Arkitettura tas-Seklu 20 ta' Frank Lloyd Wright

Sit ta' Wirt Dinji fl-Istati Uniti magħmul minn tmien binjiet tal-arkitett Frank Lloyd Wright

L-Arkitettura tas-Seklu 20 ta' Frank Lloyd Wright hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li huwa magħmul minn tmien binjiet madwar l-Istati Uniti li ġew iddisinjati mill-arkitett Amerikan Frank Lloyd Wright. Dawn il-binjiet joħorġu fid-dieher il-filosofija tiegħu ta' arkitettura organika, fejn iddisinja strutturi li huma f'armonija mal-umanità u l-ambjent tal-madwar. Ix-xogħol ta' Wright kellu influwenza internazzjonali fuq l-iżvilupp tal-arkitettura fis-seklu 20.

Il-Mużew ta' Guggenheim minn ġewwa

Frank Lloyd Wright

immodifika

Frank Lloyd Wright (1867-1959) trabba fl-ambjent rurali ta' Wisconsin u studja l-inġinerija ċivili fl-Università ta' Wisconsin. Imbagħad ħadem bħala apprendist ma' arkitetti notevoli fl-iskola tal-arkitettura ta' Chicago, partikolarment ma' Louis Sullivan. Wright fetaħ il-prattika ta' suċċess tiegħu stess fl-1893, u żviluppa dar u studjo influwenti f'Oak Park, Illinois. Fis-seklu 20, huwa sar wieħed mill-iżjed arkitetti rinomati fid-dinja.

Nominazzjoni

immodifika

Permezz tal-isforzi mmexxija mill-Entità tal-Konservazzjoni tal-Binjiet ta' Frank Lloyd Wright, organizzazzjoni mingħajr skop ta' profitt, il-ġabra ta' binjiet oriġinarjament saret sit indikattiv fl-2008 b'lista ta' għaxar binjiet ta' Wright. Fl-2011 żdiedet binja oħra, iżda eventwalment il-Binja Amministrattiva u t-Torri tar-Riċerka ta' S. C. Johnson & Son Inc. f'Racine, Wisconsin, tneħħew. Nomina fl-2015 biex is-sit indikattiv jitniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO ġiet irreferuta mill-UNESCO għal reviżjoni f'Lulju 2016. L-Entità tal-Konservazzjoni, immexxija mill-Kunsill tal-Wirt Dinji ta' Frank Lloyd Wright, ħadmet mill-qrib mas-Servizz tal-Parks Nazzjonali u mal-UNESCO biex il-proposta oriġinali tiġi kkunsidrata mill-ġdid u biex isiru l-bidliet meħtieġa.

F'Diċembru 2018, proposta riveduta tressqet bi tmien binjiet, bl-esklużjoni tat-Torri ta' Price f'Bartlesville, Oklahoma, u ċ-Ċentru Ċiviku tal-Kontea ta' Marin f'San Rafael, California, mill-proposta.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

F'Ġunju 2019, il-Kunsill Internazzjonali tal-Monumenti u s-Siti ta rakkomandazzjoni pożittiva u s-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Lulju 2019.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ".[1]

It-tmien binjiet rappreżentattivi ta' Wright ġew iddisinjati fl-ewwel nofs tas-seklu 20. L-ewwel binja li ġiet inkluża, magħrufa bħala Unity Temple (001), tlestiet fl-1908, u l-aħħar, il-Guggenheim (008) — għalkemm id-disinn tagħha beda fis-snin 40 tas-seklu 20 — tlestiet fl-1959, is-sena li fiha miet Wright.

