Skwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta
| |||
Patrol boats tal-klassi Protector waqt missjoni kontra l-piraterija fl-2011. | |||
Pajjiż | Malta | ||
Attiv | 1970-llum | ||
Parti minn | Forzi Armati ta' Malta | ||
Tip | Forza navali | ||
Daqs | 9 patrol boats u 6 dgħajjes | ||
Bażi | Xatt it-Tiben, Furjana |
L-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta tikkonsisti fil-forzi navali tar-Repubblika ta' Malta. L-iskwadra għandha r-responsabbiltà għas-sigurtà tal-ibħra territorjali Maltin u diversi affarijiet oħra fosthom is-salvataġġ. L-iskwadra hi bbażata f'Xatt it-Tiben fil-Furjana.
Storja
immodifikaMalta kellha l-ewwel forza navali meta kienet taħt l-Ordni ta' San Ġwann. Kellha forza navali qawwija b'vapuri kbar bħas-Santa Anna, u bihom il-kavallieri ħadu sehem f'diversi battalji, u l-iktar waħda importanti minnhom kienet il-Battalja ta' Lepanto fl-1571. Fis-sekli XVII u XVIII vapuri Maltin kienu jaqbdu vapuri Torok u Musulmani f'tip ta' piraterija magħrufa aħjar bħala l-corso. Il-forzi navali tal-kavallieri spiċċaw mal-wasla tal-Franċiżi fl-1798, fejn il-vapuri kollha tal-Ordni ħaduhom huma. Fost dawn kien hemm il-bastimenti San Zaccharia u San Giovanni.
Wara l-wasla tal-Ingliżi, il-Flotta Marittima tar-Royal Navy kellha bażi f'Malta, u is-sitwazzjoni baqgħet hekk matul l-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija sakemm din il-flotta spiċċat fl-1967. Minħabba dan ġiet kreata il-Maritime Troop of the Malta Land Force fl-1970, u Malta ngħatat żewġ patrol boats Amerikani, li kienu magħrufin bħala C23 u C24 (wara P23 u P24). Fl-1971 l-iskwadra tawha isem ġdid, il-1st (Maritime) Battery of the Malta Land Force. Fl-1973, nbniet patrol boat fid-dockyard ta' Malta, u din kienet l-unika dgħajsa li qatt serviet mal-Forzi Armati li nbniet ġo Malta. Fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet, Malta ngħatat jew xtrat diversi patrol boats mill-Ġermanja tal-Punent, l-Libja u r-Renju Unit. Lejn l-aħħar tat-tmeninijiet u l-bidu tad-disgħinijiet, Malta ngħatat iktar patrol boats mill-Ġermanja tal-Lvant, l-Italja, il-Jugożlavja u l-Istati Uniti. Il-flotta t'issa hija magħmula minn vapuri moderni li nbnew bejn l-1998 u l-2012.
Struttura
immodifikaL-Iskwadra Marittima hi magħmula minn dawn il-partijiet:
- Headquarters Command
- Offshore Command
- Inshore Command
- G Command
- Support Command
Flotta preżenti tal-Forzi Armati ta' Malta
immodifikaDawn il-vapuri huma f'servizz attiv fl-2014:
Klassi | Ritratt | Isem | Oriġini | Kummisjonata | Nota |
---|---|---|---|---|---|
Laneċ tat-Tfittxija u Salvataġġ (2 fis-servizz) | |||||
Klassi Supervittoria 800[1] | Melita I Melita II |
Italja | 1999 | Mibnija fl-1998 mill-Cantiere Navale Vittoria, Adria | |
Dgħajjes (6 fis-servizz) | |||||
Klassi FB Interceptor[2] | P01 | Italja | 2006 | Mibnija minn FB Design. | |
Klassi Bommeranger[3] | P02 P03 P04 |
Finlandja | 2012 | Mħallsa mill-fondi tal-EBF | |
Klassi Defender[4] | P05 P06 |
Stati Uniti | 2013 | Mogħtija mill-Gvern tal-Istati Uniti | |
Patrol boats (7 fis-servizz) | |||||
Klassi P21[5] | P21 P22 P23 P24 |
Awstralja | 2010 | Mibnija minn Austal fl-2009. | |
Klassi Protector[6] | P51 P52 |
Stati Uniti | 2002 2004 |
Mibnija fil-Bollinger Shipyards. | |
Klassi Diciotti (modifikata)[7] | P61 | Italja | 2005 | Mibnija mill-Fincantieri S.p.A Italy f'Muggiano |
Vapuri u dgħajjes li kienu jagħmlu parti mill-flotta
immodifikaKlassi | Ritratt | Isem | Oriġini | Kummisjonata | Dekummisjonata | Nota |
