Anthony Montanaro Gauci

imħallef Malti

Anthony Joseph Montanaro Gauci (12 ta' Ġunju 1898 – 24 ta' Awwissu 1997) kien imħallef Malti.

Anthony Montanaro Gauci
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

Awwissu 1929 - April 1930
Robert Hamilton - Giuseppe Degiogio
Ħajja
Twelid Rabat, 12 Ġunju 1898
Mewt 24 Awwissu 1997
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta : liġi
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni imħallef
politiku
avukat

Huwa twieled ir-Rabat, Malta, fit-12 ta' Ġunju 1898. Missieru kien Annetto Montanaro, magħruf sew fil-parroċċa Rabtija ta' San Pawl bħala segretarju tal-Banda Konti Ruġġieru u li laħaq Viċi President tas-Soċjetà San Pawl fl-1889.[1]

Karriera immodifika

Montanaro Gauci studja fil-Liceo u wara daħal fl-Universita' ta' Malta fejn iggradwa bhala avukat fl-1922.[1] Il-karriera politika tiegħu bidet meta ħareġ għall-Elezzjoni Ġenerali tal-1924 mal-Parit Kostituzzjonali ta' Gerald Strickland, iżda ma kienx elett. Huwa tela fl-1927 u ngħata l-kariġa ta' deputy speaker, meta l-ispeaker kien Salvatore Borg Olivier. Huwa laħaq Speaker tal-Assemblea Leġislattiva f'Awwissu tal-1929. Huwa dam f'din il-kariga sa April tal-1930 meta ġie nnominat mill-Prim Ministru Strickland biex isir iimħallef[2] flok l-imħallef Eric Parnis li kien għadu kemm miet.[3]

Skont mandat tal-Gvernatur John Philip Du Cane ippubblikat bħala Avviż tal-Gvern number 176 fil-Gazetta tal-Gvern tas-16 ta' Mejju 1930, l-avukat Montanaro Gauci nħatar imħallef fl-14 ta' Mejju 1930.[3] Il-ħatra ta' Montanaro Gauci kienet ikkritikata mill-oppożizzjoni Nazzjonalista minħabba l-età relattivament żgħira tiegħu li effettivament tissarraf f'nuqqas t'esperjenza, iżda biż-żmien Herbert Ganado rtira din il-kritika billi qal li "irnexxa bħala wieħed mill-Imħallfin tajbin li kellna."[4]

Fis-snin ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija huwa serva bħala President tal-Emergency Compensation Board (1943-49) u tat-Tribunal tai-Arbitragg (1945-50). Kien membru tas-Senat tal-Università Rjali ta' Malta mill-1947 sal-1953. Kien ukoll president tas-Soċjetà tai-Arti, Manifattura u Kummerċ mill-1951 sal-1960.[1]

Fl-1963, l-Imħallef Montanaro Gauci kien inħatar mill-Gvernatur Maurice Dorman bħala l-ewwel chairman tal-Awtorità tax-Xandir.[2]

Fis-snin tmenin serva wkoll bħala Agent President tar-Repubblika ta' Malta għal żmien qasir.[1]

Unuri immodifika

1950: Kavallier tal-Ordni ta' Malta

1954: Order of the British Empire

1955: Kmandant ta' l-Ordni ta' San Gwann

Ħajja personali immodifika

L-lmhallef Montanaro Gaud iżżewweġ li Agnes Vella fl-1933 u kellhom sitt itfal, Gerald, Alfred, Neville, Winston, Nicolette u Marie-Jose.[1]

Referenzi immodifika

  1. ^ a b ċ d e Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl (1998). "Apprezzament - B'tifkira: L-imhallef Anthony J. Montanaro Gauci CBE. KGSM. CSJ. KSG. LLD". Il-Festa Tagħna 1998 (bil-Malti). Rabat - Malta: Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl: 41–42.
  2. ^ a b "Kondoljanzi: Anthony Montanaro Gauci". Parlament.mt (bil-Malti). 6 Ottubru 1997.
  3. ^ a b Aquilina, Kevin (2007). "Judicial appointments : a comparative approach". Law & Practice (bl-Ingliż). Malta Chamber of Advocates: 237–238.
  4. ^ Ganado, Herbert (1977). Rajt Malta Tinbidel (Vol. 1:1900-1933) - it-tielet edizzjoni (bil-Malti). Malta: Klabb Kotba Maltin. p. 427.