Torri ta' Lippija

torrii tal-għassa żgħiir fil-Ġnejna

It-Torri ta' Lippija, magħruf ukoll bħala t-Torri tal-Ġnejna,[1] huwa torri tal-għassa żgħir fil-Bajja tal-Ġnejna fil-limiti tal-Imġarr, Malta. Inbena fl-1637 bħala l-ewwel mit-torrijiet ta' Lascaris. Illum, it-torri jinsab f’kundizzjoni tajba.

Torri ta' Lippija
torri
Data meta nħoloq1637 Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabMġarr Immodifika
Koordinati35°55′23″N 14°20′55″E Immodifika
PropjetarjuGvern ta' Malta Immodifika
Ikkummissjonat minnOrdni tal-Kavallieri Ospitalieri ta' San Ġwann Immodifika
Materjal użatġebla tal-ġir Immodifika
Indirizz stradaliTriq ta' Żammitellu Immodifika
Map
 
Torri tal-Lippija fuq il-Bajja tal-Ġnejna

It-Torri tal-Lippija nbena fl-1637 fit-tarf tal-irdum tal-Wardija li jagħti fuq il-Bajja tal-Ġnejna fuq il-kosta tal-majjistral ta’ Malta. It-torri għandu it-torrijiet ta' Għajn Tuffieħa u n-Nadur fil-vista tiegħu. Il-kostruzzjoni tat-torri kienet iffinanzjata personalment mill-Gran Mastru Giovanni Paolo Lascaris.

It-torri nbena fuq is-sit ta' post tal-għassa medjevali.[2] Kien iddisinjat mill-perit Taljan Vincenzo Maculani. Huwa kważi identiku għat-Torri ta’ Għajn Tuffieħa, li għandu pjanta kwadra u żewġ sulari fuq saqaf ċatt b’zuntier. Kull sular għandu kamra waħda, u l-aċċess għall-sular ta' fuq kien oriġinarjament permezz ta' sellum tal-injam.

Oriġinarjament it-torri kien magħruf bħala Torre del Migiarro u kellu kappella ddedikata lil Santa Agata.[3]

Sal-bidu tas-snin 2000, it-Torri ta’ Lippija kien abbandunat u kien fil-periklu li jiġġarraf. Ġie restawrat mill-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura fl-2003, u issa jinsab f’kundizzjoni tajba.[4]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Agius, Raymond (May 2012). "Walk around the coast of Malta - 'from tower to tower'". agius.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-8 September 2015. Miġbur 17 May 2015.
  2. ^ Zammit, Vincent (1984). "Fortifications in the Middle Ages". Civilization (bl-Ingliż). Ħamrun, Malta: PEG Ltd. 1: 33.
  3. ^ Malta illustrata ovvero Descrizione di Malta. p. 343.
  4. ^ Cini, George (21 July 2003). "Lippija tower restoration taken in hand". Times of Malta. Miġbur 20 April 2014.

Ħoloq esterni

immodifika