Żona Kulturali ta' Ḥimā
Iż-Żona Kulturali ta' Ḥimā jew Bir Hima (bl-Għarbi: بئر حما) hija sit tal-arti fuq il-blat fil-provinċja ta' Najran, fil-Lbiċ tal-Arabja Sawdija, madwar 200 kilometru (120 mil) fit-Tramuntana tal-belt ta' Najran. Is-sit ta' Bir Hima huwa sit Neolitiku u Paleolitiku tal-qedem u jkopri l-perjodu mis-7000 sal-1000 Q.K. Bir Hima fih bosta rdumijiet simili għal oħrajn fit-Tramuntana tal-Arabja u fil-Jemen.[1]
Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Lulju 2021.[2][3]
Storja
immodifikaFl-istorja tal-qedem, l-okkupazzjoni umana ta' dan il-ħabitat ġiet akkreditata li kienet dovuta għar-riżorsi b'organiżmi selvaġġi, ilma u l-ġebla tal-ġir. L-arti fuq il-blat tal-Arabja Sawdija, li ġiet apprezzata ferm f'dawn l-aħħar snin, titqies fost l-iżjed rikka fid-dinja flimkien ma' eżempji oħra li nstabu fl-Awstralja, fl-Indja u fl-Afrika t'Isfel. L-inħawi ġew esplorati mill-ispedizzjoni ta' Philby-Ryckmans-Lippen tal-1951 u s-sejbiet ġew ippubblikati minn E. Anati (1969-1972). Imbagħad ġie nnotat li x-xbihat fuq il-blat ġew imnaqqxa b'kontorn fil-formazzjonijiet tal-ġebel ramli, li jmorru lura għat-300-200 Q.K.[4] Il-wirt rikk ta' petroglifiċi ġibed l-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Antikitajiet tal-Arabja Sawdija wara l-1976 biss, meta ġew investigati Jubba u siti oħra. Wieħed mill-membri tal-ispedizzjoni li kien qed jinvestiga din l-arti sab sit fil-Punent tal-bjar tal-qedem ta' Bir Hima fejn irreġistra 250 xbieha.
Sejbiet
immodifikaBir Hima huwa sit Paleolitiku u Neolitiku tal-qedem jinsab fit-Tramuntana ta' Najran u huwa kkategorizzat bħala sit tal-Paleolitiku Inferjuri jew Oldowan. Apparti l-petroglifiċi, hawnhekk instabu wkoll għodod tat-tinqix tal-arti (għodod biċ-ċagħaq u tipi ta' invellijiet), magħmula minn materjali bħall-kwarzit, l-andesit u ż-żnied.[5] Milli jidher ix-xbihat tnaqqxu anke bl-għodod tal-bronż. Il-petroglifiċi li ġew innutati, meta nstabu inizjalment fis-snin 50 tas-seklu 20, kienu jinkludu sejfijiet u xwabel, qwies u vleġeġ b'ponot trasversali, xwabel b'għamla ta' minġell u lanez. Dawn ix-xbihat ġew interpretati bħala simboliċi tal-animiżmu spiritwali.
Bir Hima, bħala parti minn Najran, hija teżor ta' petroglifiċi, eklissata biss minn dawk li nstabu fir-reġjun ta' Jubba. Hawnhekk ġew identifikat 100 sit. Fl-inħawi ta' Najran, instabu saħansitra 6,400 illustrazzjoni ta' bnedmin u ta' annimali, li jinkludu iktar minn 1,800 ġemel u 1,300 bniedem. F'dan is-sit importanti tal-arti fuq il-blat, apparti mix-xbihat ta' bnedmin, ġiraffi u annimali oħra, ġew irreġistrati wkoll tinqixiet tas-seklu 6 ta' Dhu Nuwas, re Ħimarit li kien okkupa lil Najran. Għadd ta' frammenti b'iġmla artikolati ġew skavati fis-sit 217-44.[6] Filwaqt li t-tinqix x'aktarx li jmur lura iktar minn dak tax-Xbieha tal-Kaċċaturi, il-ġellied ta' Bir Hima, armat bil-qaws, huwa kważi identiku għall-irġiel tax-Xbieha tal-Kaċċaturi. Instabu wkoll eluf ta' kitbiet imnaqqxa, b'diversi kalligrafiji, inkluż l-alfabett ta' al-Musmad, l-Aramajk-Nabatjan, l-alfabett tan-Nofsinhar tal-Arabja, il-Grieg u l-kalligrafija Iżlamika.[7]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIż-Żona Kulturali ta' Ḥimā ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[3]
Referenzi
immodifika- ^ Ember, Melvin; Peregrine, Peter Neal, eds. (2002). "South and Southwest Asia". Encyclopedia of Prehistory. Vol. 8 (1 ed.). Springer. p. 257. ISBN 978-0-306-46262-7.
- ^ "Hima Cultural Area in Saudi Arabia inscribed on UNESCO World Heritage Site list - Xinhua | English.news.cn". www.xinhuanet.com. Miġbur 2023-11-01.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Ḥimā Cultural Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-01.
- ^ Nayeem, M. A. (2000). The rock art of Arabia: Saudi Arabia, Oman, Qatar, the Emirates & Yemen. Hyderabad Publishers. p. 231. ISBN 978-81-85492-09-4.
- ^ "Introduction to Saudi Arabia Rock Art and Petroglyphs". Ancient cultures.info. pp. 30–37.
- ^ Clutton-Brock, Juliet (26 July 1990). The Walking Larder: Patterns of Domestication, Pastoralism, and Predation. Unwin Hyman. p. 148. ISBN 978-0-04-445900-2.
- ^ Rice, Michael (2006). Swifter than the arrow: the golden hunting hounds of ancient Egypt. I.B.Tauris. pp. 25, 30, 85. ISBN 978-1-84511-116-8.