Sebastian Brant

umanist u kittieb tas-satiri Ġermaniż

Sebastian Brant (jew Sebastian Brandt; twieled fl-1458 – miet fl-10 ta' Mejju 1521) kien umanista u kittieb tas-satiri Ġermaniż.[1] Huwa magħruf l-iktar għas-satira tiegħu Das Narrenschiff ("Il-Vapur tal-Ġifi").[2]

Sebastian Brant
Ħajja
Twelid Strasburgu, 1458, 1458
Nazzjonalità Ġermanja
L-ewwel lingwa Ġermaniż
Mewt Strasburgu, 10 Mejju 1521 (Gregorian)
Familja
Konjuga/i Elisabeth Bürgis (en) Translate  (1485 -
Ulied
uri
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Basel
Livell tal-edukazzjoni Legum Doctor
Lingwi Medieval Latin (en) Translate
Mittelhochdeutsch
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
liriċista
poeta ġurist
filosofu
kittieb
Post tax-xogħol Bażel
Strasburgu
Impjegaturi Università ta’ Basel
Xogħlijiet importanti Stultifera navis (en) Translate
Freidank (en) Translate
Ship of Fools (en) Translate
Thesmophagia (en) Translate
Esopi appologi sive mythologi (en) Translate
Beschreibung etlicher gelegenheyt Teutsches lands (en) Translate
Hymnus 'Pange lingua gloriosi' (en) Translate
Moviment Rinaxximent Ġermaniż

Bijografija

immodifika

Brant twieled fi Strażburgu f'familja li kienet tieħsu ħsieb berġa iżda eventwalment studja fl-Università ta' Basel, l-Iżvizzera, fl-1475. Inizjalment studja l-filosofija u mbagħad qaleb għad-dritt. Mill-1484 huwa beda jgħallem fl-università u temm id-dottorat tiegħu fid-dritt fl-1489. Fl-1485 iżżewweġ lil Elisabeth Bürg, bint produttur tal-pożati fir-raħal. Elisabeth kellha sebat itfal miegħu. Huwa kien ħerqan li ibnu l-kbir Onofriju jsir umanista, u b'hekk għallmu l-Latin minn mindu kien fin-nieqa u kitbu fl-università diġà tal-età ta' seba' snin.

Brant ġibed l-ewwel darba l-attenzjoni fl-għaqdiet umanistiċi permezz tal-poeżiji Neo-Latini tiegħu, iżda kif induna li dawn kienu jagħtuh udjenza limitata biss, beda jittraduċi xogħlu stess u l-poeżiji bil-Latin ta' oħrajn għall-Ġermaniż, u ppubblikahom permezz tal-istamperija tal-ħabib tiegħu Johann Bergmann, minn fejn feġġ l-iktar xogħol magħruf tiegħu bil-Ġermaniż, is-satira Das Narrenschiff (Il-Vapur tal-Ġifi, tal-1494), li gawda popolarità u influwenza lil hinn mill-Ġermanja. F'din l-allegorija, l-awtur jifflaġella d-dgħufijiet u l-vizzji ta' żmienu. Huwa xogħol ta' episodji fejn vapur mimli ġifi u mmexxi minn ġifi jbaħħar lejn il-ġenna tal-ġifi, Narragonja. Hawnhekk jikkonċepixxi lil San Grobjan, li jimmaġinah bħala l-qaddis patrun tan-nies vulgari u ħamalli.

 
Illustrazzjoni minn Das Narrenschiff ta' Sebastian Brant

Il-biċċa l-kbira tal-kitbiet importanti ta' Brant, inkluż ħafna xogħlijiet dwar id-dritt ċivili u kanoniku, inkitbu meta kien jgħix f'Basel. Huwa reġa' lura fi Strasburgu fis-sena 1500, fejn sar uffiċjal tal-gvern u għex hemm sal-aħħar ta' ħajtu. Fl-1503 ingħata l-pożizzjoni influwenti ta' kanċillier (stadtschreiber) u l-involviment tiegħu fl-affarijiet pubbliċi waqqfuh milli jkompli bil-letteratura. Brant għamel diversi petizzjonijiet lill-Imperatur Massimiljanu biex ikeċċi lit-Torok sabiex il-Punent jiġi salvat. Fl-istess spirtu, faħħar lil Ferdinandu II ta' Aragona fl-1492 talli ħakem lill-Musulmani fi Spanja u wassal għall-unifikazzjoni ta' Spanja. Huwa kien promutur kbir tan-nazzjonaliżmu kulturali Ġermaniż, u kien jemmen li r-riforma morali kienet meħtieġa għas-sigurtà tal-Imperu mit-theddida Ottomana.[3]

