John Buttigieg
John Buttigieg (twieled fil-5 ta' Ottubru 1963) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Malti li kien jilgħab bħala difensur.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 5 ta' Ottubru 1963 Tas-Sliema, Malta | ||
Tul | 1.83 | ||
Rwol | Difensur | ||
Mixtliet | |||
Sliema Wanderers | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1981–1989 | Sliema Wanderers | ||
1989–1991 | Brentford | ||
1990 | → Swindon Town (self) | ||
1991–1999 | Floriana | ||
1999–2002 | Valletta | ||
Tim nazzjonali | |||
1984–2000 | Malta | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
2007–2009 | Birkirkara | ||
2009–2011 | Malta | ||
2016–2019 | Sliema Wanderers | ||
2019 | Birkirkara | ||
2020–2021 | Floriana |
Karriera
immodifikaMatul il-karriera tiegħu, Buttigieg lagħab ma' Sliema Wanderers, Brentford u Swindon Town fl-Ingilterra, Floriana u Valletta.
Sussegwentement sar kowċ fejn beda jħarreġ lit-tfal ta' sitt snin fl-iskola ta' Carmel Busuttil. F'Marzu tal-2007, huwa ngħaqad ma' Birkirkara bħala kowċ tal-ewwel tim,[1] u magħhom rebaħ it-Tazza Maltija tal-2008.
F'Lulju tal-2009, Buttigieg inħatar bħala kowċ għat-tim nazzjonali ta' Malta, wara li Dusan Fitzel kienet sfurzat biex jirriżenja minħabba problemi ta' saħħa, ħames xhur qabel it-tmiem tal-kuntratt tiegħu. Flimkien ma' Carmel Busuttil bħala assistent, it-tnejn 'il huma iffirmaw kuntratt ta' ħames snin mal-assoċjazzjoni tal-futbol ta' Malta.[2] F'Ġunju tas-sena ta' wara huwa ngħata liċenzja tal-ikkowċjar professjonali mill-UEFA mill-iskola ta' Coverciano, fl-Italja.[3]
F'Ottubru tal-2011 Buttigieg tneħħa minn kowċ ta' Malta wara biss żewġ rebħiet f'21 logħba, it-tnejn f'logħbiet ta' ħbiberija, u punt wieħed mill-kwalifika tal-UEFA Euro 2012 kontra Ġeorġja.[4]
Internazzjonali
immodifikaButtigieg lagħab 97 darba mat-tim nazzjonali Malti, bid-debutt tiegħu iseħħ fit-23 ta' Mejju 1984, f'logħba ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 1986 kontra l-Iżvezja (telfa ta' 4–0).[5]
L-aħħar logħba tiegħu kienet fit-telfa minima ta' 2–1 kontra l-Ingilterra f'Ġunju tas-sena 2000.
Referenzi
immodifika- ^ Camilleri, Valhmor (2008-07-31). "Buttigieg seeks improvement" (bl-Ingliż). Times of Malta.
- ^ Aquilina, Domenic (2009-07-21). "Malta heroes replace Fitzel at helm" (bl-Ingliż). UEFA.
- ^ "Coverciano, si é concluso il master per allenatori di prima categoria" (bit-Taljan). Settore Tecnico FIGC. 2010-06-14. Miġbur 2010-06-15.
- ^ "Malta fires national coach John Buttigieg" (bl-Ingliż). ESPN. 2011-10-26.
- ^ Logħbiet internazzjoni fuq RSSSF
Ħoloq esterni
immodifika- John Buttigieg fuq National-Football-Teams.com