UE Sant Julià
Sant Julià huwa klabb tal-futbol mill-Andorra ibbażat fil-villaġġ Aixovall fil-parroċċa ta' Sant Julià de Lòria.
Isem sħiħ | Unió Esportiva Sant Julià | ||
---|---|---|---|
Fundazzjoni | 1982 | ||
Grawnd | Grawnd DEVK, Santa Coloma | ||
President | Albert Carnice (en) | ||
Kowċ | Paco Montesinos (en) | ||
Kampjonat | Primera Divisió | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Storja
immodifikaIl-klabb rebaħ il-kampjonat tal-Andorra fi tlett staġuni: 2004–05,2005–06 u 2007–08. Il-klabb għandu deher ukoll fil-kompetizzjonijiet Ewropej diversi drabi. Fl-istaġun 2000–01 kienu eliminati fl-ewwel rawnd tal-Intertoto Cup mill-tim Żvizzeru, Lausanne (aggregat 1–9). Huma wkoll ħadu sehem fl-Intertoto Cup fl-istaġun 2002–03 u ġew dro f'darhom kontra Coleraine FC mill-Irlanda ta' Fuq, iżda barra minn darhom tilfu 5-0 u ġew eliminati mill-kompetizzjoni. Huma sofrew telfa ta' 8-0 f'darhom fl-istaġun 2004–05 tal-Intertoto Cup kontra team Serb, FK Smederevo u tilfu 3-0 fis-Serbja. Fl-ewwel rawnd tal-kwalifiki għall-UEFA Cup 2005-06 tilfu tim Rumen, Rapid Bucureşti (aggregat 0–10). Fl-ewwel rawnd tal-Intertoto Cup 2006–07 huma tilfu ma NK Maribor mis-Slovenja (aggregat 0–8). Fl-ewwel rawnd tal-Intertoto Cup 2007–08 tilfu ma skwadra Bosnijaċa FK Slavija 3–2 fl-Andorra u 3–2 ukoll fil-Bosnja u Ħerzegovina (aggregat 4–6). Sant Julià ffaċċjaw lil-PFC Cherno More Varna tal-Bulgarija fl-ewwel rawnd ta 'kwalifiki tal-UEFA Cup 2008–09. Huma tilfu 0–9 bl-aggregat. Fl-istaġun 2009–10, Sant Julia għal darb'oħra ffaċċjaw l-avversarju Bulgaru, din id-darba għall-kwalifiki tal-UEFA Champions League – PFC Levski Sofia. Qabel ma ltaqu maċ-ċampjins Bulgari, Sant Julia eliminaw lil Tre Fiori tas-San Marino wara li ż-żewġ logħbiet spiċċaw 1:1, u mbagħad rebħu bl-għoti tal-penalties. Din kienet l-ewwel eliminazzjoni fil-kompetizzjonijiet Ewropej fl-istorja tal-futbol fl-Andorra. Il-ħolm tagħhom intemm wara telfa ta' 4:0 minn Sofia. It-tim xorta lagħab tajjeb u rnexxielu jiddefendi l-lasta għall-49 minuta kontra ċ-ċampjins Bulgari.
Unuri
immodifika2004–05, 2008–09
2007–08, 2009–10, 2010–11
2004, 2009, 2010, 2011
Parteċipazzjoni fl-Ewropa
immodifikaMinn Lulju, 2011.
- K=Kwalifiki
UEFA Intertoto Cup
immodifikaStaġun | Rawnd | Naz | Klabb | Home | Away | Aggregat |
---|---|---|---|---|---|---|
2001 | 1 | Lausanne Sports | 1–3 | 0–6 | 1–9 | |
2002 | 1 | Coleraine FC | 2–2 | 0–5 | 2–7 | |
2004 | 1 | FK Smederevo | 0–8 | 0–3 | 0–11 | |
2006 | 1 | NK Maribor | 0–3 | 0–5 | 0–8 | |
2007 | 1 | Slavija Istočno Sarajevo | 2–3 | 2–3 | 4–6 |
UEFA Cup/Europa League
immodifikaStaġun | Rawnd | Naz | Klabb | Home | Away | Aggregat |
---|---|---|---|---|---|---|
2005–06 | K1 | Rapid Bucureşti | 0–5 | 0–5 | 0–10 | |
2008–09 | K1 | Cherno More Varna | 0–5 | 0–4 | 0–9 | |
2010–11 | K2 | MYPA | 0–3 | 0–5 | 0–8 | |
2011–12 | K2 | Bnei Yehuda | 0–2 | 0–2 | 0–4 |
UEFA Champions League
immodifikaStaġun | Rawnd | Naz | Klabb | Home | Away | Aggregat |
---|---|---|---|---|---|---|
2009–10 | K1 | SP Tre Fiori | 1–1 | 1–1 | 2–2 (5–4 p) | |
K2 | PFC Levski Sofia | 0–5 | 0–4 | 0–9 |