Ritratt ID Isem Post Deskrizzjoni Koordinati Erja tas-Sit (Żona ta' Lqugħ)
  1496rev-001 Unity Temple Oak Park, Illinois Din il-binja ta' knisja bla preċedent tlestiet fl-1908, bl-użu tal-konkos rinfurzat b'modi innovattivi, sabiex jinħoloq spazju mimli dawl bil-"kuluri tan-natura". L-użu ta' dan il-materjal uniku wassal biex titqies bħala l-ewwel "binja moderna" fid-dinja.[2] 41°53′18″N 87°47′48″W / 41.88833°N 87.79667°W / 41.88833; -87.79667 0.167 ha (10.067 ha)
  1496rev-002 Dar ta' Frederick C. Robie Chicago, Illinois Din id-dar tal-1910 ta' familja waħda titqies bħala kapulavur tal-Prairie School tal-arkitettura. Il-"linji orizzontali wesgħin tagħha; is-soqfa skuntrati baxxi b'saffi differenti 'l barra; u l-pjanta interna miftuħa tagħha, . . . jirrappreżentaw l-għan ta' Wright li jiddisinja strutturi f'armonija man-natura".[3] Kontributuri sinifikanti għall-kunċett tan-natura fuq ġewwa huma l-175 tieqa u bieb taċ-ċomb u tal-ħġieġ, li fihom disinn tal-"astrazzjoni tal-għamliet organiċi".[4] 41°47′23.4″N 87°35′45.3″W / 41.789833°N 87.595917°W / 41.789833; -87.595917 0.130 ha (1.315 ha)
  1496rev-003 Taliesin Spring Green, Wisconsin Mibdija fl-1911 u qatt ma tlestiet għalkollox, Taliesin (li bil-Welsh tfisser "xifer ileqq") saret id-dar. l-istudjo, u l-iskola tal-arkitettura ta' Wright. Huwa bena d-dar f'xifer irdum, biex tkun "parti mill-għolja mhux fuqha"[5] X'aktarx li hija l-iżjed esplorazzjoni estensiva u twila tat-teorija organika tal-arkitettura u tal-Prairie School. 43°08′30″N 90°04′15″W / 43.14153°N 90.07091°W / 43.14153; -90.07091 4.931 ha (200.899 ha)
  1496rev-004 Dar ta' Hollyhock Los Angeles, California L-ewwel kummissjoni ta' Wright f'Los Angeles, id-Dar ta' Hollyhock (li nbniet fl-1918-1921) kienet maħsuba biex tkun parti minn kolonja tal-arti u kumpless ta' teatru f'ħin reali fil-Lvant ta' Hollywood, li nbniet għall-ħabta meta n-negozju tal-films fin-Nofsinhar ta' California kien emerġenti. Ix-xogħol ta' Wright u l-apprendisti żgħażagħ tiegħu witta t-triq għal dak li sar magħruf bħala l-Moderniżmu ta' California.[6] L-istruttura "tintegra perfettament l-ambjent fuq ġewwa mal-ġonna fuq barra u mal-ispazji residenzjali".[7] 34°05′59.85″N 118°17′40.61″W / 34.0999583°N 118.2946139°W / 34.0999583; -118.2946139 4.608 ha (13.968 ha)
  1496rev-005 Fallingwater Mill Run, Fayette County, Pennsylvania Fallingwater inbniet bħala villeġġjatura għas-sajf fl-1935 u hija l-epitoma tal-ideat tal-arkitettura organika ta' Wright. Inbniet bħallikieku tinsab "fuq wiċċ l-ilma" fuq nixxiegħa u kaskata, u l-art imtarrġa tal-blat u l-ispazji ġeometriċi tal-konkos rinfurzat jitħalltu tajjeb mal-formazzjonijiet tal-blat naturali. Wright ried li l-koppja li kkummissjonatlu x-xogħol mhux biss iħarsu 'l barra fuq in-nixxiegħa tal-villeġġjatura tas-sajf tagħhom iżda "jgħixu mal-kaskata ... bħala parti integrali ta' ħajjithom". L-Istitut Amerikan tal-Arkitetti sejjaħ lil Fallingwater bħala "l-aqwa xogħol tal-arkitettura Amerikana li qatt twettaq".[8] 39°54′22″N 79°28′5″W / 39.90611°N 79.46806°W / 39.90611; -79.46806 11.212 ha (282.299 ha)
  1496rev-006 Dar ta' Herbert u Katherine Jacobs Madison, Wisconsin Mibnija matul id-Dipressjoni l-Kbira, l-ideat għad-Dar ta' Jacobs (1937) nibtu minn idea ta' ppjanar urban ta' Wright li kienet tissarraf f'komunità ta' abitazzjonijiet mibnija sew għal familja waħda. Wright inizjalment sejjaħ lil dan il-kunċett bħala estetika Usonjana, terminu vvintat fil-bidu tas-seklu 20 għal "Amerikan(a)". B'baġit ta' inqas minn $5,000, Wright ikkombina d-disinn miftuħ tiegħu, bi spazji funzjonali u l-użu tal-injam, tal-brikks, tal-konkos miżbugħ, u ta' twieqi kbar, flimkien ma' ambjent ta' viċinat żgħir.[9][10] 43°3′31″N 89°26′29″W / 43.05861°N 89.44139°W / 43.05861; -89.44139 0.139 ha (1.286 ha)
  1496rev-007 Taliesin West Scottsdale, Arizona Fl-1937 Wright beda jibni d-dar għax-xitwa tiegħu, li kienet ukoll l-istudjo u ċ-ċentru tal-għaqda arkitettoniku tiegħu fl-ewwel għoljiet tal-muntanji ta' McDowell fl-Arizona. Il-binja ġiet iddisinjata minn Wright u mill-istudenti tiegħu, u nbniet bl-injam, ġebel lokali, u taħlita tal-konkos bir-ramel. Taliesin West ġiet ambjentata fil-pajsaġġ b'kuntrast ta' kmamar fuq ġewwa u fuq barra, ġnien triangolari bi pjanti nativi, u pixxina triangolari.[11] 33°36′22.8″N 111°50′45.5″W / 33.606333°N 111.845972°W / 33.606333; -111.845972 4.285 ha (198.087 ha)
  1496rev-008 Mużew ta' Solomon R. Guggenheim New York, New York Ix-xogħol ta' Wright għall-Fondazzjoni Guggenheim fis-snin 40 u 50 tas-seklu 20 wassal għar-rinnovazzjoni tal-binja moderna tal-mużew bħala post f'armonija mal-arti li tħaddan fiha.[12] Wright ħaseb ukoll li kien importanti li l-mużew jitqiegħed faċċata taż-żoni naturali ta' Central Park, u inkorpora l-għamliet ġejjin għat-tond tal-istruttura ma' dawk naturali.[13][14] 40°46′59″N 73°57′32″W / 40.782975°N 73.958992°W / 40.782975; -73.958992 0.251 ha (2.164 ha)

