Torri Mmejjel ta' Pisa

kampnar fil-Pjazza tal-Mirakli, f’Pisa, l-Italja
(Rindirizzat minn Torri ta' Pisa)

It-Torri Mmejjel ta' Pisa (bit-Taljan: torre pendente di Pisa) jew sempliċement it-Torri ta' Pisa (torre di Pisa [ˈtorre di ˈpiːza; ˈpiːsa][1]) huwa t-torri tal-kampnar (mibni bħala binja għaliha) tal-Katidral ta' Pisa, l-Italja, magħruf mad-dinja kollha peress li huwa mmejjel bi kważi erba' gradi minħabba l-pedamenti mhux stabbli tiegħu. Il-kampnar jinsab wara l-Katidral ta' Pisa u huwa t-tielet l-iktar struttura antika fil-Pjazza tal-Mirakli, wara l-katidral u l-Battisterju ta' Pisa, u parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-1987 'l hawn.[2]

It-Torri Mmejjel ta' Pisa
Torri Mmejjel ta’ Pisa
steeple, church tower, inclined tower
Data meta nħoloq1173 Immodifika
Namecampanile du Dôme, campanile de Pise, campanile de la cathédrale de Pise, tour de Pise Immodifika
Native labelTorre di Pisa Immodifika
ReliġjonCatholicism Immodifika
Imsemmi għalPisa, torri, inclined tower Immodifika
PajjiżItalja Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabPisa Immodifika
Triq fejn jinstabPiazza del Duomo Immodifika
DjoċesiRoman Catholic Archdiocese of Pisa Immodifika
Koordinati43°43′23″N 10°23′48″E Immodifika
PropjetarjuOpera della Primaziale Pisana Immodifika
Made from materialmarble, stone Immodifika
ArkitettBonanno Pisano, Diotisalvi Immodifika
Stil arkitettonikuRomanesque architecture Immodifika
Date of official opening1373 Immodifika
Wi-Fi accessno Immodifika
Disabled accessibilitywheelchair accessible Immodifika
Deżinjazzjoni bħala wirtItalian national heritage, parti minn Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO Immodifika
Indirizz stradaliPiazza del Duomo, 56126 Pisa PI Immodifika
Kodiċi postali56100 Immodifika
Numru tat-telefown+39-050-387-2210 Immodifika
Email addressmailto:info@opapisa.it Immodifika
Sit uffiċjalihttp://www.opapisa.it/, http://www.opapisa.it/en/ Immodifika
Described at URLhttp://dati.beniculturali.it/iccd/schede/resource/CulturalInstituteOrSite/S013330_Campanile_della_Cattedrale Immodifika
Has characteristicinclination Immodifika
Maintained byOpera della Primaziale Pisana Immodifika
Offers view onPisa Immodifika
Għamlaċilindru Immodifika
Category for the exterior of the itemCategory:Exterior of the Leaning Tower (Pisa) Immodifika
Category for the interior of the itemCategory:Interior of the Leaning Tower (Pisa) Immodifika
Category for the view from the itemCategory:Views from the Leaning Tower of Pisa Immodifika
Map

It-Torri Mmejjel ta' Pisa huwa għoli 55.86 metru mill-art min-naħa l-baxxa tiegħu u 56.67 metru min-naħa l-għolja tiegħu. Il-wisa' tal-ħitan fil-bażi tiegħu hija 2.44 metri. Huwa stmat li l-piż tiegħu huwa 14,500 tunnellata metrika.[3][4][5] Il-kampnar fih 294 jew 296 tarġa; is-seba' sular għandu żewġ tarġiet inqas fil-garigor fin-naħa tat-Tramuntana.