Għalkemm essenzjalment kien konservattiv fil-fehmiet reliġjużi tiegħu, Brant kien ikun għassa għall-abbużi fil-Knisja, kif joħroġ fid-dieher fin-Narrenschiff. Il-Vapur tal-Ġifi (bl-Ingliż: Ship of Fools) ta' Alexander Barclay (1509) hija imitazzjoni ħielsa tal-poeżija Ġermaniża bl-Ingliż tal-perjodu bikri tat-Tudor, u kien hemm verżjoni bil-Latin ta' Jakob Locher (1497)[4] li kienet popolari kważi daqs il-poeżija oriġinali. Bote (stampat minn Wynkyn de Worde, għall-ħabta tal-1510) ta' Cock Lorell kienet imitazzjoni iqsar tan-Narrenschiff. F'din l-opra, Cock Lorell, landier frawdolenti magħruf ta' dak iż-żmien, jiġbor madwaru ġabra ta' ħaddiema tas-sengħa u jbaħħar lejn l-Ingilterra.[5]

Fost il-bosta xogħlijiet oħra ta' Brant hemm il-kompilazzjoni tiegħu ta' ħrejjef u stejjer popolari oħra, ippubblikati fl-1501 bit-titlu Aesopi Appologi sive Mythologi cum quibusdam Carminum et Fabularum additionibus, li għadhom jiġu apprezzati sa żminijietna. Għalkemm kienet ibbażata fuq l-edizzjoni ta' Esopu tal-1476 ta' Heinrich Steinhöwel, il-proża bil-Latin ġiet emendata minn Brant, li żied ukoll kummentarji tal-versi bil-kombinament karatteristiku tiegħu ta' għerf u stil. It-tieni parti tal-opra kienet ġdida għalkollox, b'ħaġa moħġaġa, ħrejjef addizzjonali meħuda minn sorsi varji, u rakkonti ta' mirakli u għeġubijiet tan-natura kemm minn żmienu kif ukoll mill-qedem.

L-ittri ta' Brant li waslu sa żminijietna juru li hu kien jikkorrispondi ma' Peter Schott, Johann Bergmann von Olpe, l-Imperatur Massimiljanu, Thomas Murner, Konrad Peutinger, Willibald Pirckheimer, Johannes Reuchlin, Beatus Rhenanus, Jakob Wimpfeling u Ulrich Zasius.

Iktar qari

immodifika
  • C. H. Herford, The Literary Relations of England and Germany in the 16th Century (1886): jiddiskuti l-influwenza ta' Brant fl-Ingilterra.
  • John W. Van Cleve, Sebastian Brant's 'The Ship of Fools' in Critical Perspective, 1800-1991 (Columbia, SC: Camden House, 1993).

Referenzi

immodifika
  1. ^ Brant, Sebastian. 4. Miġbur 2021-05-10.
  2. ^ Brant, Sebastian; Zeydel, Edwin Hermann (1962-01-01). The Ship of Fools (bl-Ingliż). Courier Corporation. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  3. ^ Lach, Donald F. (2010-01-15). Asia in the Making of Europe, Volume II: A Century of Wonder. Book 2: The Literary Arts (bl-Ingliż). University of Chicago Press. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  4. ^ Brant, Sebastian; Beccadelli, Tomasso (1498). Stultifera nauis : Narragonice p[ro]fect[i]onis nunq[uam] satis laudata nauis:. In ... vrbe Basiliensi : 1498. Nihil sina causa. Io. de Ople.
  5. ^ Rimbault, Edward Francis (1843). Cock Lorell's Bote: A Satirical Poem : from an Unique Copy Printed by Wynkyn de Worde (bl-Ingliż). Percy Society. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)