Radja Nainggolan
Radja Nainggolan (twieled fl-4 ta' Mejju 1988) huwa plejer tal-futbol Belġjan li jilgħab professjonalment ma' Royal Antwerp bħala midfilder.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 4 ta' Mejju 1988 Antwerp, Belġju | ||
Tul | 1.76 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Royal Antwerp | ||
Numru | 4 | ||
Mixtliet | |||
2000–2005 | Germinal Beerschot | ||
2005–2007 | Piacenza | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2007–2010 | Piacenza | ||
2010 | → Cagliari (self) | ||
2010–2014 | Cagliari | ||
2014 | → Roma (self) | ||
2014–2018 | Roma | ||
2018–2021 | Inter | ||
2019–2020 | → Cagliari (self) | ||
2021 | → Cagliari (self) | ||
2021– | Royal Antwerp | ||
Tim nazzjonali | |||
2004 | Belġju U-16 | ||
2007 | Belġju U-19 | ||
2008–2009 | Belġju U-20 | ||
2007–2010 | Belġju U-21 | ||
2009–2018 | Belġju |
Karriera
immodifikaImwieled f'Antwerp minn omm Belġjana u missier Indoneżjan,[1] Nainggolan beda l-karriera fil-futbol mal-klabb ta' Germinal Beerschot, sakemm fl-2005 ingħaqad mal-klabb ta' Piacenza. Għal Piacenza lagħab fi 38 logħba fl-istaġun 2008–09 fejn skorja tlett gowls hekk kif il-klabb temm l-impenji tiegħu għall-istaġun fl-10 post. Fis-27 ta' Jannar 2010 ing]aqad ma' Cagliari fuq bażi ta' self, bl-oppzjoni li jixtruh fl-aħħar tal-istaġiun.[2] Iddebutta fis-Serie A fis-7 ta' Frar 2010, meta lagħab seba' minuti fit-telfa ta' 3–0 kontra Inter.[3] Fil-21 ta' Ġunju 2010, Cagliari ħabbru li kienu akkwistaw nofs id-drittijiet ta' Nainggolan,[4] bin-nofs l-ieħor jinxtara fi tmiem is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar 2011.
Roma
immodifikaNainggolan għamel id-debutt tiegħu għall-klabb il-ġdid fid-9 ta' Jannar 2014, billi beda b'rebħa ta' 1–0 kontra Sampdoria fil-kwarti tal-finali tal-Coppa Italia 2013–14.[5]
Fit-22 ta' Frar 2014 Nainggolan skorja l-ewwel gowl tiegħu għat-tim kapitali, f'rebħa ta' 1–0 kontra Bologna 1909.[6] It-tieni gowl wasal fid-19 ta' April kontra ACF Fiorentina (l-istess riżultat) biex it-tim kiseb kwalifika awtomatika għall-UEFA Champions League.[7]
Fl-2015, Nainggolan iffirma ftehim permanenti ma' Roma, għal €9 miljuni.[8]
Internazzjonali
immodifikaNainggolan għamel l-ewwel dehra għall-Belġju fid-29 ta' Mejju 2009, kontra ċ-Ċili fit-Tazza Kirin.[9]
Fil-5 ta' Marzu 2014 Nainggolan skorja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu fi dro ta' 2-2 kontra l-Kosta tal-Avorju ġewwa Brussell.
Statistika
immodifikaInternazzjonali
immodifika- Statistika aġġornata sat-13 ta' Novembru 2015.[10]
Belġju | ||
---|---|---|
Sena | Preż | Gowls |
2009 | 1 | 0 |
2011 | 1 | 0 |
2012 | 1 | 0 |
2013 | 1 | 0 |
2014 | 4 | 2 |
2015 | 9 | 2 |
2016 | 9 | 2 |
2017 | 3 | 0 |
2018 | 1 | 0 |
Total | 30 | 6 |
Gowls
immodifika- Punteġġi u r-riżultati tal-Belġju qedgħin fil-lista xellugija.
# | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1. | 5 ta' Marzu 2014 | King Baudouin, Brussell, Belġju | Kosta tal-Avorju | Logħba ta' ħbiberija | ||
2. | 13 ta' Ottubru 2014 | Bilino Polje, Zenica, Bożnija u Ħerżegovina | Bosnja-Ħerzegovina | Kwal. Kampjonati Ewropej 2016 | ||
3. | 7 ta' Ġunju 2015 | Stade de France, Pariġi, Franza | Franza | Logħba ta' ħbiberija | ||
4. | 10 ta' Ottubru 2015 | Estadi Nacional, Andorra la Vella, Andorra | Andorra | Kwal. Kampjonati Ewropej 2016 |
Unuri
immodifikaIndividwali
immodifika- Tim tas-Sena tas-Serie A: 2014–15
Referenzi
immodifika- ^ "From Indonesian king to Juventus, Inter & AC Milan target - Why Radja Nainggolan is set for superstardom" (bl-Ingliż). Goal.com. 2012-01-12. Miġbur 2012-01-13.
- ^ "Nainggolan: "Vengo per migliorare"" (bit-Taljan). Cagliari Calcio. 2010-01-27.
- ^ "Internazionale vs Cagliari" (bl-Ingliż). ESPN. 2010-02-07.
- ^ "Agazzi è tutto del Cagliari" (bit-Taljan). Cagliari. 2010-06-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-05-20. Miġbur 2013-07-10.
- ^ "Coppa Italia, Roma-Sampdoria 1-0, decide Torosidis: c'è la Juventus nei quarti" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2014-01-09. Miġbur 2014-02-13.
- ^ "Nainggolan's first Roma goal sinks Bologna" (bl-Ingliż). Reuters. 2014-02-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-05-05. Miġbur 2014-04-22.
- ^ "World Cup watch: Lionel Messi, Radamel Falcao & Carlos Tevez" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2014-04-21. Miġbur 2014-04-22.
- ^ "Operazioni di mercato – Radja Nainggolan" (PDF) (bit-Taljan). AS Roma. 2015-06-24. Miġbur 2015-06-25.
- ^ "Kirin Cup : De Laet , Kitoko et Nainggolan aussi" (bil-Franċiż). DH.be. 2009-06-27.
- ^ "Radja Nainggolan". eu-football.info (bl-Ingliż). Miġbur 2015-09-03.
Ħoloq esterni
immodifika- (IT) Statistika fuq Tutto Calciatori
- Radja Nainggolan fuq National-Football-Teams.com