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "The 20th-Century Architecture of Frank Lloyd Wright". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-01.
  2. ^ "Unity Temple". Frank Lloyd Wright Foundation (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-01.
  3. ^ "Frank Lloyd Wright's Robie House Reopens After Massive Renovation". WTTW News (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-01.
  4. ^ "Robie House Reopens After Interior Restoration". Frank Lloyd Wright Foundation (bl-Ingliż). 2019-04-03. Miġbur 2022-05-01.
  5. ^ "Taliesin". Frank Lloyd Wright Foundation (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-01.
  6. ^ "Hollyhock House". Barnsdall Art Park Foundation (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-01.
  7. ^ "Hollyhock House | Los Angeles Conservancy". www.laconservancy.org. Miġbur 2022-05-01.
  8. ^ "Fallingwater". Frank Lloyd Wright Foundation (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-01.
  9. ^ "First Jacobs House". WTTW Chicago (bl-Ingliż). 2016-03-26. Miġbur 2022-05-01.
  10. ^ "Seven Hidden Gems from Frank Lloyd Wright's Usonian Period" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-01.
  11. ^ "Taliesin West | The Cultural Landscape Foundation". www.tclf.org. Miġbur 2022-05-01.
  12. ^ "Column: 8 Frank Lloyd Wright buildings, including Chicago's Robie House and Oak Park's Unity Temple, named to World Heritage List". Chicago Tribune (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-01.
  13. ^ "Teaching Materials". The Guggenheim Museums and Foundation (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-01.
  14. ^ "Teaching Materials". The Guggenheim Museums and Foundation (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-01.