Robert Hamilton

politiku Malti (1894-1945)

Robert Hamilton (Ħamrun, 25 ta' Frar 1894 - 2 ta' Settembru 1945), kien Speaker tal-Parlament u Ministru fis-snin għoxrin tas-seklu għoxrin.

Robert Hamilton
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

Ġunju 1927 - Lulju 1929
Salvatore Borg Olivier - Anthony Montanaro Gauci
Ħajja
Twelid Ħamrun, 25 Frar 1894
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Mewt Brisbane, 2 Settembru 1945
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Edukazzjoni

immodifika

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Floriana Garrison School u fid-Dockyard School. Ta' 14-il sena daħal id-Dockyard u għamel sakemm kellu 27 sena meta daħal fil-politika.

Politika

immodifika

Flimkien ma' Gerald Strickland u oħrajn kien wieħed mill-fundaturi tal-Anglo-Maltese Party li iktar tard sar il-Partit Kostituzzjonali. Sar l-iżgħar membru tal-Ewwel Parlament Malti meta kien elett fl-1921 u reġa' kien elett it-tliet elezzjonijiet ta' wara.

Kien l-ewwel wieħed li tkellem bil-Malti fil-Parlament.

Kien Speaker tal-Parlament (1927-1929) u Ministru tal-Posta u x-Xogħol (1929-1930).

Kien hu ukoll li fl-1923, meta kien fl-Oppożizzjoni, f'mument ta' rabja tefa' l-linka lil deputat tal-gvern u tebba' l-Arazzi tal-Parlament.

Hamilton miet ta' 51 sena meta kien Brisbane, l-Awstralja.