It-torri tal-kampnar beda jmil waqt il-kostruzzjoni fis-seklu 12, minħabba l-art ratba ta' taħtu li ma setgħetx tiflaħ il-piż tal-istruttura, u kompla jmil iktar meta tlestiet il-kostruzzjoni fis-seklu 14. Fl-1964, il-gvern Taljan talab l-għajnuna biex isir xogħol biex it-torri tal-kampnar ma jaqax. Sal-1990, kien miel b'ħames gradi u nofs.[6][7] L-istruttura ġiet stabilizzata permezz ta' xogħlijiet ta' rimedju li saru bejn l-1993 u l-2001, li naqsu t-timjil għal 3.97 gradi.[8][9] It-torri tal-kampnar jiġi ġestit mill-Opera della Primaziale Pisana, l-entità li ġġestixxi l-monumenti kollha tal-Pjazza tal-Mirakli ta' Pisa. It-Torri ta' Pisa kien ġie propost bħala wieħed mis-seba' għeġubijiet tad-dinja moderna.

Arkitett

immodifika

Kien hemm kontroversja dwar l-identità reali tal-arkitett tat-Torri Mmejjel ta' Pisa. Għal ħafna snin, id-disinn ġie attribwit lil Guglielmo Pisano u lil Bonanno Pisano[10], artist residenti tal-belt fis-seklu 12, li kien magħruf għall-fużjonijiet bil-bronż, partikolarment fil-Katidral ta' Pisa. Pisano telaq minn Pisa fl-1185 u mar Monreale, fi Sqallija, fejn għex kważi sal-aħħar ta' ħajtu qabel ma reġa' lura Pisa u miet f'belt twelidu. Biċċa bronż fondut b'ismu ġiet skoperta quddiem it-torri tal-kampnar fl-1820, iżda jaf din setgħet kienet marbuta mal-bieb tal-bronż fil-faċċata tal-katidral li nqered fl-1595.Studju li sar fl-2001 jidher li jindika li Diotisalvi kien l-arkitett oriġinali tat-Torri Mmejjel ta' Pisa, minħabba ż-żmien meta nbena u l-affinità ma' xogħlijiet oħra ta' Diotisalvi, b'mod partikolari t-torri tal-kampnar ta' San Nikola u l-Battisterju f'Pisa stess.[11]

Kostruzzjoni

immodifika
 
Is-sensiela ta' arkati mal-ħajt mingħajr fetħiet u kolonni b'kapitelli Korinzji.

Il-kostruzzjoni tat-torri tal-kampnar saret fi tliet stadji tul 199 sena. Fil-5 ta' Jannar 1172, Donna Berta di Bernardo, armla u residenta tad-dar tal-Opera di Santa Mariaa, ħalliet sittin sold lill-Opera Campanilis petrarum Sancte Marie. Is-somma dak iż-żmien intużat biex jinxtraw ftit ġebliet li għadhom jiffurmaw parti mill-bażi tat-torri tal-kampnar.[12] Fid-9 ta' Awwissu 1173, tħejjew il-pedamenti tat-torri.[13] Ix-xogħlijiet fuq l-ewwel sular tat-torri tal-kampnar tal-irħam abjad inbdew fl-14 ta' Awwissu tal-istess sena matul perjodu ta' suċċess militari u prosperità. Dan is-sular fih sensiela ta' arkati mal-ħajt mingħajr fetħiet u kolonni b'kapitelli Korinzji. Kważi erba' sekli wara, Giorgio Vasari kiteb: "Guglielmo, skont dak li kien qed jintqal, fl-1174, flimkien mal-iskultur Bonanno, ħejjew il-pedamenti tat-torri tal-kampnar tal-Katidral ta' Pisa".[14]

 
It-Torri Mmejjel ta' Pisa fl-1890

It-torri beda jċedi wara l-kostruzzjoni kienet waslet sat-tieni sular fl-1178. Dan seħħ minħabba li l-pedamenti ta' xi tliet metri, kienu ġew stabbiliti fuq art dgħajfa u mhux stabbli, jiġifieri d-disinn kien difettuż mill-bidu nett. Sussegwentement, il-kostruzzjoni waqfet għal kważi seklu, peress li r-Repubblika ta' Pisa kienet kważi dejjem involuta f'battalji ma' Genova, Lucca u Firenze. B'hekk, kien hemm biżżejjed żmien biex l-art ta' taħt il-pedamenti toqgħod. Li kieku ma kienx hemm dan l-intervall twil fil-kostruzzjoni, wisq probabbli t-Torri Mmejjel ta' Pisa kien jaqa' għalkollox. Fis-27 ta' Diċembru 1233, il-ħaddiem Benenato Bottici, iben Gerardo Bottici, issorvelja t-tkomplija tal-kostruzzjoni tat-torri tal-kampnar.[15]

