Wikipedija:Pjazza/Arkivju 2009


Kliem Malti fl-interfaċċja

Xi kliem li ġie mgħażul jolqotni ftit stramb:

  • iġded: (oppost ta' eqdem)[1]) - forsi verżjoni aktar ġdida
  • filtri: minkejja li dil-kelma tintuża ftakart wkoll fil-kelma għarbiel. Hemm xi varjazzjoni tal-kelma li tista tintuża?

rajt xi tnejn oħra li mhux qd jiġuni f'moħħi issa.--Joelemaltais 14:03, 3 Jannar 2009 (UTC)[wieġeb]

Fil-fehma tiegħi kemm iġded u anki filtri narahom jaqblu. Din hi biss opinjoni. Nara li l-kelma għarbiel hi kelma li ma tantx naraha li hi kwalifikata biżżejjed biex tintuża' f'termini "teknoloġiċi" u "informatiċi", għax pjuttost hi kelma li naraha bħala waħda li kienet użata fi żmien meta l-Malti kien għadu ma ġietx effetwat mill-bilingwiżmu. Ma rridx ngħid li m'għandniex nużaw għarbiel, anqas xejn... però nara filtru daqxejn aħjar għall-każi tal-wiki. Chrisportelli (d) 06:53, 4 Jannar 2009 (UTC)[wieġeb]

Jien naqbel ma' Chris, ma nara xejn ħażin jew stramb f iġded u filtri. Jekk nużaw aktar ġdida nkunu qed infaqqru l-lingua. Filtru tintuża per eżempju għal parti minn magna ta' karozza.

Leli Forte 21:18, 4 Jannar 2009 (UTC)[wieġeb]

Fuq Filtri ..tajjeb, naqbel li aċċettabli - aktar kient mistoqsija għal-possibiltà oħra. Però iġded qatt u vera qatt ma smajtha. Mindaqshekk jidher li tintuża  :)) --Joelemaltais 21:40, 4 Jannar 2009 (UTC)[wieġeb]

Stub

X'taħsbu fuq xi ħaġa hekk minflok stub'?


Leli Forte 23:12, 6 Jannar 2009 (UTC)[wieġeb]

Ideat oriġinali. Fil-fehma tiegħi kelma minflok stub tista' tkun jew abbozz jew bdejju. Nibbieta ma tantx naraha bħala kelma li kapaċi tkopri l-għan ta' stub. Chrisportelli (d) 05:44, 7 Jannar 2009 (UTC)[wieġeb]

Ma narax għalfejn għandna noħolqu kliem diffiċli meta frażi sempliċi bħal "Dan l-artiklu għadu fil-bidu u għaldaqstant inti mħeġġeġ tiżviluppah" tgħaddi l-informazzjoni kollha. Wara kollox il-metafora ta' "stub" mhemmx bżonn kruċjali nittrasferuha għall-Malti. --Rmjd 00:15, 10 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Naf li forsi li tgħid li artiklu għadu fil-bidu hu aktar faċli milli tuża' kliem bħal bdejju, nibbieta. Però, minkejja li naqbel li forsi nużaw dak li pproponejt, fil-mudell minflok "Dan l-artiklu hu stub", jien nara li bħala ħolqa għall-artiklu dan għandu jkun lejn xi terminoloġija speċifika (eż. stub). –Chrisportelli (d) 06:00, 10 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Jekk "nibbieta" hi kelma diffiċli fejn se jibqa' l-Malti! "Bdejju" hi sempliċiment diminuttiv ta' bidu. B'dan l-argument lanqas għandna bżonn tal-kelma "raġel" għax nistgħu nużaw il-frażi "bniedem ta' sess maskili". Jekk fil-Malti dejjem nużaw frażi jew kelma Ingliża bħal "stub" il-vokabolarju qatt ma jikber u nibqgħu fejn aħna. Ejjew inkunu iżjed oriġinali u nippruvaw inwessgħu il-vokabolarju. Kelma tidher stramba sakemm tindara!

