Antonín Puč (twieled fis-16 ta' Mejju 1907 – miet fit-18 ta' April 1988) kien plejer tal-futbol Ċek li kien jilgħab bħala attakkant.

Antonín Puč
Informazzjoni personali
Twelid16 ta' Mejju 1907(1907-05-16)
PragaImperu Awstro-Ungeriż
Mewt18 ta' April 1988 (80 sena)
Praga
RwolAttakkant
Mixtliet
1913–1920Čechie Smíchov
1920–1925SK Smíchov
Karriera professjonali
SninKlabb
1925SK Smíchov
1925–1938Slavia Prague
1938–1940Viktoria Žižkov
1940–1941SK Smíchov
Tim nazzjonali
1926–1938Ċekoslovakkja
Timijiet ikkowċjati
1943–1944SK Nusle
1945–1946Čechie Karlín

Karriera

immodifika

Imrawwam fil-futbol ma' Čechie Smíchov u SK Smíchov, Puč qatta' l-maġġoranza tal-karriera tiegħu ma' Slavia Prague wara li kien ingħaqad magħhom ta' tmintax-il sena. Ma' Slavia Prague lagħab madwar 491 logħba (146 fil-kampjonat) u skorja 437 gowl (123 fil-kampjonat).[1] Għal darbtejn spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat, fl-1927 u fl-1929.

Bejn l-1926 u l-1939 lagħab mat-tim nazzjonali taċ-Ċekoslovakkja u ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1934 u l-1938. Fl-edizzjoni tal-1934 skorja żewġ gowls, b'wieħed minnhom ikun il-gowl tal-vantaġġ fil-finali kontra l-Italja li ċ-Ċekoslovakki tilfu 2–1.[2] Puč hu kkunsidrat fost l-aqwa plejers taċ-Ċekoslovakkja ta' dak il-perjodu u l-35 gowl f'61 logħba mat-tim nazzjonali jagħmluh l-aqwa skorer ta' kull żmien. Mal-qasma tal-pajjiż fir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja, Jan Koller qabeż ir-rekord tiegħu fl-2005.[3]

Slavia Prague
  • I. liga: 1928–29, 1929–30, 1930–31, 1932–33, 1933–34, 1934–35, 1936–37
  • Tazza Mitropa: 1938

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Hráčské legendy" . SK Slavia Prague. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-06-19.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  2. ^ "1934 FIFA World Cup Italy™: Italy - Czechoslovakia" (bl-Ingliż). FIFA.
  3. ^ "Sports News" (bl-Ingliż). Radio Prague International. 2005-06-06.

Ħoloq esterni

immodifika