Fit-23 ta' Frar 1260, Guido Speziale, iben Giovanni Pisano, ġie inkarigat biex jissorvelja l-kostruzzjoni tat-torri.[16] Fit-12 ta' April 1264, il-bennej ewlieni jew mastru bennej Giovanni di Simone, arkitett taċ-Ċimiterju Monumentali, flimkien ma' 23 ħaddiem marru lejn il-muntanji qrib Pisa biex jaqtgħu l-irħam għat-torri tal-kampnar. L-irħam li ġie maqtugħ ingħata lil Rainaldo Speziale, ħaddiem ta' San Franġisk.[17] Fl-1272, il-kostruzzjoni tkompliet taħt it-tmexxija ta' Di Simone. Fi sforz biex jiġu kkumpensat it-timjil, l-inġiniera bnew is-sulari ta' fuq b'naħa itwal mill-oħra. Minħabba f'hekk, it-torri ġej għat-tond.[18] Il-kostruzzjoni reġgħet waqfet fl-1284 meta r-Repubblika ta' Pisa tilfet kontra dik ta' Genova fil-Battalja ta' Meloria.[13][19]

 
Lapida li tfakkar l-esperimenti li kien iwettaq Galileo f'Pisa

Is-seba' sular tlesta fl-1319.[20] Fl-1372 ġie miżjud il-kompartiment tal-qniepen. Dan inbena minn Tommaso di Andrea Pisano, li rnexxielu joħloq armonija l-elementi Gotiċi tal-kompartiment tal-qniepen mal-istil Rumanesk tat-torri tal-kampnar.[21][22] B'kollox hemm seba' qniepen, waħda għal kull nota tal-iskala maġġuri mużikali. L-ikbar qanpiena tpoġġiet fl-1655.[23]

Esperimenti

immodifika

Bejn l-1589 u l-1592, Galileo Galilei, li dak iż-żmien kien jgħix f'Pisa, jingħad li kien waqqa' żewġ balal ta' kanun b'massa differenti mit-torri tal-kampner sabiex juri li l-veloċità tal-waqgħa tagħhom ma kinitx tiddependi mill-massa tagħhom, abbażi tal-liġi tal-waqgħa ħielsa. Is-sors primarju ta' dan huwa l-bijografija Racconto istorico della vita di Galileo Galilei (Rendikont storiku tal-ħajja ta' Galileo Galilei), miktub mill-istudent u s-segretarju ta' Galileo, Vincenzo Viviani, fl-1654, iżda li ġie ppubblikat biss fl-1717, ħafna wara mewtu.[24]

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Alleati ssuspettaw li l-Ġermaniżi kienu qed jużaw it-torri bħala post ta' osservazzjoni. Leon Weckstein, surġent tal-Armata tal-Istati Uniti mibgħut biex jikkonferma l-preżenza ta' truppi Ġermaniżi fit-torri, baqa' impressjonat bil-ġmiel tal-katidral u tat-torri tal-kampnar, u għalhekk reġa' bdielu li jordna attakk mill-ajru sabiex il-monumenti ma jinqerdux.[25][26]

 
Kontropiżijiet temporanji

Saru diversi sforzi biex it-Torri Mmejjel ta' Pisa jiġi ddrittat jew minn tal-inqas ma jaqax għalkollox. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-isforzi ma rnexxewx; uħud saħansitra żiedu t-timjil. Fis-27 ta' Frar 1964, il-gvern tal-Italja talab l-għajnuna biex it-torri ma jitħalliex jaqa'. Madankollu, ġie kkunsidrat li l-grad ta' timjil kellu jibqa' kif inhu minħabba r-rwol li kellu għall-promozzjoni tat-turiżmu f'Pisa.[27]

Mill-1993, bdew jitqiegħdu 870 tunnellata ta' kontropiżijiet taċ-ċomb ħdejn il-bażi tat-torri tal-kampnar, u b'hekk beda jiddritta kemxejn.[28]

