Zijad Švrakić

(Rindirizzat minn Ziya Yildiz)

Zijad Švrakić (twield fil-21 ta' Settembru 1960), magħruf ukoll bħala Ziya Yildiz, huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Bożnijaku. Huwa lagħab għal FK Sarajevo li rebaħ il-kampjonat Jugożlav fl-1985. Huwa qatta' seba' snin fit-Turkija jilgħab għal Adana Demirspor, Galatasaray, Ankaragücü u Karsiyaka, qabel ma' mar Malta fejn lagħab għal Rabat Ajax.[1]

Zijad Švrakić (Ziya Yildiz)
Informazzjoni personali
Isem sħiħZijad Švrakić
Twelid21 ta' Settembru 1960 (1960-09-21) (64 sena)
SarajevoJugożlavja
Tul1.76 m
RwolMidfilder offensiv
Mixtliet
1970–1979FK Sarajevo
Karriera professjonali
SninKlabb
1979–1987FK Sarajevo
1987–1989Adana Demirspor
1989–1990Galatasaray
1990–1991Ankaragücü
1991–1994Karşıyaka
1994–2001Rabat Ajax
Timijiet ikkowċjati
1994–2001Rabat Ajax
2002–2004Floriana
2004–2006FK Sarajevo (taħt it-18)
2006–2010Al Jahra
2010–2011Al Salmiya
2012–2013Al-Seeb
2014–2015Sur SC
2016–2017FK Sarajevo (assistent)
2017FK Sarajevo
2020Unis

Wara li rtira mill-futbol professjonali sar kowċ ta' Floriana FC,[2][3] u wara mar lura f'pajjiżu fejn mexxa l-akkademja taż-żgħażagħ ta' FK Sarajevo. Fl-2006 inħatar manager ta' Al Jahra fil-Kuwajt u fl-2010 ta' Al Salmiya fl-Oman.[4]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Rabat Ajax-Red Star Belgrade" (bl-Ingliż). Malta Today. 2001-06-30.
  2. ^ Azzopardi, Kevin (2002-09-25). "Yildiz makes his mark" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2014-06-09.
  3. ^ "Floriana still in form" (bl-Ingliż). UEFA. 2010-06-30.
  4. ^ "Salmiya have appointed Zijad Svrakic" (bl-Ingliż). World Coach. 2010-06-30.