Leli Forte 21:00, 10 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Mela, l-ewwel nett jien qatt m'għidt li m'inix favur in-neoloġiżmi u bl-ebda mod ma nixtieq li nissellfu kelma b'mod sfaċċat mill-Ingliż kull meta niġu dahrna mal-ħajt. Anzi l-Malti għandu bżonn ħafna x'jivvinta għaliex bir-rata ta' self li għaddejjin biha ma nafx fejn ser naslu. Apparti dan, naħseb li "abbozz" hija ħafna aħjar minn "bdejju" jew "nibbiet", ma narax għalfejn kelma bħal dik għandha tibqa' assoċjata mal-qasam legali biss. Huwa veru wkoll li forsi ed nitħajjar minn "abbozzo" u "ebauche",iżda bħala kelma tolqotni aktar. Jekk għal "stub" (li timplika bidu) it-traduzzjoni bla kantunieri "bidu" tinstema' mhux kreattiva, mela nissuġġerixxi l-kelma "abbozz". Jekk tiġini xi illuminazzjoni oħra ngħarrafkom biha.
--Rmjd 23:07, 10 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Għażież Rmjd, kellna ħafna diskussjonijiet fuq dan is-suġġett, ħu paċenzja u qalleb naqra l-Arkivju tal-Pjazza. "Abbozz" ma togħġobniex għax tagħti l-impressjoni ta' ċertu ippanjar li mhux veru għall-maġġoranza tal-istubs. "Bdejju" ispirata mill-Olandiż "Bigintje" li tfisser "bidu żgħir" jew "bdejju"!

Nifraħlek għall-artikli tiegħek u nawguralek

Leli Forte 23:30, 10 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Betawiki update

Darkice bot requesting bot flag

Hi there. I would like to request a bot flag here on the mt.wikipedia because my bot has already made close to 100 edits here and I would like to continue my bots' services here. Thanks, Razorflame 22:02, 15 Frar 2009 (UTC)[wieġeb]

  Bot status granted. Congratulations!

Arkivji tal-pjazza

Nissuġġerixxi li l-materjal li jkun fil-pjazza nitfgħuh fl-arkivju kull erba' - sitt xhur minflok kull xhar inkella l-pjazza tkun dejjem vojta!
Leli Forte 09:31, 16 Frar 2009 (UTC)[wieġeb]

Kien hemm diġà qabel diskussjoni rigward l-arkivji tal-pjazza, u r-rigward li l-pjazza tagħna tispiċċa vojta wkoll kien ta' rigward għalija. Għalissa se nħallu s-sistema attwali kif inhi, u minn hawn u ftit ieħor nerġgħu nirrevedu din id-diskussjoni. Grazzi tal-interess. Chrisportelli (d) 05:10, 18 Frar 2009 (UTC)[wieġeb]

Mudell:Pittura

Xtaqt ninkludi stampa tal-Mona Liża fuq il-paġna li għadni kemm ħloqt iżda ma stajtx insib il-format tajjeb biex nohloqa skont il Mudell. Jista' xi ħadd jgħinnu jekk jogħġobkom? Grazzi.--Rmjd 20:45, 6 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Tista' tuża' Mudell:Infobox Pittura. –Chrisportelli (d) 21:24, 6 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

U nixtieq insaqsi wkoll jekk teżistix infobox Maltija bħalma hawn f'din il-paġna jekk jogħġobkom http://en.wikipedia.org/wiki/Penny_black ?--Rmjd 23:32, 10 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Attwalment fuq il-wiki Maltija ma jeżisti ebda mudell għall-bolol. Nipprova naħdem fuq mudell għaliha. –Chrisportelli (d) 06:05, 11 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Grazzi :) --Rmjd 12:06, 11 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Fl-infobox tal-Pittura mhumiex qegħdin jiġu jidhru l-istampi, jista' xi ħadd jekk jogħġbu jiċċekkja? Grazzi.--Rmjd 18:37, 12 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Suġġeriment għal Anteprima