It-Torri Mmejjel ta' Pisa ngħalaq għall-pubbliku fis-7 ta' Jannar 1990, wara iktar minn żewġ deċennji ta' studji dwar l-istabbilizzazzjoni u xprunat mill-waqgħa f'daqqa tat-Torri Ċiviku ta' Pavia fl-1989.[29][30] Il-qniepen tneħħew biex jitnaqqas ftit mill-piż, u twaħħlu kejbils tal-azzar mit-tielet sular u li ġew ankrati diversi metri lil hinn mit-Torri ta' Pisa. L-appartamenti u d-djar li kieku kienu jiġu milquta f'każ li t-torri kellu jaqa' ġew evakwati għas-sikurezza. Il-metodu li ntgħażel għall-prevenzjoni tal-waqgħa tat-torri kien li jitnaqqsu kemxejn il-gradi tat-timjil tiegħu billi jitneħħew 38 metru kubu ta' ħamrija minn taħt it-torri min-naħa olzata mill-art. Il-gradi tat-timjil tat-torri tal-kampnar tnaqqsu b'45 ċentimetru, u b'hekk it-torri reġa' lura għal kif kien fl-1838. Wara deċennju ta' rikostruzzjoni korrettiva u sforzi ta' stabbilizzazzjoni, it-torri reġa' nfetaħ għall-pubbliku fil-15 ta' Diċembru 2001, u ġie ddikjarat li kien stabbli għal minn tal-inqas 300 sena oħra. B'kollox, tneħħew 70 tunnellata metrika ta' ħamrija.[31]

Wara fażi ta' tisħiħ strutturali mill-1990 sal-2001[32], it-torri sarlu restawr gradwali tas-superfiċe biex il-ħsara viżibbli tiġi restawrata, l-iktar il-korrożjoni u s-swidija mit-tniġġis. Dawn kienu waslu fi stat gravi minħabba l-età tat-torri u mill-esponiment tiegħu għar-riħ, għax-xita u għat-tniġġis.[33] F'Mejju 2008, l-inġiniera ħabbru li t-torri kien ġie stabbilizzat u għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu kien waqaf jiċċaqlaq. Huma ddikjaraw li kien se jibqa' stabbli għal minn tal-inqas 200 sena.[31] Wara għoxrin sena ta' xogħlijiet ta' tindif tat-tniġġis u tal-ħmieġ minn fuq l-irħam abjad tat-torri tal-kampnar b'diversi armar imwaħħal miegħu, fit-22 ta' April 2011 ix-xogħlijiet tlestew għalkollox kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa u tneħħa l-armar kollu tar-restawr.[34]

Terremoti

immodifika

Minn tal-inqas erba' terremoti b'saħħithom heżżew ir-reġjun mill-1280 'l hawn, iżda t-Torri Mmejjel ta' Pisa baqa' qawwi u sħiħ sa llum. Ir-raġuni ma kinitx magħrufa qabel ma grupp ta' riċerkaturi ta' 16-il inġinier bdew jinvestigaw. Ir-riċerkaturi kkonkludew li t-Torri ta' Pisa seta' jiflaħ it-theżżiżiet minħabba l-interazzjoni dinamika bejn il-ħamrija u l-istruttura: l-għoli u r-robustezza tat-Torri ta' Pisa, flimkien mal-ħamrija ratba taħt il-pedamenti, jinfluwenzaw il-karatteristiċi tal-vibrazzjoni tal-istruttura b'tali mod li t-torri tal-kampnar ma jbatix mir-risonanza meta l-art tiċċaqlaq minħabba xi terremot. L-istess ħamrija ratba taħt il-pedamenti li kkawżat it-timjil u wasslet biex it-torri kważi jasal biex jaqa' għalkollox, fil-każ tat-terremoti salvatu.[35]

