Beemster

muniċipalità fin-Netherlands

Beemster (pronunzja bl-Olandiż: [ˈbeːmstər]) hija muniċipalità fin-Netherlands, fil-provinċja tat-Tramuntana tal-Olanda. Beemster hija l-ewwel hekk imsejjaħ polder (art irkuprata) fin-Netherlands li ġie rkuprat minn lag. L-ilma ġie estratt mil-lag permezz ta' mtieħen tar-riħ. Il-Polder ta' Beemster tnixxef matul il-perjodu mill-1609 sal-1612. Ippreserva għalkollox il-pajsaġġ ordnat sew tiegħu magħmul minn għelieqi, toroq, kanali, digi u insedjamenti, organizzati f'konformità mal-prinċipji klassiċi u Rinaxximentali tal-ippjanar. Grilja ta' kanali ġiet ippjanata b'mod parallel ma' grilja ta' toroq. Il-grilji huma kontrobbilanċjati: il-kanali l-kbar tal-ilma jinsab madwar kilometru 'l barra mit-toroq il-kbar.

Beemster
 Netherlands
Amministrazzjoni
Stat sovranRenju tan-Netherlands
Country of the Kingdom of the NetherlandsNetherlands
Province of the NetherlandsNorth Holland (en) Translate
Municipality of the NetherlandsPurmerend (en) Translate
Kap tal-Gvern Joyce van Beek (en) Translate
Ismijiet oriġinali Beemster
Kodiċi postali 1460–1464
Ġeografija
Koordinati 52°33′00″N 4°55′41″E / 52.55°N 4.928°E / 52.55; 4.928Koordinati: 52°33′00″N 4°55′41″E / 52.55°N 4.928°E / 52.55; 4.928
Beemster is located in Netherlands
Beemster
Beemster
Beemster (Netherlands)
u
Superfiċjenti 72.07 kilometru kwadru
Għoli −4 m
Fruntieri ma' Koggenland (en) Translate, Zeevang (en) Translate, Purmerend (en) Translate, Graft-De Rijp (en) Translate, Schermer (en) Translate, Wormerland (en) Translate, Alkmaaru Edam-Volendam (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 9,386 abitanti (1 Jannar 2017)
Unitajiet domestiċi 3,653
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1
beemster.net

Distretti

immodifika

Il-muniċipalità ta' Beemster tikkonsisti mill-erba' distretti li ġejjin:[1]

  • Middenbeemster
  • Noordbeemster
  • Westbeemster
  • Zuidoostbeemster

Topografija

immodifika
 
Mappa topografika ta' Beemster tal-1658 ta' Daniël van Breen
 
Mappa topografika ta' Beemster tal-2015
 
Mappa antika ta' meta Beemster kien għadu lag

Għall-ħabta tat-800 W.K., iż-żona tal-muniċipalità moderna ta' Beemster kienet miksija bil-pit f'torbiera mistagħdra. L-isem "Beemster" oriġina minn "Bamestra", l-isem ta' xmara żgħira fl-inħawi. Fil-perjodu bejn l-1150 u l-1250, it-tħaffir għall-pit mill-bniedem, u l-maltempati bl-għargħar, kabbru x-xmara żgħira f'"baħar intern", jiġifieri lag b'kollegament miftuħ maz-Zuiderzee. Għall-ħabta tal-1605, l-investituri privati bdew id-drenaġġ tal-lag ta' Beemster. Fl-1610, id-drenaġġ kien kważi tlesta għalkollox, iżda l-lag reġa' mtela' bl-ilma minħabba li nkisret waħda mid-digi taz-Zuiderzee. Ġie deċiż li d-diga b'għamla ttundjata tiġi mkabbra sa metru għoli 'l fuq mill-bqija tal-pajsaġġ. Fl-1612, il-polder tnixxef u l-art ġiet diviża fost l-investituri. Fil-jiem bikrin tal-polder, il-bdiewa okkupaw l-artijiet biex ikabbru l-għelejjel meħtieġa għall-vjaġġi twal bil-baħar imwettqa mill-VOC lejn l-Indji tal-Lvant. Inzerta li r-raba' tant kienet għammiela li l-proġett dak iż-żmien tqies bħala suċċess ekonomiku, f'kuntrast ma' pereżempju l-Heerhugowaard. Fl-1999, il-Polder ta' Beemster kollu żdied fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]

 
Diga fin-Nofsinhar ta' Beemster

Fil-Polder ta' Beemster hemm il-kooperattiva ta' CONO Kaasmakers, il-produtturi tad-ditta tal-ġobon "Beemster". Din il-kooperattiva ġiet iffurmata fl-1901 sabiex jiġi prodott il-ġobon mill-ħalib tal-baqar li kienu jirgħu fil-Polder ta' Beemster. Illum il-ġurnata l-ġobon Beemster jinbiegħ fl-Ewropa kollha, kif ukoll fl-Istati Uniti, fil-Kanada, fil-Ġappun u fiċ-Ċina.[3]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Polder ta' Beemster (bl-Olandiż: Droogmakerij de Beemster) ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999 minħabba r-rilevanza storika tiegħu u minħabba li l-ippjanar oriġinali tas-sit għadha kważi intatta għalkollox.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]

Minbarra l-Polder ta' Beemster hemm ukoll ħames fortizzi li huma parti minn Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO ieħor magħruf bħala l-Linji tal-Ilma Difensivi Olandiżi.[4]

 
Veduta panoramika tal-pajsaġġ ċatt ta' Beemster

Gvern lokali

immodifika

Il-kunsill muniċipali ta' Beemster għandu 13-il siġġu, li ġew maqsumin kif ġej mill-1982:

Siġġijiet tal-kunsill muniċipali ta' Beemster
Partiti 1982 1986 1990 1994 1998 2002 2006 2010 2014 2018
Beemster Polder Partij 2 2 2 2 3 4 5 4 4 6
VVD 4 3 3 3 3 3 3 2 2 3
PvdA 3 4 4 3 4 4 3 2 - -
PvdA/GroenLinks - - - - - - - - 2 2
D66 - - - 1 - - - 3 3 1
CDA 4 4 4 4 3 2 2 2 2 1
Total 13 13 13 13 13 13 13 13 13 13

Mill-1 ta' April 2020, is-sindku hija Karen Heerschop.

 
Awtoritratt ta' Carel Fabritius

Nies notevoli

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Home | Gemeente Beemster". www.beemster.net. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-10-16. Miġbur 2021-10-15.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Droogmakerij de Beemster (Beemster Polder)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-15.
  3. ^ webdesign, Dreamlab, ontwerp +. "Beemstercheese – You can taste Beemster" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-15.
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Dutch Water Defence Lines". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-15.