Pajsaġġ Arkeoloġiku tas-Sassanidi fil-Provinċja ta' Fars

Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Iran

Il-Pajsaġġ Arkeoloġiku tas-Sassanidi fil-Provinċja ta' Fars (bil-Persjan: چشم‌انداز باستان‌شناسی ساسانی منطقه فارس) huwa t-titlu uffiċjali mogħti mill-UNESCO lil tmien siti arkeoloġiċi ta' żmien is-Sassanidi, li jinsabu fix-Xlokk tal-provinċja ta' Fars, l-Iran. Il-Pajsaġġ Arkeoloġiku tas-Sassanidi fil-Provinċja ta' Fars tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-30 ta' Ġunju 2018.[1][2]

Il-Palazz ta' Ardeshir.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Pajsaġġ Arkeoloġiku tas-Sassanidi fil-Provinċja ta' Fars ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]

Komponenti

immodifika
Sit Ritratt Pożizzjoni
Qal'eh Dokhtar   Firuzabad

28°55′15″N 52°31′48″E / 28.92083°N 52.53°E / 28.92083; 52.53

Tinqix tal-Investitura ta' Ardashir   Firuzabad

28°55′00″N 52°32′15″E / 28.9166667°N 52.5375°E / 28.9166667; 52.5375

Tinqix tar-Rebħa ta' Ardashir   Firuzabad

28°54′36″N 52°32′27″E / 28.91°N 52.54083°E / 28.91; 52.54083

Khurreh ta' Ardashir   Firuzabad

28°51′08″N 52°31′57″E / 28.85222°N 52.5325°E / 28.85222; 52.5325

Palazz ta' Ardashir   Firuzabad

28°53′53″N 52°32′21″E / 28.89806°N 52.53917°E / 28.89806; 52.53917

Belt ta' Bishapur   Bishapur

29°46′39″N 51°34′14″E / 29.7775°N 51.57056°E / 29.7775; 51.57056

Għar ta' Shapur   Bishapur

29°48′25″N 51°36′47″E / 29.80694°N 51.61306°E / 29.80694; 51.61306

Palazz ta' Sarvestan   Sarvestan

29°11′44″N 53°13′52″E / 29.19556°N 53.23111°E / 29.19556; 53.23111

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Sassanid Archaeological Landscape of Fars Region". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-28.
  2. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Four sites added to UNESCO's World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-28.