Tagħrif tekniku

immodifika
 
Skema tat-Torri Mmejjel ta' Pisa
  • Elevazzjoni tal-Pjazza tal-Mirakli: xi żewġ metri
  • Għoli mill-art: 55.863 metru[36], tmien sulari[37]
  • Għoli mill-pedamenti: 58.36 metru[38]
  • Dijametru ta' barra tal-bażi: 15.484-il metru[36]
  • Dijametru ta' ġewwa tal-bażi: 7.368 metri[36]
  • Anglu tat-timjil: 3.97 gradi jew 3.9 metri mill-vertikali[39]
  • Piż: 14,700 tunnellata metrika[40]
  • Ħxuna tal-ħitan fil-bażi: 2.44 metri
  • Għadd totali ta' qniepen: sebgħa, intonati skont l-iskala mużikali, fid-direzzjoni tal-arloġġ[41]
    • L-ewwel qanpiena: "l-Assunta", fonduta fl-1654 minn Giovanni Pietro Orlandi, b'piż ta' 3,620 kg
    • It-tieni qanpiena: "Il Crocefisso", fonduta fl-1572 minn Vincenzo Possenti, b'piż ta' 2,462 kg
    • It-tielet qanpiena: "San Ranieri", fonduta fl-1719-21 minn Giovanni Moreni, b'piż ta' 1,448 kg
    • Ir-raba' qanpiena: "La Terza", fonduta fl-1473, b'piż ta' 300 kg
    • Il-ħames qanpiena: "La Pasquereccia" jew "La Giustizia", fonduta fl-1262[42] minn Lotteringo, b'piż ta' 1,014 kg
    • Is-sitt qanpiena: "Il Vespruccio", fonduta fis-seklu 14 u mill-ġdid fl-1501 minn Nicola di Jacopo, b'piż ta' 1,000 kg
    • Is-seba' qanpiena: "Dal Pozzo", fonduta fl-1606 u mill-ġdid fl-2004, b'piż ta' 652 kg[43]
  • Għadd ta' tarġiet sa fuq nett: 296[44]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "DiPI Online - Dizionario di Pronuncia Italiana" (bit-Taljan). Dizionario di Pronuncia Italiana.
  2. ^ "Piazza del Duomo, Pisa" (bl-Ingliż). UNESCO.
  3. ^ "Torre" (bit-Taljan). Opera della Primaziale Pisana.
  4. ^ "Torre di Pisa - guida online informazioni sulla visita". historiaweb.net (bit-Taljan). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-11-14.
  5. ^ "Leaning Tower of Pisa Facts". towerofpisa.org (bl-Ingliż).
  6. ^ Mulvey, Stephen (2001-12-15). "Saving the Leaning Tower" (bl-Ingliż). BBC News.
  7. ^ "Leaning Tower of Pisa tower, Pisa, Italy" (bl-Ingliż). Britannica.
  8. ^ "La Torre di Pisa non è più da Guinness - Il Sole 24 ORE" (bit-Taljan). Il Sole 24 Ore. 2007-11-02.
  9. ^ Scally, Derek (2007-11-08). "Leaning tower of Pisa loses crooked crown" (bl-Ingliż). The Irish Times.
  10. ^ "Leaning Tower of Pisa". endex.com (bl-Ingliż). 2007-08-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-08-13.
  11. ^ Pierotti, Piero (2001). Deotisalvi – L'architetto pisano del secolo d'oro (bit-Taljan). Pisa: Pacini Editore.
  12. ^ L-Uffiċċji Kapitolari tar-Reġistri ta' Pisa, il-parċmina n. 248.
  13. ^ a b Potts, David M.; Zdravkovic, Lidija (2001). Finite Element Analysis in Geotechnical Engineering: Application (bl-Ingliż). Thomas Telford. p. 254. ISBN 9780727727831.
  14. ^ Vasari, Giorgio (1878). Le opere di Giorgio Vasari: Le vite de' più eccellenti pittori, scultori ed architettori (bit-Taljan). G.C. Sansoni. p. 274.
  15. ^ Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 27 ta' Diċembru 1234.
  16. ^ Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 23 ta' Frar 1260.
  17. ^ Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 12 ta' April 1265.
  18. ^ McLain, Bill (1999). Do Fish Drink Water? (bit-Taljan). New York: William Morrow and Company, Inc. pp. 291–292. ISBN 0-688-16512-5.
