Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/9 ta' Lulju
9 ta' Lulju:
- 1810 – Napuljun annessa r-Renju tal-Olanda biex tagħmel parti mill-Ewwel Imperu Franċiż.
- 1816 – L-Arġentina iddikjarat l-indipendenza minn Spanja.
- 1900 – Ir-Reġina Vittorja tar-Renju Unit approvat l-Att biex ħoloq il-Commonwealth tal-Awstralja u għaqqad il-kolonji separati fuq il-kontinent taħt gvern federali wieħed.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1764 – Ann Radcliffe (stampa), kittieba Ingliża (m. 1823)
- 1879 – Ottorino Respighi, kompożitur Taljan (m. 1936)
- 1894 – Pëtr Leonidovič Kapica, fiżiku Russu, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (m. 1984)
Mietu f'dan il-jum...
- 1797 – Edmund Burke, filosfu u statista Brittaniku (t. 1729)
- 1850 – Bab, fundatur Persjan tal-Reliġjon Bábi (t. 1819)
- 1856 – Amedeo Avogadro, kimiku Taljan (t. 1776)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Santa Pawlina Visintainer, tal-Qaddisin Martri Ċiniżi u tal-Qaddisin Martri ta' Gorcum. Ir-Reliġjon Lhudija tiċċelebra is-17 ta' Tammuż. Fil-Bahaiżmu jitfakkar il-martirju tal-Bab.