---|---|---|---|---|---|---|
Patrol boats (23 dekommissjonati) | ||||||
C21 | Malta | 1971 jew 1973 | Mibnija Malta oriġinarjament għad-dwana | |||
Klassi Swift | P23 (ex-C23) P24 (ex-C24) |
Stati Uniti | 1971 | 2011 | Dgħajjes tal-United States Coast Guard mibnija fl-1967-1968 bl-ismijiet:
Fl-2012 P24 ngħatat lura u qiegħda fil-Mużew Marittimu ta' San Diego. | |
C25 C26 |
Jugożlavja | 1975-1976 | c.1990 | Dgħajjes tad-Dwana Libjana mibnija l-Jugożlavja. | ||
Klassi Equity | P25 (ex-C25) P26 (ex-C26) |
Stati Uniti | 1991 | Dgħajjes tan-National Oceanic and Atmospheric Administration | ||
C27 C28 C29 |
Ġermanja tal-Punent | 1972 | Dgħajjes tad-Dwana Ġermaniża mibnija fl-1952-1956 bl-ismijiet:
| |||
Klassi Farwa | C28 C29 |
Renju Unit | 1975-1976 | c.1990 | Dgħajjes tad-Dwana Libjana mibnija r-Renju Unit bl-ismijiet:
| |
Klassi Kondor I | P29 P30 P31 |
Ġermanja tal-Lvant | 1992 | 2004 | Minesweepers tal-Volksmarine mibnija f'Peene Werft fl-1968-1970 bl-ismijiet:
P29 u P31 ġew mgħarrqa bħala siti għall-għaddasa fl-2007 u l-2009. | |
Klassi Bremse | P32 P33 |
Ġermanja tal-Lvant | 1992 | 2012 2005 |
Mibnija f'VEB Yachtwerft Berlin fl-1971-1972 | |
Klassi Litoraneo | P34 P35 P36 P37 |
Italja | 1992 | Dgħajjes tal-Guardia di Finanza | ||
Klassi Kalnik | P38 (ex-C38) P39 (ex-C38) |
Jugożlavja | 1982 | Mogħtija mill-Jugożlavja | ||
Laneċ tat-Tfittxija u Salvataġġ (4 dekommissjonati) | ||||||
Serje RAF 1600 | C20 | Renju Unit | c.1980 | Lanċa tal-RAF Search and Rescue Force bl-isem RAF 1654. Id-dgħajsa tinsab mitluqa f'għalqa f'Marsaxlokk. | ||
Serje RAF 1300 | C21 | Renju Unit | c.1980 | Lanċa tal-RAF Search and Rescue Force | ||
Serje RAF 2700 | C68 C71 |
Renju Unit | 1978 | Laneċ tal-RAF Search and Rescue Force bl-ismijiet:
| ||
Landing craft (1 dekommissjonata) | ||||||
Klassi Higgins | LC1 | Stati Uniti |
Referenzi
immodifika- ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron SAR Supervittoria 800 Rescue Launches overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-11-18. Miġbur 2013-01-11.
- ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron FB Interceptor Vessel overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-10. Miġbur 2013-01-11.
- ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron Protector Class Offshore Patrol Vessels overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Miġbur 2013-01-11.
- ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron Defender Class Boats overview" (bl-Ingliż). 2014-04-16. Miġbur 2014-04-16.
- ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron Austal P21 Class Inshore Patrol Vessels overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Miġbur 2013-01-11.
- ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron Protector Class Offshore Patrol Vessels overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Miġbur 2013-01-11.
- ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron Diciotti Class Offshore Patrol Vessel overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-10. Miġbur 2013-01-11.
- ^ "Maltese Navy" (bl-Ingliż). Battleships-cruisers.co.uk. Arkivjat mill-orġinal fl-2011-04-22. Miġbur 2011-03-20.
- ^ "Maritime Squadron Armed Forces of Malta" (bl-Ingliż). Steno.webs.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-04-07. Miġbur 2014-04-05.
- ^ "Maritime Squadron" (bl-Ingliż). Malta Ship and Action Photos. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-03-12. Miġbur 2014-04-05.