Nixtieq nissuġġerixxi bħala sostitut għall-kelma "Anteprima" u minflok nużaw "Dehra proviżorja". Ma nafx jekk hix l-aqwa sotitut tagħha, imma dik l-iktar li ġiet f'moħħi. –Chrisportelli (d) 06:12, 19 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Kollox aħjar minn "anteprima". Però jien nippreferi xi ħaġa iżjed sempliċi, bħal "Ara kif se tidher".Leli Forte 11:13, 19 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]
Anki lili din it-traduzzjoni li semmejt int nippreferiha aktar. Billi għandi d-drittijiet ta' amministratur nista' nimmodifika dawn il-buttuni, imma ma nafx jekk dan huwiex il-ħin opportun biex nibdel dawn il-frażijiet mingħajr ebda kunsens. Dan japplika wkoll fir-rigward tal-kelma 'issejvja' li minflokha nistgħu nużaw 'salva'. –Chrisportelli (d) 11:20, 19 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Chris,
Jien naħseb li tista' tibdilhom. Jekk ikun hemm reazzjoni ħażina ħafna, li niddubita, tista' tibdilhom lura. Forsi tista' tikkunsidra wkoll minflok "Issejva l-paġna", "Erfa' t-tibdiliet" jew "ippublika" (bħall-verżjoni Franċiża), u minflok "Uri t-tibdiliet", "Ara t-tibdiliet".
Imma nħalli f'idejk.
Awguri
Leli Forte 09:47, 23 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Jien bi ħsiebni li nipprova nimplimenta dawn it-tibdiliet għal xi jiem u naraw kif se mmorru bihom. Mhux se ndumu xi żmien twil, imma dawn il-ftit jiem għandhom iservuna biex naraw liema minn dawn il-frażijiet il-veru jiddeskrivu l-funzjoni rispettiva:
Issejvja l-paġna — Salva l-paġna jew Erfa' t-tibdiliet
Uri anteprima — Dehra proviżorja jew Uri kif se tidher
Uri t-tibdiliet — Uri t-tibdil jew il-verżjoni kurrenti
Araw suġġerimenti oħra għal termini oħra fil-Pjazza ta' Settembru 2008. –Chrisportelli (d) 16:16, 23 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Ittra fil-Malta Independent

Din l-ittra dehret fil-Malta Independent nhar is-sibt 21 ta' Marzu 2009. Ninkuraġġixxi l-kontributuri jiktbu ittri bħalha f'gazzetti oħra.

Leli Forte 09:38, 23 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Wikipedia in Maltese



I would like to bring to the attention of your readers the existence of a version of Wikipedia (Wikipedija) in Maltese. It can be found at http://mt.wikipedia.org.

This is of course not very well developed and new contributions would be appreciated. There are many retired teachers and professional people with a reasonable knowledge of Maltese and basic word processing who would find it very interesting and rewarding to write new articles or translate articles from Wikipedias in other languages. One must remember that this is not an encyclopedia about Malta but an encyclopedia in Maltese.

Extending the "Wikipedija" helps to develop and preserve our language.

E. Forte
Sliema

Hija l-veru inizzjattiva tajba li din l-enċiklopedija ġiet esponuta fl-istampa. Għandna nħeġġu biex aktar utenti jżuru din l-enċiklopedija, għax naħseb huwa numru żgħir ta' nies li jafu bil-Wiki Maltija, ikkumparat ma' dawk il-Maltin li jużaw il-Wikipedija in ġenerali (jiġifieri dik Ingliża). Proset mill-ġdid tal-inizzjattiva. Kieku kienet ħaġa tajba li kieku jkollna kopja ta' dan l-artiklu qsajjar (speċi ta' fotokopja tal-artiklu fil-gazzetta), però din tista' tiġi aċċessata fuq is-sit elettroniku tal-Malta Independent[2]Chrisportelli (d) 15:39, 23 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Vetrina

L-ewwel nett jiddispjaċini ħafna li ili daqshekk ma nersaq l'hawn - mhux b'nuqqas ta rieda iżda minħabba piż/risponsabbiltà kbir/a fuq xogħol li dħalt għaliħ mis-sajf l'hawn. Fi-Frar, Chris f'email privata, kien issuġerixxa li nibdew b'"Vetrina" tal-Wikipedija Maltija fil-paġna prinċipali bħala verżjoni Maltija tal-"Featured article" tal-wiki Ingliża. Il-ħsieb tiegħu kien li permezz tal-vetrina ninkoraġġixxu aktar il-kontribuzzjoni fuq din il-wiki. Hemm ħafna artikli li vera jispikkaw .. l'aħħar wieħed li laqatni sew hu dak fuq Charles Darwin. Wkoll minħabba li l-2009 hi sena li tfakkar lil-Charles Darwin tgħamel sens li nibdew biħ. Bill Chris u Leli biss huma preżenti attwalment ma jidhirlix li hemm bžonn ta'proċess formali biex ngħażlu l'ewwel artiklu. Sakemm niġu biex nibdluħ forsi insibu sistema foramli. X'taħsbu?--Joelemaltais 20:08, 2 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Minkejja li ħafna drabi insistejna lkoll li għandna noqogħdu lura milli nimplimentaw il-vetrina minħabba nuqqas ta' artikli ta' kwalità, personalment naħseb li issa wasal iż-żmien li nagħtu bidu għal din is-sistema l-ġdida ta' klassifikazzjoni ta' artikli. L-artikli fuq din il-wiki żdiedu u anki l-livell tal-edituri tagħhom żdied mhux ħażin. Il-biċċa l-kbira tal-artikli huma miktubin b'Malti tajjeb u huma pjaċevoli biex jinqraw. L-uniku ħaġa li għad baqa' hu li matul din il-ġimgħa nagħmlu l-hekk imsejħa peer review u naraw kif nistgħu ntejbu aħjar l-artiklu ta' Charles Darwin. It-tibdil li nagħmlu f'din il-paġna hi ħaġa tajba li nniżluwhom fuq il-paġna ta' diskussjoni tal-istess artiklu. Jien għalija dan l-artiklu propost hu wieħed mill-aqwa artikli li għandna fuq din il-wiki, u hu miktub minn editur li permezz tal-modifiki tiegħu żewwaq il-Wikipedija Maltija. Nistgħu nibdew din il-ħidma. —Chrisportelli (d) 04:48, 3 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Referenzi

