Yıldıray Baştürk
Yıldıray Baştürk (twieled fl-24 ta' Diċembru 1978) huwa eks-plejer tal-futbol Tork, imwieled Ġermaniż.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 24 ta' Diċembru 1978 Herne, Ġermanja | ||
Tul | 1.68 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
1986–1987 | Wanne-Eickel | ||
1987–1996 | Wattenscheid 09 | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1996–1997 | Wattenscheid 09 | ||
1997–2001 | Bochum | ||
2001–2004 | Bayer Leverkusen | ||
2004–2007 | Hertha BSC | ||
2007–2010 | Stuttgart | ||
2010 | Blackburn Rovers | ||
Tim nazzjonali | |||
1998–2008 | Turkija |
Karriera
immodifikaKlabb
immodifikaIben ta' minatur, Baştürk beda l-karriera fid-dixxiplina tal-futbol ma' Sportfreunde Wanne-Eickel. Bħala żagħżugħ, Baştürk lagħab ma' Wattenscheid 09 waqt li d-debutt fl-ogħla diviżjoni Ġermaniża wasal mar-rivali tal-belt VfL Bochum, fejn magħhom lagħab fit-Tazza UEFA. Ma' Bayer Leverkusen, li kien ingħaqad magħhom fl-2001, gawda minn aktar suċċess. Baştürk u Leverkusen spiċċaw it-tieni fil-kampjonat Ġermaniż waqt li tilfu l-finali tat-Tazza Ġermaniża u l-finali tal-UEFA Champions League 2002.
F'Lulju tal-2004 hu ngħaqad ma' Hertha BSC fejn baqa' magħhom sal-2007 sakemm il-kuntratt tiegħu mal-klabb skada. Fit-28 ta' Mejju, 2007, Baştürk issieħeb maċ-ċampjins Ġermaniżi ta' VfB Stuttgart.
Nhar is-27 ta' Lulju, 2010, ġie mħabbar li Baştürk qabel li jingħaqad mat-tim ta' Blackburn Rovers mingħand Stuttgart f'kuntratt sa tmiem l-istaġun,[1] wara li l-kuntratt tiegħu ma' Stuttgart ġie mħassar.[2] Baştürk iddebutta mill-ewwel minuta fil-konfront kontra Wolverhampton Wanderers tal-24 ta' April, 2010. Madanakollu, din kellha tkun l-ewwel u l-aħħar dehra tiegħu mal-klabb hekk kif fl-aħħar tal-istaġun, hekk kif il-kuntratt tiegħu kien skada, hu ma ġiex offrut estensjoni tal-kuntratt mar-Rovers.
Internazzjonali
immodifikaHu ddebutta mat-tim nazzjonali fl-1998, fejn kien parti mill-iskwadra Torka li spiċċat it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 2002. Wara li tħalla barra mil-lista ta' 23 plejer għall-Kampjonati Ewropej 2008, hu stqarr li ma kienx se jilgħab aktar mat-tim nazzjonali sakemm jibqa' kowċ Fatih Terim.[3]
Referenzi
immodifika- ^ "Rovers complete Basturk deal" (bl-Ingliż). Blackburn Rovers FC. 2010-01-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-10. Miġbur 2010-01-27.
- ^ "Bastürk to Blackburn" (bl-Ingliż). VfB Stuttgart. 2010-01-27. Miġbur 2010-01-27.
- ^ "Basturk vows never to play against under Terim" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. 2008-06-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-05. Miġbur 2008-06-08.
Ħoloq esterni
immodifika- (DE, TR) Sit uffiċjali
- (DE) Leverkusen who's who
- (DE) Yıldıray Baştürk fuq fussballdaten.de
- Yıldıray Baştürk – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)