Torri tal-Kaptan
It-Torri tal-Kaptan (magħruf ukoll bħala Captain's Tower) huwa torri fin-Naxxar, Malta. Inbena xi żmien wara l-1548 mill-Ordni ta' San Ġwann. Dan it-torri storiku jinsab f’kundizzjoni tajba.
Pajjiż | Malta |
---|---|
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Naxxar |
Koordinati | 35°55′14″N 14°26′33″E |
Propjetarju | Heritage Malta |
Ikkummissjonat minn | Ordni tal-Kavallieri Ospitalieri ta' San Ġwann |
Deżinjazzjoni bħala wirt | Grad 1 |
Storja
immodifikaIt-Torri tal-Kaptan inbena mill-Ordni ta’ San Ġwann biex jilqa’ fih il-kaptan tal-milizzja tan-Naxxar. Inbnena matul il-ħakma tal-Gran Mastru Jean Parisot de Valette. Dan sar wara li l-Ordni ta’ San Ġwann ippruvat mingħajr suċċess tirrekwiżizzjona t-Torri Gauci fil-qrib fl-1548 biex iservi bħala r-residenza tal-kaptan. It-Torri tal-Kaptan huwa wieħed mill-ewwel fortifikazzjonijiet ta' żmien il-kavallieri f’Malta.[1]
Id-disinn tat-torri huwa simili għal dak tat-Torri Gauci kif ukoll tat-torrijiet preċedenti tal-Ospitalieri f' Rodi.[2] It-torri jikkonsisti fi pjanta kwadra bi tliet sulari. Fiha numru ta' kaxxi maċċikolati, u kolumbarja, jew guva tal-ħamiem, li kienet tintuża biex fiha jinżammu l-ħamiem biex iwasslu messaġġi lejn l-Imdina jew il-Belt Valletta.
It-torri u d-dar mibnija miegħu ntużaw bħala sptar temporanju matul l-epidemija tal-pesta tal-1675-6.[3]
It-Torri tal-Kaptan tilef il-biċċa l-kbira tal-valur difensiv tiegħu lejn l-aħħar tas-seklu 17, wara li nbnew fortifikazzjonijiet ġodda bħat-torrijiet ta’ Wignacourt, torrijiet ta' Lascaris u torrijiet ta' De Redin.[2]
Fil-preżent
immodifikaIllum it-Torri tal-Kaptan jinsab f’kundizzjoni tajba. Huwa proprjetà privata u mhux miftuħ għall-pubbliku.[4]
Referenzi
immodifika- ^ "Naxxar's Torre Gauci". Times of Malta. 28 February 2012. Miġbur 25 July 2015.
- ^ a b Spiteri, Stephen C. "Naxxar and its fortifications". MilitaryArchitecture.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-01-16. Miġbur 25 July 2015. Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid
<ref>
tag; name "naxxar" defined multiple times with different content - ^ Micallef, Joseph (2015). Il-Pesta tal-1676 – 11,300 Mewta . BDL Publishing. p. 57. ISBN 978-99957-46-55-1.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "Captain's Tower" (PDF). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 28 June 2013. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-4 April 2016. Miġbur 25 July 2015.