Jeżistu jekk jogħġobkom xi linji gwida dwar kif tagħmel ir-referenzi bil-Malti?--Rmjd (d) 19:55, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

X'jiġifieri eżattament? Kif tikteb ir-referenzi bil-Malti? —Chrisportelli (d) 20:02, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Iva l-ordni tar-referenza eżempju f'tal-Ingliż rajt li perkażu jagħmlu "author=", "isbn=", "date_of_issue=" kollha f'ċertu ordni partikolari fir-reference tag.--Rmjd (d) 20:07, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Fuq din il-wiki, minn mindu bdew jintużaw ir-referenzi, adottajna l-istess bħall-wiki Ingliża. Dan għamilnieh bl-użu ta' mudelli bħal {{ċita web}} u {{ċita aħbar}}. Nispera li rrispondejtek.. —Chrisportelli (d) 20:24, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Bot policy

Hello. To facilitate steward granting of bot access, I suggest implementing the standard bot policy on this wiki. In particular, this policy allows stewards to automatically flag known interlanguage linking bots (if this page says that is acceptable), which form the vast majority of such requests. The policy also enables global bots on this wiki (if this page says that is acceptable), which are trusted bots that will be given bot access on every wiki that allows global bots.

This policy makes bot access requesting much easier for local users, operators, and stewards. To implement it we only need to create a redirect to this page from Project:Bot policy, and add a line at the top noting that it is used here. Please read the text at m:Bot policy before commenting. If you object, please say so; I hope to implement in one week if there is no objection, since it is particularly written to streamline bot requests on wikis with little or no community interested in bot access requests. Rubin16 (d) 11:27, 1 Ġunju 2009 (UTC)[wieġeb]

Termini ġodda

Naħseb li ilu li għadda ż-żmien biex nibdew naraw xi termini sinonimi mal-wiki u nibdluhom għal ekwivalenti tagħhom bil-Malti. Tnejn minnhom li bħalissa qed jiġu ġo rasi huma huma stub (minflokha jew nużaw "abbozz" jew "bdejju"), infobox (nużaw sempliċement "tabella"). Nixtieq il-fehma tagħkom fuq dawn il-kliem u fuq oħrajn ;) —Chrisportelli (d) 13:54, 21 Lulju 2009 (UTC)[wieġeb]

Mudell: Kumpanija

L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lilkom ilkoll tal-appoġġ li urejtuni, għalkemm għadni pjuttost ġdid għall-Wikipedija :)

Xtaqt nara jekk preżentament jeżistix xi mudell għal kumpanija, peress li qed naħdem fuq artiklu dwar il-kumpanija Microsoft. Grazzi. --Jmasini (d) 14:13, 11 Settembru 2009 (UTC)[wieġeb]

Attwalment ma jeżisti l-ebda mudell. Però tista' toħloq wieħed billi tikkopja l-kodiċi ta' fuq Template:Infobox Company u tittraduċieh fil-mudell Infobox Kumpanija. —Chrisportelli (d) 14:26, 11 Settembru 2009 (UTC)[wieġeb]

The LocalisationUpdate extension has gone live

The LocalisationUpdate extension is now enabled for all Wikimedia projects. From now on new localisations that become available in SVN will become available to your project within 24 hours. Your localisations get into SVN from translatewiki.net typically within a day and at worst in two days. This is a huge improvement from the old practice where the localisations became available with new software. This could take weeks, even months.

