Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/3 ta' Jannar
3 ta' Jannar:
- 1521 – Il-Papa Ljun X skomunika lil Martin Luteru bil-bolla papali Decet Romanum Pontificem.
- 1924 – L-esploratur Brittaniku Howard Carter skopra s-sarkofagu ta' Tutankhamen fil-Wied tas-Slaten, qrib Luxor fl-Eġittu.
- 1925 – Benito Mussolini ħabbar li sejjer jieħu poteri dittatorjali fl-Italja.
Twieldu f'dan il-jum...
- 106 QK – Ċiċeruni statista u filosofu Ruman (m. 43 QK)
- 1892 – J. R. R. Tolkien, kittieb Ingliż (m. 1973)
- 1929 – Sergio Leone, reġista Taljan (m. 1989)
Mietu f'dan il-jum...
- 1699 – Mattia Preti (stampa), pittur Taljan (t. 1613)
- 1785 – Baldassare Galuppi, kompożitur Taljan (t. 1706)
- 1927 – Carle David Tolmé Runge, fiżiku Ġermaniż (t. 1856)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Santa Ġenoveffa.