  19. ^ Touring club italiano, ed. (2005). Authentic Tuscany (bl-Ingliż). Touring Editore. p. 64. ISBN 9788836532971.
  20. ^ Roth, Leland M. (2018-03-13). Understanding Architecture: Its Elements, History, and Meaning (bl-Ingliż). Routledge. p. 98. ISBN 9780429975219.
  21. ^ Barsali, G. (1999). Pisa. History and masterpieces (bl-Ingliż). Bonechi. p. 18. ISBN 8872041880.
  22. ^ Vasari, Giorgio; Richter, Jean Paul (1855). Lives of the Most Eminent Painters, Sculptors, and Architects (bl-Ingliż). H. G. Bohn. p. 153.
  23. ^ "Fall of the Leaning Tower - History of Interventions" (bl-Ingliż). Public Broadcasting Service.
  24. ^ "Vincenzo Viviani" (bl-Ingliż). Istitut u Mużew tal-Istorja tax-Xjenza (Firenze).
  25. ^ Shrady, Nicholas (2003). Tilt: a skewed history of the Tower of Pisa (bl-Ingliż).
  26. ^ Carroll, Rory (2000-01-13). "Why I spared the Leaning Tower of Pisa" (bl-Ingliż). The Guardian.
  27. ^ "FOLLOW-UP ON THE NEWS; Securing the Lean In Tower of Pisa (Published 1987)" (bl-Ingliż). The New York Times. 1987-11-01.
  28. ^ "Tipping The Balance" (bl-Ingliż). Time. 2001-01-25.
  29. ^ Hofmann, Paul (1989-07-30). "Italy's Endangered Treasures (Published 1989)" (bl-Ingliż). The New York Times.
  30. ^ Montalbano, William D. (1989-03-18). "900-Year-Old Bell Tower Collapses in Italy; Three Killed" (bl-Ingliż). Los Angeles Times.
  31. ^ a b Duff, Mark (2008-05-28). "Pisa's leaning tower 'stabilised'" (bl-Ingliż). BBC News.
  32. ^ Burland, John. "Ingenia Articles" (bl-Ingliż). Ingenia. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-01-27.
  33. ^ "Piazza dei Miracoli: la Piazza del Duomo di Pisa" (bit-Taljan). Opera della Primaziale Pisana. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-25.
  34. ^ Gasperetti, Marco (2011-04-22). "Bianca e lucente come in origine Ecco la nuova Torre di Pisa" (bit-Taljan). Corriere della Sera.
  35. ^ "500-year-old Leaning Tower of Pisa mystery unveiled by engineers" (bl-Ingliż). Science Daily. 2018-05-09.
  36. ^ a b ċ Michigan Architect and Engineer, Incorporated, ed. (1952). The Michigan Architect and Engineer (bl-Ingliż).
  37. ^ Burland, J.B. (2008). "Stabilising the Leaning Tower of Pisa: the Evolution of Geotechnical Solutions". Trans. Newcomen Soc. (bl-Ingliż). 78 (2): 174. ISSN 0372-0187.
  38. ^ Valdes, Giuliano (1994). Art and History of Pisa (bl-Ingliż). Casa Editrice Bonechi. p. 44. ISBN 9788880290247.
  39. ^ "German steeple beats Leaning Tower of Pisa into Guinness book" (bl-Ingliż). Trend News Agency. 2007-11-09.
  40. ^ Strom, Steven; Nathan, Kurt; Woland, Jake; Lamm, David (2009-09-28). Site Engineering for Landscape Architects (bl-Ingliż). John Wiley and Sons. p. 124. ISBN 9780471695493.
  41. ^ Black, William Harman (1920). The Real Europe Pocket Guide-book: Number 10 of the 'Black's Blue Books (bl-Ingliż). Brentanos. p. 360.
  42. ^ Black, Charles Bertram (1898). The Riviera, Or The Coast from Marseilles to Leghorn: Including the Interior Towns of Carrara, Lucca, Pisa and Pistoia (bl-Ingliż). A. & C. Black. p. 148.
  43. ^ "Leaning Tower of Pisa: 1920's Photo of Dal Pozzo". endex.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-18.
  44. ^ Davies, Andrew (2005). The Children's Visual World Atlas (bl-Ingliż). Sydney: The Fog Press. ISBN 1-74089-317-4.

Ħoloq esterni

immodifika