA CONSTO MDCCXXI li tfsser: Hekk kif nissielet mat-Torok kullimkien, sod f'posti - 1721.

Il-plakka fuq in-naħa tax-xellug għandha l-kitba: AD MAJOREM POPVLI COMMODITATEM MDCCCLXVIII li tfisser: Għall-konvenjenza akbar tal-poplu - 1868.[6]

 
Waħda mill-"bombli" li minnhom jieħu ismu l-bieb

Tliet trofej jinsabu fil-parti ta' fuq tal-bieb; dak ċentrali fih l-arma ta' Perellos. Dawn kollha kienu jiffurmaw parti mill-bieb oriġinali, iżda ġew rilokati meta tkabbar.[9]

Eżatt barra l-bieb hemm żewġ pilastri li għandhom blalen tal-ġebel fuqhom imfassla bħala trasportaturi kbar tal-ilma b'manku u żennuna. Dawn il-bombli taw lill-bieb l-isem attwali tiegħu Porte des Bombes.[16]

Porte des Bombes hija waħda miż-żewġ bibien f'Malta li fihom rappreżentazzjonijiet ta' biċċiet ta' artillerija ta' daqs naturali, l-ieħor huwa Bieb ta' Sant'Elena li nbena fl-1736.

Kultura popollari

immodifika

Bieb il-Bombi jidher fil-film 13 Hours: The Secret Soldiers of Benghazi li ħareġ fl-2016.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Portes des Bombes - Joe Bugeja". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-19.
  2. ^ De Lucca, Denis (1981). "The contrbution of Francois de Mondion in the architectural development of 18th century Malta" (PDF). web.archive.org (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-17. Miġbur 2022-04-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ a b ċ Rizzo, Victor J. (2010). Discover Floriana (PDF) (bl-Ingliż). Din L-Art Ħelwa + Kunsill Lokali Floriana. pp. 40–41. ISBN 9789990998092.
  4. ^ "Gateways that have vanished: Porta Sant'Anna, Floriana & Porta Haynduieli, Cottonera - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2022-04-19.
  5. ^ a b National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. "Floriana Lines" (PDF). web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-19. Miġbur 2022-04-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ a b ċ d "Floriana Local Council - Porte des Bombes". web.archive.org. 2016-03-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-26. Miġbur 2022-04-20.
  7. ^ Badger, George Percy (1869). Historical Guide to Malta and Gozo (bl-Ingliż). Calleja. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  8. ^ a b "Vandals deface Portes des Bombes". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-19.
  9. ^ a b ċ National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. "Porte des Bombes – Floriana Lines" (PDF). web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-01-11. Miġbur 2022-04-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "History Repeats itself: aqueduct damaged in mysterious accident - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2022-04-19.
  11. ^ "Bus crash: Police list the injured - Arriva says diesel may have mixed with rainwater on the road". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-19.
  12. ^ Malta Environment and Planning Authoriity (2016-10-06). "Protection of Antiquities Regulations 21st November, 1932 Government Notice 402 of 1932, as Amended by Government Notices 127 of 1935 and 338 of 1939". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-10-06. Miġbur 2022-04-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ Debono, David (2014-10-05). "Bieb il-Bombi jinfetaħ għall-viżitaturi waqt in-Notte Bianca" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-19.
  14. ^ Bonnici, Arturo (7 Ottubru 1972). "Bieb il-Bombi" (PDF). Leħen is-Sewwa (bil-Malti).
  15. ^ Espinosa-Rodiguez, Antonio (1989). "Some reflections on the three views of Valletta and its environs at the Malta Chamber of Commerce" (PDF). web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-16. Miġbur 2022-04-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^ Borzesi, Giuseppe Pericciuoli (1830). The historical guide to the island of Malta and its dependencies (bl-Ingliż). Government Press. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)