Xatt it-Tiben

bażi navali fil-Port ta’ Marsamxett

Xatt it-Tiben (bl-Ingliż: Hay Wharf jew Haywharf) huwa bażi navali fil-Port ta’ Marsamxett, fis-subborg tal-Furjana, Malta. Ix-xatt ilu l-bażi ewlenija tal-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta mill-1977, u fl-2015-2016 inbniet faċilità ġdida.[1]

Xatt it-Tiben minn Sa Maison

Xatt it-Tiben jinsab tul is-Swar tal-Furjana tan-naħa tal-Port ta’ Marsamxett. Ix-xatt jinsab bejn is-Sur tal-Imsida u s-Sur tal-Vittorja, u huwa ssorveljat mill-għoli mill-ħajt diviżorju tal-Polverista, li huwa ħajt diviżorju twil fis-swar li tlesta fl-1722.[2]

Isem Xatt it-Tiben x’aktarx oriġina mill-fatt li fis-seklu 19 kien jintuża biex jinħażen l-għalf.[3] Ġie propost ukoll li x-xatt issemma għal Lord John Hay, li kien il-Kmandant fit-Tmun tal-Flotta Mediterranja bbażat f’Malta bejn l-1883 u l-1887.[4] L-istabbiliment tal-Klabb Irjali tal-Jottijiet ta’ Malta (Royal Malta Yacht Club House) kien jinsab f’Xatt it-Tiben sal-1970.[5]

 
Bastiment militari rmiġġat f’Xatt it-Tiben

L-Ewwel Batterija (Marittima) tal-Forzi Armati ta’ Malta ġiet imċaqilqa mill-Isla għal Xatt it-Tiben f’Ottubru 1977. Il-Batterija saret l-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-1980, u żammet l-istess bażi. Xatt it-Tiben huwa wkoll il-bażi prinċipali tat-tiftix u s-salvataġġ ta’ Malta, u l-immigranti illegali kollha li jiġu salvati f’nofs ta’ baħar jittellgħu l-art hemmhekk.

Id-dgħajsa tal-għassa P23 tal-klassi Swift ittellgħet l-art f’Xatt it-Tiben minn mindu tqieset mhux tajba iktar għat-tbaħħir fl-2010. Id-dgħajsa tal-għassa nżammet bħala mafkar għas-seba’ suldati u pulizija li mietu meta splodiet fl-1984.[6]

F’Novembru 2014, ġie mħabbar li l-bażi se tiġi mmodernizzata permezz ta’ proġett ta’ €5.5 miljun. L-immodernizzar kien jinkludi l-bini ta’ kamra tal-kontroll tal-fruntieri, faċilità ta’ varar għall-iskjerament rapidu, faċilitajiet tat-taħriġ, u akkomodazzjoni aħjar għall-persunal.[7] Il-kostruzzjoni tal-bażi l-ġdida nbdiet f’nofs l-2015, u l-istrutturi l-ġodda kienu pjuttost kontroversjali peress li ġew ikkritikati minn uħud għaliex jgħattu s-swar ta’ warajhom. Il-bażi l-ġdida ġiet inawgurata f’Jannar 2016.[8]

Referenzi

immodifika
  1. ^ ""Maritime Squadron, AFM". Armed Forces of Malta. Arkivjat 24-06-2015". Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-24. Miġbur 2021-03-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "The Ritirata". Micas (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-04-19. Miġbur 2021-03-19.
  3. ^ "Hay Wharf". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-19.
  4. ^ "Hay Wharf translation". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-19.
  5. ^ "History". www.rolexmiddlesearace.com. Miġbur 2021-03-19.
  6. ^ "AFM - ARMED FORCES OF MALTA - News & Events > News Details". web.archive.org. 2013-01-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-01-08. Miġbur 2021-03-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "New look for AFM base". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-19.
  8. ^ "Haywharf structure beautifies the area, minister claims". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-19.