The localisations done by our community at translatewiki.net are committed to SVN typically every day. When the system messages in English are the same as the local messages, they will now be inserted in a file and are available for use in all our projects in a timely manner

What this means for you

Local messages have an impact on the performance of our system. It is best when messages are as much as possible part of the system messages. In order to remove unnecessary duplication, all the messages that have a local localisation and are exactly the same as the system message will be removed. What we ask you to do is to compare and proof read the messages in translatewiki.net and the local messages. You can then either remove local messages when the translatewiki.net message is to be preferred or, you can update the message at translatewiki.net.

Messages that are specific to your project will have to stay as they are. You do want to check if the format and the variables of the message are still the same.

Why localise at translatewiki.net

When you localise at translatewiki.net, your messages will be used in all Wikimedia projects and eventually in all MediaWiki based projects. This is how we provide the standard support for your language. When messages change, at translatewiki.net you will be prompted to revisit your translations. Localising is more efficient because we have innovated the process to make you more efficient; there is text explaining about messages and we have applied AJAX technology to reduce the number of clicks you have to make.

Translatewiki.net update

How can we improve the usability for your language

We expect that with the implementation of LocalisationUpdate the usability of MediaWiki for your language will improve. We are now ready to look at other aspects of usability for your language as well. There are two questions we would like you to answer: Are there issues with the new functionality of the Usability Initiative Does MediaWiki support your language properly

The best way to answer the first question is to visit the translatewiki.net. Change the language to your language, select the “vector” skin and add the advanced tool bar in in the preferences and check out the new functionality. And make some changes in your user page. When there is a need to improve on the localisation, please make the necessary changess . It should update your localisation straight away. We would like you to report each issue individually at http://meta.wikimedia.org/wiki/Usability_issues.

When there are problems with the support of MediaWiki for your language, we really want to know about this. It is best to report each issue separately. In this way there will be no large mass of issues to resolve but we can address each issue on its own. Consider issues with the display of characters, the presentation of your script, the position of the side bar, the combination of text with other languages, scripts. It is best to try this in an environment like the prototype wiki as it provides you with a clean, basic and up to date environment. The prototype wiki is available for five languages but you can select any of them, change the preferences to your language and test out MediaWiki for your language.

We would like you to report each issue individually at http://meta.wikimedia.org/wiki/Language_issues. The issues you raise will all be assessed. It is important to keep each issue separate, because this will make it easier to understand the issues and find solutions.

PS This text has been approved by Naoko, Brion and Siebrand. Thanks, GerardM (d) 12:27, 30 Settembru 2009 (UTC)[wieġeb]

Sessiżmu

Ma naqblix mal-istampa sessista li tqegħdet bħala "Stampa tal-ġurnata" tal-5 ta' Ottubru 2009.

"Marietta Galizia (d) 13:45, 5 Ottubru 2009 (UTC)"[wieġeb]

Għażiża Marietta Galizia, l-ewwel nett merħba fil-Wikipedija. Fuq l-istampa, minkejja li l-opinjoni fuq l-istampa hi waħda suġġettiva, id-deċiżjoni ma ssirx mill-Wikipedija Maltija. Fuq il-proġett Wikimedia Commons tintgħażel stampa tal-ġurnata u aħna ndaħħluha. Huma l-utenti li jivvutaw fin-nominazzjoni ta' dik l-istampa li jiddeċiedu fuq jekk għandhiex tidher bħala stampa tal-ġurnata jew le. —Chrisportelli (d) 19:21, 5 Ottubru 2009 (UTC)[wieġeb]

Ismijiet barranin

Li kont minnek Chris, Guglielmo Roentgen (fl-Almanakk) inħalliħ Wilhelm Röntgen (jew Wilhelm Conrad Röntgen). Il-prinċipji u l'argumenti f'WP:UE jidhirli li japplikaw hawn ukoll. Prosit tax-xogħol kollu li qed tagħmel :)) --Joelemaltais (d) 01:13, 8 Novembru 2009 (UTC)[wieġeb]

  SarChrisportelli (d) 07:08, 8 Novembru 2009 (UTC)[wieġeb]

Small request

Hello! I am a Polish wikipedian and I would like to ask you for your help - writing a new article about former Polish President who won the Nobel Peace Prize in 1983 – Lech Wałęsa. I have looked for his biography in your Wikipedia but without success. Polish Wikipedians will be grateful for your help. Thank you so much in advance! PS you can find the English version of the article here. Best wishes from Poland, Patrol110 (d) 15:36, 8 Novembru 2009 (UTC)[wieġeb]