Paul Fenech (twieled fl-20 ta' Diċembru 1986) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala midfilder mal-klabb tal-Premier League Malti Balzan.

Paul Fenech
Informazzjoni personali
Isem sħiħPaul Fenech
Twelid20 ta' Diċembru 1986 (1986-12-20) (37 sena)
NaxxarMalta
Tul1.68 m
RwolMidfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliBalzan
Numru16
Mixtliet
2000–2005Naxxar
Karriera professjonali
SninKlabb
2005–2007Msida Saint-Joseph
2005–2015Birkirkara
2016–2018Balzan
2018Birkirkara
2018–Balzan
Tim nazzjonali
2009–Malta

Karriera immodifika

Paul Fenech huwa prodott ta' Naxxar Lions. Fl-2005 telaq biex jilgħab għal Msida Saint-Joseph u fil-fatt kienu s-Saints li taw iċ-ċans lil Fenech biex jagħmel id-debutt tiegħu fil-Premier League fl-2005.

Fenech qatta' żewġ staġuni ta' suċċess mat-tim Misidjan, li matulu huwa kien il-mira prinċipali ta' diversi timijiet fil-Premier League. Finalment Birkirkara rnexxielhom jiffirmaw lil Fenech għal ħames snin. Kien f'dan iż-żmien li Fenech irċieva l-ewwel togħma ta' futbol internazzjonali meta ntgħażel mat-tim nazzjonali ta' Malta ta' taħt il-21 sena.

Matul l-istaġun 2007–08, l-ewwel staġun tiegħu ma' Birkirkara, Fenech rnexxielu jirbaħ l-ewwel FA Trophy tiegħu, grazzi għar-rebħa ta' 2–1 kontra Ħamrun Spartans. L-istaġun 2008–09 kien staġun ieħor ta' suċċess għal Fenech hekk kif kompla jimpressjona bħala figura importanti ta' nofs il-grawnd tal-Kalkariżi.

Fl-istaġun 2009–10, Fenech irċieva rikonoxximent fuq livell internazzjonali għal darb'oħra meta ġie msejjaħ mill-eks-kowċ ta' Birkirkara, John Buttiġieġ, biex jingħaqad mat-tim nazzjonali Malti. Fenech rebaħ l-ewwel Premier League ma' Birkirkara fl-età ta' 23 sena fil-5 ta' Mejju, meta t-tim tiegħu ġie ppreżentat bil-titlu tal-Premier League.

L-istaġun 2010–11 kellu jkun wieħed deludenti għal Paul Fenech hekk kif naqas milli jilħaq il-livell tal-istaġun ta' qabel, għalkemm kien għadu wieħed mill-aqwa plejers f'nofs il-grawnd ta' Birkirkara. Fil-Premier League lagħab 23 darba, filwaqt li tilef 5 logħbiet permezz ta' sospensjoni. Huwa rnexxielu jiskorja erba' gowls f'dak l-istaġun, u rnexxielu jiskorja l-ewwel gowl ma' Birkirkara b'rebħa kontra Hibernians bl-iskor ta' 3–1 li kienet intlagħbet fit-18 ta' Diċembru 2010.

Unuri immodifika

Klabb immodifika

Birkirkara

Ħoloq esterni immodifika