Stadio Giuseppe Meazza

Stadio Giuseppe Meazza, magħruf aħjar bħala San Siro, huwa grawnd tal-futbol li jinsab fid-distrett ta' San Siro fil-belt ta' Milan. Dan huwa l-grawnd għaż-żewġ klabbs prinċipali ta' Milan: AC Milan u FC Internazionale Milano. Dan il-grawnd huwa msemmi f'isem Giuseppe Meazza, darbtejn rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja u li lagħab mal-Inter u xi żmien ukoll mal-Milan fis-snin tletin u erbgħin tas-seklu 20. Dan il-grawnd huwa meqjus fost l-iktar prestiġjużi fl-Ewropa u hu mlaqqam bħala "La Scala del Calcio".

Stadio Giuseppe Meazza
San Siro
Lokalità Via Piccolomini 5, 20151 Milan, Italja
Koordinati 45°28′40.89″N 9°7′27.14″E / 45.478025°N 9.1242056°E / 45.478025; 9.1242056Koordinati: 45°28′40.89″N 9°7′27.14″E / 45.478025°N 9.1242056°E / 45.478025; 9.1242056
Bidu tal-kostruzzjoni 1925
Inawgurazzjoni 1926
Proprjetarju Il-Muniċipju ta' Milan
Wiċċ Ħaxix
Kapaċità 80,074
Dimensjonijiet 105 x 68m
Lokatorji
AC Milan
FC Internazionale Milano

Dan il-grawnd huwa magħruf bħala San Siro minħabba li nbena viċin kappella iddedikata lil dan il-qaddis. Illum din il-kappella m'għadiex teżisti. Sal-1979, il-grawnd uffiċjalment kien jismu "Stadio San Siro" imma fl-1980 ingħata l-isem ta` "Stadio Giuseppe Meazza", plejer storiku Taljan li rebaħ it-Tazza tad-Dinja mat-tim nazzjonali Taljan fl-1934 u fl-1938.

Beda jinbena fl-1925 fuq il-ħsieb ta` Piero Pirelli li fl-istess żmien kien il-president tal-A.C.Milan. Fid-19 ta' Settembru 1926 ġie inawgurat uffiċjalment b'logħba ta' ħbiberija bejn A.C.Milan u Inter. Fil-bidu kien jesa’ 35,000 ruħ u kien propjeta tal-A.C. Milan imma fl-1935 il-grawnd inxtara mill-kunsill lokali ta` Milan. L-Inter bdew jilagħbu fih mill-1947, 21 sena wara l-inawgurazzjoni tiegħu. Fl-1996 ġie inawgurat l-hekk imsejjaħ "Muzew ta` San Siro". Il-grawnd huwa meqjus bħala grawnd ta` 5 stilel mill-UEFA u jesa’ 81,389 ruħ.

Numri teknici

immodifika

Il-grawnd jesa' 81.389 ruħ, fih erba’ torrijiet fl-angli, u t-torrijiet fin-nofs izommu erba’ travi kbar li jzommu l-parti ta’ fuq.

Logħob fit-Tazza tad-Dinja tal-1990

immodifika

Arġentina - Kamerun 0-1 (Grupp B)

Ġermanja tal-Lvant - Jugoslavja 4-1 (Grupp D)

Ġermanja tal-Lvant - Emirati Għarab Magħquda 5-1 (Grupp D)

Ġermanja tal-Lvant - Kolombja 1-1 (Grupp D)

Ġermanja tal-Lvant - Olanda 2-1 (Ottavi tal-Finali)

Ġermanja tal-Lvant - Ċekoslovakkja 1-0 (Kwarti tal-Finali)

Kuncerti muzikali

immodifika

Bob Marley (27 ta` Gunju 1980)

Bruce Springsteen (21 ta` Gunju 1985)

Vasco Rossi (10 ta` Lulju 1990)

Vasco Rossi (7 u 8 ta` Lulju 1995)

Luciano Ligabue (Novembru 1995)

Michael Jackson (18 ta` Gunju 1997)

Luciano Ligabue (28 ta` Gunju 1997)

Luciano Ligabue (5 u 6 Lulju 2002)

Bruce Springsteen (28 ta` Gunju 2003)

Vasco Rossi (4, 5 u 8 Lulju 2003)

Renato Zero (29 ta' Mejju 2004)

Red Hot Chili Peppers (8 ta` Gunju 2004)

U2 (20 u 21 Lulju 2005)

Luciano Ligabue (27 ta' Mejju 2006)

Robbie Williams (22 ta' Lulju 2006)

Renato Zero (21 ta` Mejju 2007)

Laura Pausini (2 ta` Gunju 2007)

Vasco Rossi (21 u 22 ta` Gunju 2007)

Biagio Antonacci (30 ta` Gunju 2007)

Negramaro (31 ta` Mejju 2008)

Zucchero (14 ta` Gunju 2008)

Bruce Springsteen (25 ta` Gunju 2008)

Vasco Rossi (6 u 7 ta` Gunju 2008)

Luciano Ligabue (4 u 5 ta` Lulju 2008)

Depeche Mode (18 ta` Gunju 2009)

Amiche per l'Abruzzo (21 ta` Gunju 2009)

U2 (7 u 8 ta` Lulju 2009)

Madonna (14 ta` Lulju 2009)

Ħoloq esterni

immodifika